Għanja 45
Talba taʼ Radd il-Ħajr
1. Maħbub Jehovah, jixraqlek tifħir.
Lilek, Sovran, kant minn qalbna isir,
U niġu għandek, O Semmiegħ it-talb,
Għax nafdaw fik, int li tħobbna mill-qalb.
Dnubietna jikxfu li aħna dgħajfin;
Maħfra għalihom nitolbu f’kull ħin.
Aħna bid-demm taʼ Ibnek mixtrijin;
Nixtiequ li nkunu minnek mgħallmin.
2. Hieni kulmin int stedint biex iqim
Fil-btieħi tiegħek taʼ dawl u tagħlim.
Darek qaddisa u Kelmtek taʼ ġid
U bi tjubitek int tagħna żżomm l-id.
Iqanqlu biżaʼ tiegħek il-qawwiet
Għax f’jum il-ħaqq int se ttemm fl-art l-inkwiet.
“Tiġi Saltnatek” ilna nitolbuk;
Inxandru s-Saltna għaliex inħobbuk.
3. Għall-ħarsien tiegħek aħna nitolbuk
Biex mal-art kollha ilkoll inqimuk.
Fit-tjieba s-Saltna dalwaqt se tkun ġiet
Biex tneħħi l-mewt, il-mard, dmugħ u l-inkwiet.
Il-ħażen kollu Ibnek se jneħħih
U l-Ħolqien kollu se jgħajjat ferrieħ.
Bl-għajta tar-rebħa, tifħir inkantaw:
“Ħajr lil Jehovah. Lilek naduraw.”