LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 37 p. 212-p. 214 para. 5
  • Punti Prinċipali Magħmulin Jispikkaw

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Punti Prinċipali Magħmulin Jispikkaw
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • Enfasizza l-punti prinċipali
    Irsisti fil-qari u t-tagħlim
  • Kif Tagħmel Outline
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Aħseb Dwar l-Iktar Punti Importanti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • L-Użu tal-Materjal Assenjat
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 37 p. 212-p. 214 para. 5

STUDJU 37

Punti Prinċipali Magħmulin Jispikkaw

X’hemm bżonn tagħmel?

Organizza u wassal il-​materjal tiegħek b’mod li tingħata attenzjoni speċjali lill-​punti prinċipali.

Għala importanti?

Huwa taʼ għajnuna għall-​memorja, u b’hekk jikkontribwixxi għall-​ meditazzjoni u l-​applikar.

X’INHUMA l-​punti prinċipali taʼ taħdita? Dawn mhumiex sempliċement aspetti interessanti li jissemmew fuq fuq int u għaddej bit-​taħdita. Huma ideat importanti li jiġu żviluppati fit-​tul. Huma l-​ideat kruċjali biex jintlaħaq l-​għan tiegħek.

Fattur fundamentali biex tagħmel il-​punti prinċipali jispikkaw hu li tagħżel u torganizza l-​materjal bl-​għaqal. Ir-​riċerka għal taħdita spiss trendi iktar informazzjoni milli tistaʼ tintuża. Kif tistaʼ tiddeċiedi liema informazzjoni se tuża?

L-​ewwel nett, ikkunsidra l-​udjenza tiegħek. Huma pjuttost midħla tas-​suġġett jew kważi ma jafu xejn dwaru? Jaqblu ħafna minnhom maʼ dak li tgħid il-​Bibbja dwaru jew hemm xi wħud li għandhom it-​tendenza li jkunu xettiċi? Liema tip taʼ sfidi jiffaċċjaw fil-​ħajja taʼ kuljum hekk kif jistinkaw biex japplikaw dak li tgħid il-​Bibbja dwar is-​suġġett? It-​tieni nett, kun żgur li jkollok ċar f’moħħok l-​għan tiegħek meta tkellem lil din l-​udjenza fuq is-​suġġett li tippjana li tuża. Uża dawn iż-​żewġ prinċipji taʼ gwida biex tqis il-​materjal u żżomm biss dak li verament hu adattat.

Jekk ngħatajt outline bażiku b’tema u bil-​punti prinċipali, għandek iżżomm miegħu. Madankollu, dak li tippreżenta se jsir ħafna iktar taʼ valur jekk iżżomm f’moħħok il-​fatturi li għadna kemm semmejna meta tiżviluppa kull punt prinċipali. Meta l-​ebda outline ma jkun ġie provdut, jiddependi minnek li tagħżel il-​punti prinċipali.

Meta jkollok il-​punti prinċipali tiegħek ċari f’moħħok u tkun organizzajt id-​dettalji taħthom, ikun iktar faċli għalik li tagħti t-​taħdita. X’aktarx li l-​udjenza tiegħek ukoll se tibbenefika iktar minnha.

Diversi Modi Kif Torganizza l-​Materjal Tiegħek. Varjetà taʼ metodi jistgħu jintużaw biex torganizza l-​kontenut tat-​taħdita tiegħek. Hekk kif issir midħla tagħhom, se ssib li bosta minnhom jistgħu jkunu effettivi, jiddependi mill-​għan tiegħek.

Metodu versatili jinvolvi taqsim skont is-​suġġett. (Kull punt prinċipali huwa bżonjuż għax iżid mal-​fehma tas-​semmiegħa tiegħek dwar is-​suġġett jew jgħinhom jilħqu l-​għan tat-​taħdita tiegħek.) Metodu ieħor huwa dak kronoloġiku. (Pereżempju, ġrajjiet qabel id-​Dilluvju jistgħu jiġu segwiti minn ġrajjiet qabel inqerdet Ġerusalemm fis-​sena 70 E.K. li mill-​banda l-​oħra jistgħu jiġu segwiti minn ġrajjiet fi żmienna.) It-​tielet metodu huwa l-​kaġun u l-​effett. (Dan jistaʼ jiġi żviluppat jew billi tibda bil-​kaġun u tkompli bl-​effett, jew bil-​kontra. Pereżempju, tistaʼ tibda b’sitwazzjoni kurrenti, jiġifieri, l-​effett, u mbagħad turi l-​kaġun.) Ir-​rabaʼ metodu jinvolvi l-​opposti. (Għandek mnejn tagħmel kuntrast bejn it-​tajjeb u l-​ħażin jew bejn il-​pożittiv u n-​negattiv.) Kultant taħdita tkun tinkludi iktar minn metodu wieħed.

Meta Stiefnu kien akkużat b’mod falz quddiem is-​Sinedriju Lhudi, hu segwa metodu kronoloġiku waqt li tkellem b’mod qawwi. Int u taqra kliemu f’​Atti 7:2-​53, innota li l-​għażla tal-​punti hija bi skop. Stiefnu l-​ewwel għamilha ċara li kien qed jirrakkonta storja li l-​udjenza tiegħu ma setgħux jiċħdu. Imbagħad hu wera li għalkemm Ġużeppi kien miċħud minn ħutu, Alla użah biex jipprovdi ħelsien. Imbagħad, hu wera li l-​Lhud kienu diżubbidjenti lejn Mosè, il-​wieħed li Alla kien qed juża. Hu kkonkluda billi enfasizza li l-​istess spirtu li wrew il-​Lhud taʼ ġenerazzjonijiet taʼ qabel intwera minn dawk li qatlu lil Ġesù Kristu.

Tużax Wisq Punti Prinċipali. Hemm biss ftit affarijiet essenzjali biex tiżviluppa kwalunkwe tema. Fil-​maġġuranza tal-​każi, tkun tistaʼ tgħoddhom fuq id waħda. Dan huwa minnu sew jekk tkun se titkellem għal 5 minuti, 10 minuti, 30 minuta, jew iktar. Tipprovax tagħmel wisq punti jispikkaw. L-​udjenza tiegħek, bir-​raġun, tistaʼ taqbad biss ftit ideat differenti minn taħdita waħda. U iktar ma tkun twila t-​taħdita, iktar iridu jkunu sinifikanti u jispikkaw il-​punti prinċipali.

Minkejja kemm tuża punti prinċipali, kun ċert li tiżviluppa kull wieħed biżżejjed. Ħalli lill-​udjenza biżżejjed ħin biex teżamina kull punt prinċipali sabiex ikun daħal sew f’moħħhom.

It-​taħdita tiegħek għandha tagħti l-​impressjoni li hi sempliċi. Dan mhux dejjem jiddependi mill-​ammont taʼ materjal li jiġi preżentat. Jekk il-​ħsibijiet tiegħek ikunu miġburin b’mod ċar taħt ftit titli prinċipali biss u tiżviluppahom wieħed wieħed, it-​taħdita se tkun faċli biex issegwiha u diffiċli biex tinsieha.

Agħmel il-​Punti Prinċipali Tiegħek Jispikkaw. Jekk il-​materjal tiegħek ikun organizzat sewwa, mhux se jkun diffiċli li tinforza t-​tifsir tal-​punti prinċipali meta tagħti t-​taħdita tiegħek.

Il-​mod ewlieni kif tagħmel punt prinċipali jispikka huwa li tippreżenta punti taʼ prova, skritturi, u materjal ieħor b’mod li dawn jiffokaw l-​attenzjoni fuq l-​idea ewlenija u jispjegawha. Il-​punti sekondarji kollha għandhom jiċċaraw, jispjegaw, jew jagħtu prova tal-​punt prinċipali. Iżżidx ideat li m’għandhomx konnessjoni mas-​suġġett sempliċement għax huma interessanti. Hekk kif tiżviluppa punti sekondarji, uri biċ-​ċar ir-​rabta mal-​punt prinċipali li jappoġġaw. Tistenniex l-​udjenza tipprova tifhem waħedha. Ir-​rabta tistaʼ tintwera billi tirripeti kliem importanti li jesprimi l-​ħsieb prinċipali jew billi tirripeti l-​iskop ewlieni tal-​punt prinċipali nnifsu minn ħin għall-​ieħor.

Xi kelliema jenfasizzaw il-​punti prinċipali billi jagħmlu lista tagħhom. Filwaqt li dan huwa mod wieħed kif tenfasizza l-​punti prinċipali, dan m’għandux jieħu post l-​għażla bir-​reqqa u l-​iżvilupp loġiku tal-​materjal innifsu.

Tistaʼ tagħżel li sempliċement issemmi l-​punt prinċipali tiegħek eżatt qabel tibda tippreżenta l-​argument li jappoġġah. Dan se jgħin lill-​udjenza tapprezza l-​valur taʼ dak li ġej wara, u se jenfasizza wkoll dan il-​punt prinċipali. Tistaʼ tinforza l-​punt billi tagħmel sommarju tiegħu wara li jkun ġie żviluppat bis-​sħiħ.

Fil-​Ministeru tal-​Għalqa. Il-​prinċipji li għadna kif iddiskutejna japplikaw mhux biss għal diskorsi formali iżda wkoll għal konversazzjonijiet li jkollok fil-​ministeru tal-​għalqa. Meta tipprepara, ikkunsidra xi sitwazzjoni li tispikka u li n-​nies fl-​inħawi jkollhom f’moħħhom. Agħżel tema li tippermetti l-​opportunità li turi kif it-​tama li toffri l-​Bibbja se ssolvi din is-​sitwazzjoni. Agħżel xi żewġ punti prinċipali biex tiżviluppa din it-​tema. Iddeċiedi liema skritturi se tuża biex tappoġġa dawn il-​punti. Imbagħad ippjana kif se tibda d-​diskussjoni tiegħek. Preparazzjoni bħal din tippermetti t-​tip taʼ flessibiltà li l-​konversazzjoni teħtieġ. Din tgħinek ukoll biex tgħid xi ħaġa li l-​inkwilini se jiftakru.

KIF TAGĦMEL DAN

  • Qabel tagħżel il-​punti prinċipali, qis x’taf l-​udjenza tiegħek dwar is-​suġġett u ddeċiedi x’se jkun l-​għan tiegħek. Organizza l-​materjal tiegħek b’dawn il-​fatturi f’moħħok.

  • Uri biċ-​ċar ir-​rabta bejn il-​punti li jagħtu prova, l-​iskritturi, u materjal ieħor u bejn l-​idea ewlenija li dawn jappoġġaw.

  • Iġbed l-​attenzjoni lejn kull punt prinċipali. Dan jistaʼ jsir billi tagħmilhom f’lista, billi ssemmi kull punt prinċipali qabel tippreżenta l-​materjal li jappoġġah, jew billi terġaʼ ssemmi l-​punt wara li jkun ġie żviluppat.

TAĦRIĠ: Irrivedi l-​artiklu tal-​Istudju tat-​Torri tal-​Għassa għal din il-​ġimgħa. Billi tuża s-​sottitli b’ittri skuri u l-​mistoqsijiet fil-​kaxxa tat-​tagħlim, stinka biex tidentifika l-​punti prinċipali. Jistaʼ jkun taʼ benefiċċju li tagħmel dan kull ġimgħa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja