LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • uw kap. 3 pp. 20-28
  • Żomm Qabda Soda Fuq il-Kelma t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żomm Qabda Soda Fuq il-Kelma t’Alla
  • Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’SE JGĦIN LIL OĦRAJN BIEX JAPPREZZAWHA?
  • IL-​QARI PERSUNALI TAGĦNA TAL-​BIBBJA
  • Żomm Qabda Soda mal-Kelma t’Alla
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sib l-Għaxqa Tiegħek fil-Kelma taʼ Alla
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Il-Qari tal-Bibbja—Taʼ Siwi u Pjaċevoli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
uw kap. 3 pp. 20-28

Kapitlu 3

Żomm Qabda Soda Fuq il-​Kelma t’Alla

1. (a) Iżrael tal-​qedem kif ġarrab il-​verità tal-​Kelma t’Alla? (b) Dak għala huwa taʼ interess għalina?

“INTOM tafu sewwa bi qlubkom kollha u b’erwieħkom kollha li lanqas kelma waħda mill-​kelmiet tajbin kollha li Jehovah Alla tagħkom qalilkom ma falliet. Kollha seħħew għalikom.” Din kienet it-​tfakkira li Ġożwè ta lix-​xjuħ taʼ Iżrael wara li kienu stabbiliti fil-​Pajjiż Imwiegħed. Imma fis-​snin li segwew ma baqgħux iniżżlu f’qalbhom il-​Kelma t’Alla u japplikawha konsistentement. X’kien ir-​riżultat? Il-​Bibbja tagħmilha ċara li sewwa sew bħalma l-​wegħdi taʼ barka taʼ Jehovah taw prova li kienu taʼ min jorbot fuqhom, hekk, ukoll, hu wettaq dak li qal inkwantu għall-​konsegwenzi tad-​diżubbidjenza. (Ġoż. 23:​14-16) Dak ir-​rakkont, kif ukoll il-​bqija tal-​Bibbja, ġie ppreservat għall-​istruzzjoni tagħna​—sabiex “nistgħu jkollna t-​tama” u sabiex ma nagħmlux xi ħaġa li tirriżulta f’li nitilfu dik it-​tama.​—Rum. 15:4.

2. (a) Il-​Bibbja f’liema sens hija “mnebbħa minn Alla”? (b) Billi nafu dan, liema responsabbiltà għandna?

2 Għalkemm intużaw xi 40 “segretarju” uman biex jiddokumentaw il-​Bibbja, Jehovah innifsu hu l-​Awtur tagħha. Ifisser dak li hu b’mod attiv idderieġa dak kollu li nkiteb fiha? Iva. Bħalma l-​appostlu Pawlu qal bil-​verità, “l-​Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla.” Billi aħna konvinti minn dak, inħeġġu lin-​nies kullimkien biex jagħtu kasha u biex jibnu ħajjiethom madwar dak li hemm ġo fiha, sewwa sew bħalma aħna qegħdin nistinkaw biex nagħmlu.​—2 Tim. 3:16; 1 Tess. 2:13.

X’SE JGĦIN LIL OĦRAJN BIEX JAPPREZZAWHA?

3. Liema huwa l-​aħjar mod biex tgħin lil ħafna minn dawk li m’humiex konvinti li l-​Bibbja hija l-​Kelma t’Alla?

3 M’għandniex xi ngħidu, ħafna li nitkellmu magħhom m’għandhomx il-​konvinzjoni tagħna li l-​Bibbja tassew hija l-​Kelma t’Alla. Kif nistgħu ngħinuhom? Taʼ spiss, l-​aqwa mod huwa li niftħu l-​Bibbja u nuruhom x’hemm ġo fiha. “[I]l-kelma t’Alla hija ħajja u teżerċita qawwa u taqtaʼ iktar minn sejf b’żewġt ixfar . . . u kapaċi tagħraf il-​ħsibijiet u l-​intenzjonijiet tal-​qalb.” (Eb. 4:12) “[I]l-Kelma t’Alla” hija l-​kelma taʼ wegħdi tiegħu, iddokumentata fil-​Bibbja. M’hijiex storja mejta imma hija ħajja u b’mod irreżistibbli timxi ’l quddiem lejn it-​twettiq. Hekk kif tagħmel dan, il-​motivazzjonijiet veri tal-​qalb taʼ persuni li jiġu f’kuntatt magħha jsiru manifesti inkwantu għal li jintlaħqu l-​kundizzjonijiet. L-​influwenza tagħha hija bil-​wisq iktar potenti minn kwalunkwe ħaġa li nistgħu ngħidu personalment.

4. Liema spjegazzjonijiet sempliċi tal-​veritajiet tal-​Bibbja biddlu l-​attitudni taʼ xi persuni lejn il-​Bibbja? Għala?

4 Li sempliċement raw l-​isem t’Alla fil-​Bibbja kien il-​kaġun taʼ li ħafna nies għamlu bidla deċiżiva. Oħrajn iddeċidew li jistudjaw il-​Bibbja meta ġew murijin dak li tgħid dwar l-​iskop tal-​ħajja, għala Alla jippermetti l-​ħażen, is-​sinjifikat tal-​ġrajjiet kurrenti jew it-​tama realistika ċċentrata fuq is-​Saltna t’Alla. F’pajjiżi fejn prattiċi reliġjużi ħallew lin-​nies esposti għal ħafna attakki minn spirti mill-​agħar, l-​ispjegazzjoni tal-​Bibbja dwar il-​kaġun taʼ dan u kif wieħed jistaʼ jikseb serħan qajmet l-​interess. Dawn il-​punti għala huma daqshekk impressjonanti għalihom? Għaliex il-​Bibbja hija l-​uniku sors taʼ min joqgħod fuqu taʼ tagħrif rigward dawn il-​kwistjonijiet vitali.​—Salm 119:130.

5. Meta persuna tgħid li ma temminx il-​Bibbja, x’tistaʼ tkun ir-​raġuni? Kif nistgħu ngħinuha?

5 Madankollu, xi ngħidu jekk xi ħadd jgħidilna direttament li hu ma jemminx il-​Bibbja? Għandu dak itemm il-​konversazzjoni? Mhux jekk hu lest li jirraġuna. Għandna nħossu responsabbiltà li nitkellmu b’konvinzjoni għan-​nom tal-​Kelma t’Alla. Jistaʼ jkun li hu jħares lejn il-​Bibbja bħala l-​ktieb tal-​Kristjaneżmu. Ir-​rekord taʼ ipokrezija u t-​tbagħbis politiku tiegħu kif ukoll it-​talbiet kontinwi tiegħu għall-​flus, jistgħu jispjegaw ir-​reazzjoni negattiva tiegħu lejn il-​Bibbja. Għala ma tistaqsix jekk dak huwiex minnu? Il-​kundanna tal-​Bibbja għall-​mogħdijiet dinjin tal-​Kristjaneżmu, flimkien maʼ punti taʼ kuntrast bejn il-​Kristjaneżmu u l-​vera Kristjanità, jistgħu jqajmulu l-​interess.​—Qabbel Mattew 15:​7-9; Ġakbu 4:4; Mikea 3:​11, 12.

6. (a) X’jikkonvinċi lilek personalment li l-​Bibbja hija l-​Kelma t’Alla? (b) Liema linji oħrajn taʼ raġunar jistgħu jiġu wżati biex jgħinu lin-​nies japprezzaw li l-​Bibbja tassew hija minn Alla?

6 Għal oħrajn, diskussjoni bla tlaqliq dwar evidenzi taʼ ispirazzjoni hija t’għajnuna. Lilek x’inhu li jagħtik prova biċ-​ċar li l-​Bibbja hija minn Alla? Huwa dak li l-​Bibbja nfisha tgħid dwar l-​oriġini tagħha? (2 Tim. 3:​16, 17; Riv. 1:1) Jew huwa l-​fatt li l-​Bibbja fiha profeziji numerużi li jirriflettu għarfien dettaljat dwar il-​futur, liema profeziji bil-​fors li ġew minn sors sovruman? (2 Piet. 1:​20, 21; Isa. 42:9) Hija forsi l-​armonija interna tal-​Bibbja, minkejja li ġiet miktuba minn ħafna nies fuq perijodu taʼ 1,610 snin? Jew l-​eżattezza xjentifika tagħha f’kuntrast maʼ kitbiet oħrajn taʼ dawk iż-​żminijiet? Jew is-​sinċerità tal-​kittieba tagħha? Jew il-​preservazzjoni tagħha meta ffaċċjat sforzi malizzjużi biex tiġi meqruda? Hu x’inhu li int sibt impressjonanti jistaʼ wkoll jintuża biex tgħin lil nies oħrajn.

IL-​QARI PERSUNALI TAGĦNA TAL-​BIBBJA

7, 8. (a) X’għandna nkunu qegħdin nagħmlu individwalment bil-​Bibbja? (b) X’għandna bżonn minbarra qari persunali tal-​Bibbja, u l-​Bibbja nfisha kif turih dan? (ċ) Int personalment kif ksibt għarfien dwar l-​iskopijiet taʼ Jehovah?

7 Minbarra li ngħinu lil oħrajn biex jemmnu l-​​Bibbja, aħna nfusna għandna bżonn li nieħdu l-​ħin biex naqrawha regolarment. Qiegħed int tagħmel dak? Mill-​kotba kollha li qatt ġew prodotti, dan il-​wieħed huwa l-​iktar importanti. M’għandniex xi ngħidu, dak ma jfissirx li jekk naqrawha m’għandna bżonn xejn iktar. L-​Iskrittura twissi kontra li niżolaw lilna nfusna, billi naħsbu li nistgħu nirraġunaw kollox permezz taʼ riċerka indipendenti. Kemm studju persunali u kemm l-​attendenza regulari għal-​laqgħat huma bżonnijiet jekk se nkunu Kristjani bbilanċjati.​—Prov. 18:1; Eb. 10:​24, 25.

8 Għall-​benefiċċju tagħna, il-​Bibbja tgħidilna dwar uffiċjal Etjopjan li lejh anġlu dderieġa lill-​evanġelizzatur Kristjan Filippu, meta l-​uffiċjal kien qiegħed jaqra mill-​profezija taʼ Isaija. Filippu staqsa lir-​raġel: “Taf attwalment x’qiegħed taqra?” B’mod umli l-​Etjopjan wieġeb: “Tassew, kif nistaʼ qatt nagħmel hekk, jekk xi ħadd ma jiggwidanix?” Hu ħeġġeġ lil Filippu jispjega dak il-​passaġġ mill-​Iskrittura. Issa, Filippu ma kienx sempliċi qarrej indipendenti tal-​Bibbja li hemmhekk ta l-​opinjoni tiegħu dwar l-​Iskrittura. Le; ir-​rakkont juri li hu kien żamm kuntatt mill-​qrib maʼ l-​appostli fil-​kongregazzjoni f’Ġerusalemm u li kien membru taʼ l-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah. Għaldaqstant setaʼ jgħin lill-​Etjopjan biex jibbenefika mill-​istruzzjoni li Jehovah kien qiegħed jagħmel għad-​dispożizzjoni tiegħu permezz taʼ dik l-​organizzazzjoni. (Atti 6:​5, 6; 8:​5, 14, 15, 26-35) B’mod simili llum, min minna wasal li jkollu fehma ċara u korretta dwar l-​iskopijiet taʼ Jehovah bis-​saħħa tiegħu stess? Għall-​kuntrarju, konna neħtieġu, u nkomplu neħtieġu, l-​għajnuna li Jehovah b’imħabba jipprovdi permezz taʼ l-​organizzazzjoni viżibbli tiegħu.

9. Liema programmi taʼ qari tal-​Bibbja jistgħu jibbenefikaw lilna lkoll?

9 Biex tgħinna nużaw u nifhmu l-​Bibbja, l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah tissupplixxi materjal Skritturali eċċellenti fit-​Torri Taʼ L-​Għassa u f’pubblikazzjonijiet relatati. Flimkien maʼ dan, fil-​kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah skeda regulari tal-​qari tal-​Bibbja hija maħduma għalina f’konnessjoni maʼ l-​Iskola Teokratika tal-​Ministeru. Jerġaʼ maʼ dan, uħud mix-​Xhieda taʼ Jehovah jagħmlu qari konsekuttiv tal-​Bibbja. Jistaʼ jinkiseb ġid kbir meta wieħed iqattaʼ ħin jeżamina l-​Iskrittura Mqaddsa. (Salm 1:​1-3; 19:​7, 8) Int personalment qrajtha l-​Bibbja kollha kemm hi? Jekk le, agħmel sforz speċjali biex tagħmel hekk. Avolja ma tifhimx għalkollox dak kollu li taqra, li jkollok ħarsa ġenerali tagħha se jkun taʼ valur kbir. Li kieku kellek taqra biss erbaʼ jew ħames paġni kuljum, kont tlesti l-​qari tal-​Bibbja f’madwar sena.

10. (a) Int meta tagħmlu l-​qari tiegħek tal-​Bibbja? (b) Għala huwa importanti li tkun regulari fih?

10 Int personalment meta tistaʼ tirranġa li tagħmel dan il-​qari tal-​Bibbja? Li kieku tistaʼ twarrab 10 minuti jew 15-il minuta kuljum, kemm se jkun taʼ benefiċċju dak għalik! Jekk le, għall-​inqas agħmel skeda taʼ ħinijiet regulari għal dan kull ġimgħa, u mbagħad żomm maʼ dik l-​iskeda. Il-​qari tal-​Bibbja għandu jkun drawwa tul ħajjitna, bħalma huwa l-​ikel. Bħalma taf, jekk id-​drawwiet taʼ l-​ikel taʼ persuna jsiru fjakki, saħħtu se tmur lura. Hekk, ukoll, l-​ispiritwalità tagħna. Ħajjitna tiddependi fuq li nkunu sostnuti regolarment b’“kull ħaġa mitkellma ħierġa minn fomm Jehovah.”​—Matt. 4:4.

11. X’għandu jkun l-​oġġettiv tagħna f’li naqraw il-​Bibbja?

11 X’għandu jkun l-​oġġettiv tagħna f’li naqraw il-​Bibbja? Ikun żball li kieku l-​mira tagħna kienet sempliċement biex ngħaddu kwota taʼ paġni jew saħansitra biss biex nakkwistaw ħajja eterna. Biex nibbenefikaw b’mod dejjiemi jrid ikollna motivi iktar għoljin​—imħabba għal Alla, xewqa li nkunu nafuh aħjar, biex nifhmu x’inhi r-​rieda tiegħu u biex inqimuh b’mod aċċettabbli. (Ġwn. 5:​39-42) L-​attitudni tagħna għandha tkun bħal dik tal-​kittieb tal-​Bibbja li qal: “Agħmilni nkun naf mogħdijietek stess, O Jehovah; għallimni l-​passaġġi tiegħek stess.”​—Salm 25:4.

12. (a) Li tikseb “għarfien eżatt” għala huwa neċessarju, u meta naqraw liema sforz ikun meħtieġ sabiex nakkwistawh? (b) Bħalma huwa muri f’paġna 27, minn liema angoli nistgħu niflu għall-​benefiċċju tagħna dak li naqraw fil-​Bibbja? (ċ) Uri dawn il-​ħames punti, wieħed wara l-​ieħor, billi twieġeb il-​mostoqsijiet ipprovduti fit-​tmiem taʼ dan il-​paragrafu. Qis li tuża l-​Bibbja tiegħek.

12 Waqt li nirċievu dak it-​tagħlim, għandha tkun ix-​xewqa tagħna li niksbu “għarfien eżatt.” Mingħajr dan, kif nistgħu nkunu kapaċi napplikaw il-​Kelma t’Alla b’mod xieraq fil-​ħajjiet tagħna stess jew kif se nispjegawha b’mod korrett lil oħrajn? (Kol. 3:10; 2 Tim. 2:15) Li niksbu għarfien eżatt jirrikjedi li naqraw bir-​reqqa, u jekk xi silta tal-​qari hija profonda jistaʼ jkollna bżonn naqrawha iktar minn darba sabiex nieħdu s-​sens tagħha. Se nibbenefikaw ukoll jekk nieħdu l-​ħin biex nimmeditaw fuq il-​materjal, billi naħsbu dwaru minn diversi angoli. Ħames linji taʼ ħsieb taʼ valur li wieħed jistaʼ jesplora huma enfasizzati f’paġna 27 taʼ dan il-​ktieb. Ħafna siltiet mill-​Iskrittura jistgħu jiġu miflijin għall-​benefiċċju tagħna billi nużaw waħda jew iktar minn dawn. Waqt li twieġeb il-​mistoqsijiet fil-​paġni li jmiss tistaʼ tara kif dak huwa minnu.

(1) Taʼ spiss is-​silta taʼ l-​Iskrittura li tkun qiegħed taqra tagħti xi indikazzjoni inkwantu għat-​tip taʼ persuna li hu Jehovah.

Meta nimmeditaw b’apprezzament fuq dak li tgħidilna l-​Bibbja dwar ix-​xogħlijiet tal-​ħolqien taʼ Jehovah, dak kif jeffettwa l-​attitudni tagħna lejh? (Salm 139:​13, 14; minn Ġob kapitli 38–42 innota speċjalment 38:​1, 2 u 40:​2, 8, imbagħad 42:​1-6.)

Minħabba dak li Ġesù qal fi Ġwann 14:​9, 10, x’nistgħu nikkonkludu dwar Jehovah mill-​ġrajjiet bħal dik imniżżla f’​Luqa 5:​12, 13?

(2) Ikkunsidra kif ir-​rakkont jikkontribwixxi għall-​iżvilupp tat-​tema tal-​Bibbja, jiġifieri, l-​ivvindikar taʼ l-​isem taʼ Jehovah permezz tas-​Saltna taħt Ġesù Kristu ż-​Żerriegħa Mwiegħed.

Il-​kastigi fuq l-​Eġittu kif inhuma relatati maʼ din it-​tema? (Ara Eżodu 5:2; 9:16; 12:12.)

Xi ngħidu għar-​rakkont kordjali dwar Rut il-​Moabita? (Rut 4:​13-17; Matt. 1:​1, 5)

L-​avviż taʼ Gabrijel lil Marija dwar it-​twelid futur taʼ Ġesù kif jiffittja? (Luqa 1:​26-33)

Id-​dlik tad-​dixxipli taʼ Ġesù bl-​ispirtu qaddis f’Pentekoste għala huwa sinjifikanti? (Atti 2:​1-4; 1 Piet. 2:​4, 5, 9; 2 Piet. 1:​10, 11)

(3) Il-​kuntest għandu x’jaqsam mat-​tifsira taʼ versi speċifiċi.

Lil min huma indirizzati l-​istqarrijiet f’​Rumani 5:1 u 8:16? (Ara Rumani 1:7.)

Jindika l-​kuntest li 1 Korintin 2:9 qiegħed jikkummenta dwar il-​ħajja fuq l-​art fl-​Ordni l-​Ġdid t’Alla? Bħalma huwa muri fil-​versi 6-8, l-​għajnejn u l-​widnejn taʼ min ma kinux qegħdin jifhmu l-​affarijiet li dwarhom Pawlu kien qiegħed jikteb?

(4) Staqsi lilek innifsek kif tistaʼ tapplika personalment dak li qiegħed taqra.

Huwa r-​rakkont dwar kif Kajjin qatel lil Abel sempliċement taʼ interess storiku jew fih pariri għalina? (Ġen. 4:​3-12; 1 Ġwn. 3:​10-15; Eb. 11:4)

Meta naqraw (f’Eżodu sa Dewteronomju) dwar l-​esperjenzi taʼ Iżrael fix-​xagħri, liema applikazzjoni persunali għandna nagħmlu? (1 Kor. 10:​6-11)

Il-​pariri dwar il-​kondotta miktubin għal Kristjani midlukin japplikaw għal persuni li għandhom tama taʼ ħajja eterna fuq l-​art? (Qabbel Numri 15:16; Ġwann 10:16.)

Avolja nkunu membri rrispettati fil-​kongregazzjoni Kristjana, hemm bżonn li nikkunsidraw modi kif nistgħu napplikaw iktar bis-​sħiħ xi pariri Bibliċi li diġà nafu? (2 Kor. 13:5; 1 Tess. 4:1)

(5) Aħseb dwar kif tistaʼ tuża dak li qiegħed taqra biex tgħin lil oħrajn.

Min jistaʼ jiġi mgħejjun bir-​rakkont taʼ l-​irxoxt tat-​tifla taʼ Ġajru? (Luqa 8:​41, 42, 49-56)

13. Liema riżultati nistgħu nistennew minn programm kontinwu taʼ qari u studju tal-​Bibbja maʼ l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah?

13 Kemm ikun ferm premjanti meta l-​qari tal-​Bibbja jsir b’din il-​manjiera! Ċertament, li taqra l-​Bibbja huwa sfida​—proġett li nistgħu naħdmu fuqu għall-​benefiċċju tagħna tul ħajjitna. Imma waqt li nagħmlu dan se nsiru iktar b’saħħitna spiritwalment. Dan jiġbidna eqreb lejn il-​maħbub Missierna, Jehovah, u lejn ħutna l-​Kristjani. Dan se jgħinna nagħtu kas il-​parir biex inżommu “qabda soda fuq il-​kelma tal-​ħajja.”​—Fil. 2:16.

Diskussjoni Bħala Reviżjoni

● Il-​Bibbja għala nkitbet u ġiet ippreservata sa żmienna?

● Kif nistgħu ngħinu lil oħrajn biex japprezzawha?

● Il-​qari persunali u regulari tal-​Bibbja għala huwa taʼ gwadann? Minn liema ħames angoli nistgħu niflu għall-​benefiċċju tagħna dak li naqraw?

[Kaxxa/Stampa f’paġna 27]

META TAQRA L-​BIBBJA IKKUNSIDRA—

Kull silta x’tgħidlek dwar Jehovah bħala persuna

Kif inhi relatata mat-​tema inġenerali tal-​Bibbja

Kif il-​kuntest jeffettwa t-​tifsir

Kif din għandha teffettwa l-​ħajja tiegħek stess

Kif tistaʼ tużaha biex tgħin lil oħrajn

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja