LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 43 p. 234-p. 235 para. 3
  • L-Użu tal-Materjal Assenjat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Użu tal-Materjal Assenjat
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • Kif Tħejji l-Inkarigi Bħala Student fl-Iskola
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Tħejji Taħditiet għall-Kongregazzjoni
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Tagħmel Outline
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Punti Prinċipali Magħmulin Jispikkaw
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 43 p. 234-p. 235 para. 3

STUDJU 43

L-​Użu tal-​Materjal Assenjat

X’hemm bżonn tagħmel?

Ibni t-​taħdita tiegħek skont il-​materjal assenjat, u jekk is-​sors tal-​materjal jingħatalek b’mod speċifiku, oħroġ skritturi u punti prinċipali minnu.

Għala importanti?

Meta nużaw il-​materjal assenjat biex niżviluppaw it-​taħdita tagħna, aħna nuru rispett lejn il-​programm taʼ ikel spiritwali mħejji mill-​klassi tal-​ilsir leali u għaqli.

IL-​BIBBJA tqabbel il-​kongregazzjoni Kristjana maʼ ġisem uman. Kull membru hu neċessarju, imma “mhux il-​membri kollha għandhom l-​istess xogħol.” Fi qbil maʼ dan, għandna naħdmu iebes biex inwettqu kwalunkwe privileġġ li jkun ġie fdat lilna. Dan jeħtieġ li nifhmu u nieħdu ħsieb sew kwalunkwe inkarigu taʼ taħdita li jkollna minflok ma nnaqqsu l-​importanza taʼ xi suġġetti għax naħsbu li suġġetti oħrajn ikunu iktar interessanti. (Rum. 12:4-​8) Il-​klassi tal-​ilsir leali u għaqli għandha r-​responsabbiltà li tipprovdi ikel spiritwali “fiż-​żmien xieraq.” (Mt. 24:45) Meta nużaw l-​abbiltajiet persunali tagħna biex niżviluppaw it-​taħditiet skont l-​istruzzjonijiet li rċivejna, aħna nuru apprezzament għal dan l-​arranġament. Dan jikkontribwixxi biex l-​affarijiet jimxu ħarir għall-​kongregazzjoni kollha kemm hi.

X’Għandek Tinkludi. Meta tiġi inkarigat b’suġġett fl-​iskola, ħu ħsieb li tiżviluppa dan is-​suġġett u mhux xi ħaġa oħra. Iktar iva milli le jiġi provdut materjal taʼ referenza speċifiku. Jekk ma jingħatalekx materjal stampat x’tuża bħala l-​bażi għat-​taħdita tiegħek, tistaʼ tiġbor materjal minn sorsi li tagħżel int. Madankollu, int u tipprepara t-​taħdita tiegħek, kun ċert li l-​preżentazzjoni kollha kemm hi tkun mibnija skont is-​suġġett inkarigat lilek. Meta tiddeċiedi x’għandek tinkludi, se jkollok bżonn ukoll tikkunsidra l-​udjenza tiegħek.

Studja bir-​reqqa l-​materjal taʼ referenza, analizza l-​iskritturi inklużi fih. Imbagħad ikkunsidra kif tużah bl-​iktar mod effettiv għall-​benefiċċju tal-​udjenza. Agħżel żewġ punti jew forsi tlieta mill-​materjal stampat biex tużahom bħala punti prinċipali fit-​taħdita tiegħek. Bl-​istess mod, mill-​materjal assenjat agħżel l-​iskritturi li tippjana li taqra u tiddiskuti.

Kemm għandek tkopri mill-​materjal? Dak biss li tistaʼ titkellem dwaru b’mod effettiv. Tittraskurax il-​metodi effettivi tat-​tagħlim biex tkun tistaʼ tinkludi ħafna informazzjoni. Jekk hemm xi materjal li ma jaqbilx mal-​mira tat-​taħdita tiegħek, ikkonċentra fuq porzjonijiet minnu li se jgħinuk tilħaq din il-​mira. Mill-​materjal inkarigat, uża dak li se jkun l-​iktar informattiv u taʼ benefiċċju għall-​udjenza tiegħek. Il-​mira tiegħek b’dan il-​parir tat-​taħdit hi li tuża dak li ġejt inkarigat bih bħala l-​bażi għat-​taħdita tiegħek u mhux li tara kemm minnu tistaʼ tkopri.

It-​taħdita tiegħek mhix maħsuba biex tkun sempliċi sommarju tal-​materjal assenjat. Għandek tippjana li tispjega ċerti punti, tiftaħ fuqhom, tagħti eżempji tagħhom, u possibbilment turi kif jistgħu jiġu applikati. Għandek tuża iżjed ideat biex tiżviluppa punti importanti mill-​materjal assenjat lilek u mhux biex jieħdu post dan il-​materjal.

L-​aħwa rġiel li għandhom il-​kwalifiki meħtiġin bħala għalliema jistgħu maż-​żmien jiġu mistidnin biex jagħtu istruzzjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz. Huma jifhmu l-​bżonn li jużaw sew il-​materjal assenjat minflok ma jiġbru informazzjoni oħra minfloku. B’mod simili, l-​aħwa rġiel li jagħtu t-​taħditiet pubbliċi jingħataw outlines biex jimxu fuqhom. Dawn iħallu l-​wisaʼ għal ċerta flessibiltà, imma jindikaw b’mod ċar il-​punti prinċipali li għandhom jiġu żviluppati, l-​argumenti li jappoġġawhom u li għandhom jintużaw, u l-​iskritturi li jipprovdu l-​bażi għat-​taħdita. Parti importanti mill-​preparazzjoni għal privileġġi oħrajn tat-​taħdit hi li wieħed jitgħallem kif jgħallem billi juża l-​materjal assenjat lilu bħala pedament.

Dan it-​taħriġ jistaʼ jgħinek ukoll biex tikkonduċi studji tal-​Bibbja progressivi fid-​djar. Se titgħallem tiffoka l-​attenzjoni fuq il-​materjal għall-​istudju minflok ma tibdel is-​suġġett billi tenfasizza affarijiet oħrajn li jistgħu jkunu interessanti imma mhux neċessarji biex is-​suġġett ikun mifhum. Madankollu, jekk tifhem il-​ħsieb wara din il-​lezzjoni, mhux se ssir tant strett li tonqos milli tipprovdi iktar spjegazzjoni li student għandu mnejn jeħtieġ.

KIF TAGĦMEL DAN

  • Uża biss il-​materjal konness direttament mas-​suġġett assenjat lilek.

  • Jekk l-​inkarigu tiegħek jinkludi l-​użu taʼ ċertu materjal stampat bħala bażi għat-​taħdita tiegħek, agħżel il-​punti prinċipali tiegħek u l-​iskritturi fundamentali minn dan il-​materjal minflok minn sorsi oħrajn.

TAĦRIĠ: Fi tliet ġranet differenti meta taqra l-​iskrittura taʼ kuljum, agħmel ċirku madwar il-​kelma jew il-​frażi li tidentifika s-​suġġett li jkun qed jiġi diskuss. Agħmel linja taħt kumment qasir jew tnejn li huma konnessi direttament mas-​suġġett. Imbagħad, fi kliemek, ikkummenta dwar is-​suġġett billi tuża l-​iskrittura u l-​punti li mmarkajt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja