LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 117
  • Agunija fil-Ġnien

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agunija fil-Ġnien
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Jitlob waqt li hu mnikket ferm
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • L-Aħħar Jum tal-Ħajja taʼ Ġesù Bħala Bniedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Iħejji lill-Appostli għat-Tluq Tiegħu
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • “Waslet is-Siegħa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 117

Kapitlu 117

Agunija fil-​Ġnien

META Ġesù jieqaf mit-​talb, hu u l-​ħdax-il appostlu lejali tiegħu jkantaw għanjiet taʼ tifħir lil Jehovah. Imbagħad huma jinżlu mill-​kamra taʼ fuq, joħorġu fid-​dlam frisk tal-​lejl, u jmorru lura lejn Betanja billi jgħaddu mill-​Wied taʼ Kidron. Imma huma u sejrin, jieqfu f’post favorit, il-​ġnien taʼ Ġetsemani. Dan qiegħed fuq jew qrib il-​Muntanja taż-​Żebbuġ. Ġesù spiss iltaqaʼ mal-​appostli tiegħu hawnhekk qalb is-​siġar taż-​żebbuġ.

Billi jħalli lil tmienja mill-​appostli​—forsi fejn id-​daħla tal-​ġnien​—hu jgħidilhom: “Oqogħdu bil-​qiegħda hawn waqt li jien immur hemm u nitlob.” Hu mbagħad jieħu lit-​tlieta l-​oħra​—Pietru, Ġakbu, u Ġwanni​—u jidħol iktar ’il ġewwa fil-​ġnien. Ġesù jsir imnikket u inkwetat ferm. “Ruħi mnikkta profondament, saħansitra sal-​mewt,” hu jgħidilhom. “Oqogħdu hawn u ibqgħu għassu miegħi.”

Billi jmur naqra iktar ’il quddiem, Ġesù jaqaʼ fl-​art u b’wiċċu mal-​art jibda jitlob bil-​ħrara: “Missieri, jekk inhu possibbli, ħalli dan il-​kies iwarrab minni. Iżda, mhux kif irrid jien, imma kif trid int.” X’irid ifisser? Għala hu ‘mnikket profondament, saħansitra sal-​mewt’? Qiegħed hu jirtira mid-​deċiżjoni tiegħu li jmut u jipprovdi r-​rahan?

Lanqas xejn! Ġesù mhux qed jappella biex jiġi meħlus mill-​mewt. Saħansitra l-​ħsieb taʼ li jevita mewt taʼ sagrifiċċju, li darba kien issuġġerit minn Pietru, huwa taʼ stmerrija għalih. Minflok, hu qiegħed f’agunija għaliex jibżaʼ li l-​mod kif se jmut dalwaqt​—bħala kriminal moqżież​—se jġib tmaqdir fuq l-​isem taʼ Missieru. Hu issa jinduna li fi ftit sigħat se jiġi mdendel maʼ zokk bħala l-​agħar kwalità taʼ persuna​—midgħi kontra Alla! Dan hu dak li jinkwetah ħafna.

Wara li jitlob fit-​tul, Ġesù jiġi lura u jsib lit-​tliet appostli reqdin. Billi jindirizza lil Pietru, hu jgħid: “Lanqas biss tistgħu tgħassu siegħa miegħi? Ibqgħu għassu u itolbu kontinwament, biex ma tidħlux f’tentazzjoni.” Billi jirrikonoxxi, madankollu, il-​pressjoni li għaddew minnha u kemm sar tard, hu jgħid: “L-​ispirtu, m’għandniex xi ngħidu, hu ħerqan, imma l-​laħam dgħajjef.”

Ġesù mbagħad jitlaq ’il hemm għat-​tieni darba u jitlob li Alla jwarrab “dan il-​kies” minnu, jiġifieri, is-​sehem, jew ir-​rieda, mogħtija lilu minn Jehovah. Meta jiġi lura, hu għal darb’oħra jsib lit-​tlieta reqdin meta suppost li kienu qed jitolbu biex ma jidħlux fit-​tentazzjoni. Meta Ġesù jkellimhom, huma ma jafux kif se jwieġbu.

Fl-aħħarnett, għat-​tielet darba, Ġesù jitlaq ’il hemm, madwar tefgħa taʼ ġebla ’l bogħod, u għar-​rkobbtejh, b’għajjat qawwi u bid-​dmugħ, hu jitlob: “Missier, jekk tixtieq, neħħi dan il-​kies minni.” Ġesù b’mod akut iħoss uġigħ qawwi minħabba fit-​tmaqdir li l-​mewt tiegħu bħala kriminal se ġġib fuq isem Missieru. M’għandniex xi ngħidu, li jiġi akkużat bħala midgħi​—wieħed li jisħet lil Alla​—huwa kważi iebes wisq biex jissaportih!

Madankollu, Ġesù jkompli jitlob: “Mhux li rrid jien, imma li trid int.” Ġesù b’ubbidjenza jissottometti r-​rieda tiegħu għal dik t’Alla. Għal dan, anġlu mis-​sema jidher u jsaħħu b’xi kliem inkuraġġanti. X’aktarx, l-​anġlu jgħid lil Ġesù li hu għandu t-​tbissima taʼ approvazzjoni taʼ Missieru.

Iżda, x’piż hemm fuq spallejn Ġesù! Il-​ħajja eterna tiegħu stess u dik tar-​razza umana kollha jiddependu minnu. Il-​pressjoni emozzjonali hija enormi. Mela Ġesù jkompli jitlob iktar bil-​ħrara, u l-​għaraq tiegħu jsir bħal qtar taʼ demm hekk kif jaqaʼ fl-​art. “Għalkemm dan hu fenomenu rari ferm,” josserva The Journal of the American Medical Association, “għaraq imdemmi . . . jistaʼ jseħħ meta wieħed jemozzjona ruħu ħafna.”

Iktar tard, Ġesù jiġi lura għat-​tielet darba ħdejn l-​appostli tiegħu, u għal darb’oħra jsibhom reqdin. Huma mifluġin minħabba niket kbir. “F’ħin bħal dan qegħdin reqdin u tieħdu l-​mistrieħ tagħkom!” hu jesklama. “Huwa biżżejjed! Is-​siegħa waslet! Ħares! Bin il-​bniedem huwa ttradut f’idejn il-​midinbin. Qumu, ejjew immorru. Ħares! It-​traditur tiegħi qorob.”

Waqt li għadu qed jitkellem, Ġuda l-​Iskarjota jersaq, akkumpanjat minn folla kbira li qed iġorru torċi u lampi u armi. Mattew 26:​30, 36-47; 16:​21-23; Mark 14:​26, 32-43; Luqa 22:​39-47; Ġwann 18:​1-3; Ebrej 5:7.

▪ Wara li jitlaq mill-​kamra taʼ fuq, Ġesù fejn jeħodhom lill-​appostli, u x’jagħmel hemmhekk?

▪ Waqt li Ġesù qed jitlob, l-​appostli x’qed jagħmlu?

▪ Ġesù għala qiegħed f’agunija, u x’jitolbu lil Alla?

▪ X’inhu indikat mill-​fatt li l-​għaraq taʼ Ġesù jsir bħal qtar taʼ demm?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja