LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 29 p. 74-p. 75 para. 2
  • Ġeħova għażel lil Ġożwè

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeħova għażel lil Ġożwè
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Ġożwè Jsir Mexxej
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Dak li Ftakar Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Jaqsmu x-Xmara Ġordan
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 29 p. 74-p. 75 para. 2
Il-qassisin iġorru l-arka tal-patt waqt li jaqsmu x-Xmara Ġordan

LEZZJONI 29

Ġeħova għażel lil Ġożwè

Ġożwè jaqra l-Liġi

Wara li mexxa lill-​poplu t’Iżrael għal ħafna snin, Mosè kien wasal biex imut. Ġeħova qallu: ‘Inti mhux se tkun il-​wieħed li ddaħħal lill-​Iżraelin fl-​Art Imwiegħda. Imma jien se nħallik tara l-​art.’ Mosè mbagħad talab lil Ġeħova biex jagħżel mexxej ġdid ħalli jieħu ħsieb il-​poplu. Ġeħova qallu: ‘Mur għand Ġożwè, u għidlu li hu l-​wieħed li se jmexxi.’

Mosè qal lill-​poplu li hu dalwaqt kien se jmut u li Ġeħova kien għażel lil Ġożwè bħala l-​wieħed li se jdaħħalhom fl-​Art Imwiegħda. Imbagħad, Mosè qal lil Ġożwè: ‘Tibżax. Ġeħova se jgħinek.’ Ftit wara, Mosè telaʼ fuq nett tal-​Muntanja Nebo, fejn Ġeħova wrieh l-​art li Hu kien wiegħed lil Abraham, lil Iżakk, u ’l Ġakobb. Mosè kellu 120 sena meta miet.

Mosè jinkariga lil Ġożwè quddiem il-qassis u l-irġiel l-oħra

Ġeħova qal lil Ġożwè: ‘Aqsam ix-​Xmara Ġordan, u mur f’Kangħan. Jien se ngħinek bħalma għent lil Mosè. Kun ċert li taqra l-​Liġi tiegħi kuljum. Tibżax u kun kuraġġuż. Mur u agħmel dak li kkmandajtek tagħmel.’

Ġożwè bagħat żewġ spiji fil-​belt taʼ Ġeriko. Fl-​istorja li jmiss se nitgħallmu aktar x’ġara hemmhekk. Meta ġew lura, huma qalu li kien żmien tajjeb biex imorru f’Kangħan. L-​għada, Ġożwè qal lill-​poplu biex iżarma l-​kampijiet. Wara, hu bagħat fuq quddiem nett lill-​qassisin li kienu qed iġorru l-​arka tal-​patt biex jimxu lejn ix-​Xmara Ġordan. Ix-​xmara kienet qed tfur bl-​ilma. Imma hekk kif saqajn il-​qassisin messew mal-​ilma, ix-​xmara ma baqgħetx tfur u l-​ilma li kien fiha nixef! Il-​qassisin imxew lejn in-​nofs tax-​xmara u baqgħu hemm sakemm il-​poplu kollu t’Iżrael qasam għan-​naħa l-​oħra. Taħseb li dan il-​miraklu fakkarhom f’dak li Ġeħova kien għamel ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar?

Fl-​aħħar, wara dawk is-​snin kollha, l-​Iżraelin waslu fl-​Art Imwiegħda. Huma setgħu jibnu djar u bliet. Fl-​għelieqi setgħu jiżirgħu wkoll il-​ħxejjex, id-​dwieli tal-​għeneb, u s-​siġar tal-​frott. Fl-​Art Imwiegħda, tant kien hemm affarijiet tajbin tal-​ikel u xorb, li din kienet tissejjaħ art li tnixxi ħalib u għasel.

‘Ġeħova se jmexxik il-​ħin kollu u jissodisfalek ruħek saħansitra f’art niexfa.’—Isaija 58:11

Mistoqsijiet: Min mexxa lill-​Iżraelin wara li miet Mosè? X’ġara xħin l-​Iżraelin kienu ħdejn ix-​Xmara Ġordan?

Numri 27:12-23; Dewteronomju 31:1-8; 34:1-12; Ġożwè 1:1-18; 2:1-24; 3:1-17

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja