LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lv p. 3
  • Daħla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Daħla
  • “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Materjal Simili
  • Ittra mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • ‘Komplu Mexjin fil-Verità’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • “Jien se nimxi fil-verità tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
“Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
lv p. 3

Daħla

Għażiż Qarrej li Tħobb lil Ġeħova:

“Tkunu tafu l-​verità, u l-​verità teħliskom,” qal Ġesù. (Ġwanni 8:32) Kemm hu inkuraġġanti dan il-​kliem! Iva, huwa possibbli li tkun taf il-​verità, saħansitra f’dawn “l-​aħħar jiem” kritiċi meta l-​gideb u n-​nuqqas taʼ verità dejjem qed jiżdiedu. (2 Timotju 3:1) Tiftakar meta għall-​ewwel darba aċċettajt il-​verità bħalma hi spjegata fil-​Kelma t’Alla? X’esperjenza eċċitanti kienet din!

Madankollu, bħalma hu importanti li nieħdu għarfien eżatt dwar il-​verità u li jkollna sehem regulari f’li ngħidu lil oħrajn dwarha, hekk ukoll irridu nġibu ruħna fi qbil mal-​verità. Biex nagħmlu dan, irridu nżommu ruħna fl-​imħabba t’Alla. Dan x’jinvolvi? Il-​kliem taʼ Ġesù fil-​lejl taʼ qabel mewtu jwieġeb din il-​mistoqsija. Hu qal lill-​appostli leali tiegħu: “Jekk tosservaw il-​kmandamenti tiegħi, tibqgħu fi mħabbti, bħalma jien osservajt il-​kmandamenti tal-​Missier u nibqaʼ fi mħabbtu.”—Ġwanni 15:10.

Innota li Ġesù baqaʼ fl-​imħabba t’Alla billi osserva l-​kmandamenti taʼ Missieru. L-​istess japplika għalina llum. Biex nibqgħu fl-​imħabba t’Alla, irridu naġixxu fi qbil mal-​verità fil-​ħajja tagħna taʼ kuljum. F’dik l-​istess lejla, Ġesù qal: “Jekk tafu dan, henjin intom jekk tagħmluh.”—Ġwanni 13:17.

Hija t-​tama sinċiera tagħna li din il-​pubblikazzjoni tgħinek biex tkompli tapplika l-​verità f’ħajtek, u b’hekk iżżomm ruħek ‘fl-​imħabba t’Alla bil-​ħajja taʼ dejjem quddiem għajnejk.’—Ġuda 21.

Il-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja