LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 113
  • Pawlu f’Ruma

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Pawlu f’Ruma
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Filemon u Oneżimu—Magħqudin fi Fratellanza Kristjana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • “Jagħtihom Xhieda fid-Dettall”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Punti Prinċipali mill-Ittri lil Titu, lil Filemon, u lill-Ebrej
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 113

STORJA 113

Pawlu f’Ruma

ĦARES lejn il-​ktajjen li għandu Pawlu, u ara s-​suldat Ruman li qiegħed għassa miegħu. Pawlu hu priġunier f’Ruma. Qed jistenna sakemm Ċesari taʼ Ruma jiddeċiedi x’se jagħmel bih. Waqt li jkun priġunier, in-​nies jistgħu jiġu jżuruh.

Tlett ijiem wara li Pawlu jasal Ruma jibgħat għal xi mexxejja Lhud biex jiġu jarawh. Minħabba dan, jiġu ħafna Lhud minn Ruma. Pawlu jippritkalhom dwar Ġesù u s-​Saltna t’Alla. Xi wħud jemmnu u jsiru Kristjani, imma oħrajn ma jemmnux.

Pawlu wkoll jipprietka lis-​suldati differenti li joqogħdu għassa miegħu. Għas-​sentejn li jinżamm hawn bħala priġunier Pawlu jipprietka lil kemm jistaʼ jkun nies. B’hekk, anki dawk taʼ dar Ċesari jisimgħu dwar l-​aħbar tajba tas-​Saltna, u xi wħud minnhom isiru Kristjani.

Imma min hu l-​viżitatur li qed jikteb mal-​mejda? Tistaʼ taqtaʼ? Iva, huwa Timotju. Timotju wkoll kien il-​ħabs talli pprietka dwar is-​Saltna imma issa reġaʼ nħeles. U ġie hawn biex jgħin lil Pawlu. Taf x’qed jikteb? Ejja naraw.

Tiftakarhom il-​bliet taʼ Filippi u Efesu fi Storja 110? Pawlu għen biex jinbdew kongregazzjonijiet Kristjani f’dawn il-​bliet. Issa, waqt li hu arrestat, Pawlu jikteb xi ittri lil dawn il-​Kristjani. L-​ittri huma fil-​Bibbja, u jissejħu Efesin u Filippin. Pawlu issa qed jgħid lil Timotju x’għandu jikteb lill-​ħbieb Kristjani tagħhom f’Filippi.

Il-​Filippin kienu qalbhom tajba ħafna maʼ Pawlu. Huma bagħtulu rigal waqt li kien hawn arrestat, u għalhekk Pawlu qed jirringrazzjahom tiegħu. Epafroditu hu l-​wieħed li ġab ir-​rigal. Imma marad ħafna u kważi miet. Issa għaddielu u lest biex jerġaʼ jmur id-​dar. Hu se jieħu miegħu l-​ittra mingħand Pawlu u Timotju meta jmur lura Filippi.

Pawlu jikteb żewġ ittri oħrajn li għandna fil-​Bibbja waqt li jkun arrestat. Waħda hi lill-​Kristjani fil-​belt taʼ Kolossi. Taf x’tissejjaħ? Kolossin. L-​oħra hi ittra persunali lil ħabib tal-​qalb li jismu Filemon u li wkoll jgħix f’Kolossi. L-​ittra hi dwar il-​qaddej taʼ Filemon, Oneżimu.

Oneżimu ħarab mingħand Filemon u ġie Ruma. B’xi mod jew ieħor, Oneżimu semaʼ li Pawlu kien priġunier hawn. Hu ġie jarah, u Pawlu pprietka lil Oneżimu. Oneżimu ma damx ma sar Kristjan ukoll. Issa, Oneżimu jiddispjaċih li ħarab. Allura taf x’jikteb Pawlu fl-​ittra lil Filemon?

Pawlu jitlob lil Filemon biex jaħfer lil Oneżimu. Pawlu jikteb: ‘Qed nibgħathulek lura. Imma issa mhuwiex biss il-​qaddej tiegħek. Hu wkoll ħu Kristjan mill-​aħjar.’ Meta Oneżimu jmur lura Kolossi, hu jieħu miegħu dawn iż-​żewġ ittri, waħda għall-​Kolossin u l-​oħra għal Filemon. Nistgħu nimmaġinaw kemm feraħ Filemon meta sar jaf li l-​qaddej tiegħu kien sar Kristjan.

Meta Pawlu jikteb lill-​Filippin u lil Filemon ikollu aħbar verament tajba. Pawlu jgħid lill-​Filippin: ‘Ħa nibgħat lil Timotju għandkom. Imma jien ukoll dalwaqt se nżurkom.’ U lil Filemon jikteb: ‘Lestili post fejn noqgħod.’

Meta Pawlu jinħeles iżur lill-​aħwa Kristjani tiegħu f’ħafna postijiet. Imma iktar tard Pawlu jerġaʼ jsir priġunier f’Ruma. Din id-​darba jaf li se jiġi maqtul. Għalhekk, jikteb lil Timotju u jistaqsih jiġi malajr. ‘Jien kont leali lejn Alla,’ jikteb Pawlu, ‘u Alla se jippremjani.’ Ftit snin wara li Pawlu jiġi maqtul, Ġerusalemm terġaʼ tiġi meqruda, din id-​darba mir-​Rumani.

Imma l-​Bibbja tgħidilna xi ħaġa oħra. Alla Ġeħova jqabbad lill-​appostlu Ġwanni jikteb l-​aħħar kotba tal-​Bibbja, fosthom il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni. Dan il-​ktieb Bibliku jitkellem dwar il-​futur. Ejja nitgħallmu x’hemm jistenniena fil-​futur.

Atti 28:16-31; Filippin 1:13; 2:19-30; 4:18-23; Ebrej 13:23; Filemon 1-25; Kolossin 4:7-9; 2 Timotju 4:7-9.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja