Għanja 90
Inqimu lil Jehovah, il-Mulej Sovran
1. Jehovah, int Mulej Sovran,
Lilek inqimu, O Sultan.
Tgħid dejjem int il-verità.
Miljuni jaqduk f’unità.
2. Qed naraw żjieda f’dawn il-jiem
Fost dawk illi jaqduk fis-sliem.
Dawn jonorawk bħal’ Alla l-kbir
U lilek jagħtu kull tifħir.
3. Ma nitgħallmux kif niggwerraw;
Minflok, żelużi nippridkaw.
Bil-biżaʼ nbaxxu rjusna lkoll
U b’ubbidjenza nagħmlu x-xogħ’l.
4. Nifirħu sew li f’dan il-jum
Biex tiġi s-Saltna mhix se ddum.
Ibnek Irjali sar Sultan;
Għalhekk inkantaw b’wiċċ daħqan.