Għanja 99
Alla Jikxef il-“Għan Etern”
1. ’L quddiem nimmarċjaw dejjem,
Kulħadd f’tiegħu il-post.
Lill-qaddejja tiegħu hawn fl-art
Jehovah jgħid x’suppost.
Reġaʼ ġab qima pura
U l-qwiel tiegħu seħħew
Kbira hi l-folla li taqdih
U li l-ħażen neħħew.
2. L-Mulej Sovran Jehovah
Jgħinna biex nittamaw.
Fi dlam mentali w f’biżaʼ kbir
Qatt iktar ninkwetaw.
Huwa l-għan etern tiegħu
Li ngħixu lkoll fis-sliem.
Bit-tmexxija t’Ibnu Ġesù,
Se jġib il-ġlied fi tmiem.
3. Kif Alla ħsiebu jikxef
Jeħtieġ li naħdmu lkoll
Biex f’triq il-ħajja nimmarċjaw
U nibqgħu nagħmlu x-xogħ’l.
L-għan taʼ Jehovah ċert li
Sejjer jirnexxi żgur.
Nimxu bil-għaqal, b’deh’n il-koll
’L ismu nagħtuh unur.