LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 35 p. 206-p. 208 para. 4
  • Ripetizzjoni għall-Enfasi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ripetizzjoni għall-Enfasi
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • Punti Prinċipali Magħmulin Jispikkaw
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Enfasizza l-punti prinċipali
    Irsisti fil-qari u t-tagħlim
  • Konklużjoni Effettiva
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Tagħmel Outline
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 35 p. 206-p. 208 para. 4

STUDJU 35

Ripetizzjoni għall-​Enfasi

X’hemm bżonn tagħmel?

Għid iktar minn darba l-​punti li trid lill-​udjenza tiegħek tiftakar b’mod speċjali.

Għala importanti?

Minbarra li tgħin il-​memorja, ir-​ripetizzjoni tistaʼ tintuża b’mod effettiv biex tenfasizza l-​ideat prinċipali u tgħin lill-​udjenza tiegħek tifhimhom b’mod ċar.

TAGĦLIM effettiv jinkludi l-​użu tar-​ripetizzjoni. Meta punt importanti jiġi mistqarr iktar minn darba, dawk fl-​attendenza x’aktarx li se jiftakruh iktar. Jekk l-​idea terġaʼ tiġi mlissna b’mod ftit differenti, forsi jkunu jistgħu jifhmuha saħansitra iktar.

Jekk is-​semmiegħa tiegħek ma jiftakrux dak li tgħid, kliemek mhux se jinfluwenza dak li jemmnu jew kif jgħixu. Huma x’aktarx li se jkomplu jaħsbu dwar dawk il-​punti li int tagħtihom enfasi speċjali.

Ġeħova, l-​Istruttur Grandjuż tagħna, jagħtina eżempju fil-​mod kif uża r-​ripetizzjoni. Hu ta l-​Għaxar Kmandamenti lill-​ġens taʼ Israel. Permezz taʼ kelliemi anġeliku, hu kkaġuna li l-​ġens jismaʼ dawn il-​kmandamenti ħdejn il-​Muntanja Sinaj. Iktar tard tahom lil Mosè miktubin. (Eżo. 20:1-​17; 31:18; Dt. 5:22) Bid-​direzzjoni taʼ Ġeħova, Mosè reġaʼ qal dawn il-​kmandamenti lill-​ġens qabel ma daħal fl-​Art Imwiegħda, u permezz tal-​ispirtu qaddis, Mosè niżżel dan bil-​miktub, kif insibuh f’Dewteronomju 5:6-​21. Fost il-​kmandamenti li ngħataw lil Israel kien hemm il-​ħtieġa li jħobbu u jaqdu lil Ġeħova b’qalbhom, b’ruħhom, u bil-​forza kollha tagħhom. Din l-​istqarrija wkoll ġiet ripetuta għal darba wara l-​oħra. (Dt. 6:5; 10:12; 11:13; 30:6) Għala? Għax bħalma qal Ġesù, dan kien “l-​akbar u l-​ewwel kmandament.” (Mt. 22:34-​38) Permezz tal-​profeta Ġeremija, Ġeħova fakkar lill-​poplu taʼ Ġuda iktar minn 20 darba dwar kemm hi kwistjoni serja li jobduh f’kulma kkmandahom. (Ġer. 7:23; 11:4; 12:17; 19:15) U permezz taʼ Eżekjel, Alla qal iktar minn 60 darba li l-​ġnus “se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.”—Eżek. 6:10; 38:23.

Fir-​rakkont miktub tal-​ministeru taʼ Ġesù, aħna nosservaw ukoll kemm uża r-​ripetizzjoni b’mod effettiv. Pereżempju, hemm l-​erbaʼ Evanġelji—kull wieħed minnhom ikopri ġrajjiet importanti li ġew rapportati f’wieħed jew iktar mill-​Evanġelji l-​oħrajn imma jirrakkonta dawn il-​ġrajjiet minn angoli kemxejn differenti. Fit-​tagħlim tiegħu stess, Ġesù kopra l-​istess punt bażiku taʼ istruzzjoni f’iktar minn okkażjoni waħda imma b’modi differenti. (Mk. 9:34-​37; 10:35-​45; Ġw. 13:2-​17) U waqt li kien fuq il-​Muntanja taż-​Żebbuġ ftit ġranet qabel mewtu, Ġesù uża r-​ripetizzjoni biex jenfasizza dan il-​parir vitali: “Ibqgħu għassa, għax ma tafux f’liema jum ġej il-​Mulej tagħkom.”—Mt. 24:42; 25:13.

Fil-​Ministeru tal-​Għalqa. Meta tagħti xhieda lin-​nies, int tittama li se jiftakru dak li tgħid. L-​użu effettiv tar-​ripetizzjoni jistaʼ jgħinek tilħaq din il-​mira.

Spiss, ir-​ripetizzjoni meta suġġett ikun qed jiġi diskuss se tgħin biex dan jibqaʼ f’moħħ l-​individwu. Għalhekk, wara li taqra l-​iskrittura, tistaʼ tenfasizzaha billi tiġbed l-​attenzjoni lejn porzjon minnha li hu fundamentali u tistaqsi, “Innotajt kif inhu mpoġġi l-​kliem?”

L-​aħħar sentenzi f’konversazzjoni wkoll jistgħu jintużaw b’mod effettiv. Pereżempju, tistaʼ tgħid: “Il-​punt prinċipali li qed nittama li tiftakar minn din il-​konversazzjoni hu . . . ” Imbagħad erġaʼ għidu fi kliem sempliċi. Jistaʼ jkun xi ħaġa hekk: “L-​iskop taʼ Alla hu li l-​art tiġi mibdula f’ġenna tal-​art. Dan l-​iskop se jseħħ żgur.” Jew forsi: “Il-​Bibbja turi b’mod ċar li qed ngħixu fl-​aħħar jiem taʼ din is-​sistema. Jekk irridu nibqgħu ħajjin meta tintemm, hemm bżonn li nitgħallmu x’jirrikjedi Alla minna.” Jew tistaʼ tgħid: “Bħalma rajna, il-​Bibbja tagħti pariri prattiċi dwar kif inkampaw mal-​problemi tal-​ħajja tal-​familja.” F’xi każi tistaʼ sempliċement tirripeti kwotazzjoni mill-​Bibbja bħala l-​punt li għandu jibqaʼ f’moħħ dak li jkun. M’għandniex xi ngħidu, biex tagħmel dan b’mod effettiv trid taħseb dwaru minn qabel.

Fuq iż-​żjajjar lura, inkluż l-​istudji tal-​Bibbja, tistaʼ tuża mistoqsijiet taʼ reviżjoni bħala ripetizzjoni.

Meta individwu jsibha diffiċli biex jifhem jew japplika parir Bibliku, jistaʼ jkollok titkellem dwar is-​suġġett iktar minn darba. Stinka biex tiddiskutih minn angoli differenti. Id-​diskussjonijiet m’hemmx għalfejn ikunu twal imma għandhom iħeġġu lill-​istudent jibqaʼ jaħseb dwar il-​kwistjoni. Ftakar, Ġesù uża dan it-​tip taʼ ripetizzjoni biex jgħin lid-​dixxipli tiegħu jegħlbu x-​xewqa li jkunu fl-​ewwel post.—Mt. 18:1-​6; 20:20-​28; Lq. 22:24-​27.

Meta Tagħti t-​Taħditiet. Jekk tagħti taħditiet mill-​platform, il-​mira tiegħek mhijiex sempliċement li tippreżenta l-​informazzjoni. Int trid li l-​udjenza tifhimha, tiftakarha, u tapplikaha. Biex tagħmel dan, uża sew ir-​ripetizzjoni.

Madankollu, jekk tirripeti l-​punti prinċipali spiss wisq, tistaʼ titlef l-​attenzjoni tal-​udjenza tiegħek. Agħżel bir-​reqqa l-​punti li jistħoqqilhom enfasi speċjali. Dawn ġeneralment huma l-​punti prinċipali li fuqhom tkun żviluppata t-​taħdita, imma jistgħu jinkludu wkoll ħsibijiet oħrajn li se jkunu taʼ ġid għall-​udjenza tiegħek b’mod speċjali.

Biex tuża r-​ripetizzjoni, forsi tistaʼ ssemmi fuq fuq il-​punti prinċipali fl-​introduzzjoni. Dan agħmlu billi tniżżel stqarrijiet qosra li jipprovdu ħarsa ġenerali taʼ dak li se tkopri, b’mistoqsijiet jew b’eżempji qosra taʼ problemi li jridu jiġu solvuti. Tistaʼ turi kemm hemm punti prinċipali u tgħidhom f’lista bin-​numri magħhom. Imbagħad żviluppa kull wieħed minn dawn il-​punti fil-​qalba tat-​taħdita tiegħek. L-​enfasi tistaʼ tiġi msaħħa fil-​qalba tat-​taħdita tiegħek billi terġaʼ tistqarr kull punt prinċipali qabel tmur għall-​wieħed li jmiss. Jew tistaʼ tagħmel enfasi billi tuża eżempju li jinvolvi l-​applikar tal-​punt prinċipali. Tistaʼ tkompli tenfasizza l-​punti prinċipali tiegħek billi fil-​konklużjoni terġaʼ tistqarrhom, tagħmilhom jispikkaw permezz taʼ kuntrasti, twieġeb il-​mistoqsijiet li tkun qajjimt, jew tagħti soluzzjonijiet fil-​qosor għall-​problemi li ġew preżentati.

Minbarra dak li għadna kif semmejna, kelliemi tal-​esperjenza josserva bir-​reqqa l-​individwi li jifformaw l-​udjenza tiegħu. Jekk xi wħud minnhom isibuha diffiċli biex jifhmu xi ħsieb, il-​kelliemi jkun jaf b’dan. Jekk il-​punt ikun importanti, hu jerġaʼ jkoprih. Madankollu, ir-​ripetizzjoni tal-​istess kliem għandha mnejn ma twettaqx dan l-​iskop. It-​tagħlim jinvolvi ħafna iktar minn hekk. Il-​kelliemi jrid ikun flessibbli. Forsi jkollu jżid xi ħaġa dak il-​ħin mat-​taħdita tiegħu. Fil-​biċċa l-​kbira se tkun taf kemm int effettiv bħala għalliem minn kif titgħallem tkampa mal-​bżonnijiet tal-​udjenza tiegħek b’dan il-​mod.

META GĦANDEK TAGĦMEL DIN

  • Eżatt wara li tgħid punt importanti jew wara li tkun żviluppajt bis-​sħiħ idea prinċipali.

  • Fil-​konklużjoni tal-​konversazzjoni jew it-​taħdita tiegħek.

  • Meta tinduna li s-​semmiegħa tiegħek qed isibuha diffiċli biex jifhmu xi punt prinċipali.

  • Iktar minn darba, fil-​każ taʼ żjajjar lura u studji tal-​Bibbja forsi tirripeti l-​informazzjoni wara li jgħaddu xi ġranet jew ġimgħat.

TAĦRIĠ: (1) Meta ttemm konversazzjoni maʼ xi ħadd li tkun iltqajt miegħu l-​ewwel darba fil-​ministeru tal-​għalqa, irripeti punt importanti wieħed li ddiskutejtu u li tridu jiftakar. (2) Meta tikkonkludi żjara lura, erġaʼ semmi punt prinċipali jew tnejn li l-​individwu interessat jistaʼ jibqaʼ jiftakar mill-​konversazzjoni tagħkom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja