Għanja 43
Imqajmin, Sodi, u Setgħanin Ibqgħu
1. Imqajmin u sodi ibqgħu;
Stabru, kunu setgħanin.
Bħal irġiel taʼ ħila imxu,
Lejn ir-rebħa żgur resqin.
Obdu l-kmand ċar taʼ Ġesù s-Sultan,
Miegħu ieqfu sodi b’mod ħerqan.
(KOR)
Imqajmin u sodi lkoll ibqgħu!
Sat-tmiem kunu setgħanin!
2. Imqajmin, f’sensikom ibqgħu,
Lesti tobdu bla dewmien
U attenti x’jgħid il-Kristu
Bl-ilsir lealment f’daż-żmien.
Kliem l-anzjani tridu tagħtu kas,
Jiddefendu s-sewwa, anki n-nagħ’ġ.
(KOR)
Imqajmin u sodi lkoll ibqgħu!
Sat-tmiem kunu setgħanin!
3. Imqajmin, l-aħbar tas-Saltna
Iddefendu f’unità.
Għalkemm l-għadu jiġġildilha,
Sat-tmiem aqsmu l-verità.
Mal-art kollha għajtu ferħanin:
Ara! Jum Ġeħova fil-viċin!
(KOR)
Imqajmin u sodi lkoll ibqgħu!
Sat-tmiem kunu setgħanin!
(Ara wkoll Mt. 24:13; Ebr. 13:7, 17; 1 Pt. 5:8.)