LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 1 p. 4
  • Il-Ħallieq Jagħti Ġenna tal-Art lill-Bniedem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ħallieq Jagħti Ġenna tal-Art lill-Bniedem
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Min Ħalqek?
    Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!
  • Hemm X’Nitgħallmu mill-Ewwel Koppja Umana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Kif Kienet il-Ħajja fil-Ġenna tal-Art?
    Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
  • Il-Ġenna tal-Art Mitlufa
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 1 p. 4
Adam u Eva fil-ġnien tal-Għeden, imdawrin bl-annimali

L-​1 TAQSIMA

Il-​Ħallieq Jagħti Ġenna tal-​Art lill-​Bniedem

Alla joħloq l-​univers fiżiku u l-​ħajja fuq l-​art; hu joħloq koppja perfetta, ipoġġihom fi ġnien sabiħ, u jagħtihom kmandi biex jobduhom

Iljuni, għasafar, u ċriev fil-ġnien tal-Għeden

INTQAL li l-​kliem li ġej hu l-​iktar kliem tal-​ftuħ magħruf li qatt inkiteb. “Fil-​bidu Alla ħalaq is-​smewwiet u l-​art.” (Ġenesi 1:1) B’din is-​sentenza sempliċi u grandjuża, il-​Bibbja tintroduċina mal-​Persunaġġ l-​iktar importanti fl-​Iskrittura Mqaddsa—l-​Alla li jistaʼ kollox, Ġeħova. L-​ewwel vers tal-​Bibbja jikxef li Alla hu l-​Ħallieq tal-​univers fiżiku vast, inkluż il-​pjaneta li ngħixu fuqha aħna. Il-​versi taʼ wara jispjegaw li matul serje taʼ perijodi twal, b’mod figurattiv imsejħin jiem, Alla beda jipprepara l-​art bħala d-​dar tagħna, billi ħalaq l-​għeġubijiet kollha tad-​dinja naturali tagħna.

L-​aqwa ħolqien t’Alla fuq l-​art kien il-​bniedem. Dan kien ħliqa magħmula fix-​xbieha t’Alla—kapaċi jirrifletti l-​kwalitajiet persunali taʼ Ġeħova stess, bħall-​imħabba u l-​għerf tiegħu. Alla għamel lir-​raġel mit-​trab tal-​art. Alla semmieh Adam, u mbagħad qiegħdu f’ġenna tal-​art—il-​ġnien tal-​Għeden. Alla nnifsu ħawwel dak il-​ġnien, billi mlieh b’siġar sbieħ u produttivi.

Alla ra l-​bżonn li l-​bniedem ikollu sieħba. Billi uża waħda mill-​kustilji t’Adam, Alla għamel mara u ħadha għand ir-​raġel u tahielu bħala martu. Iktar tard issemmiet Eva. Ferħan se jtir, Adam esprima ruħu bil-​kliem poetiku: “Sa fl-​aħħar, din hi għadma minn għadmi u laħam minn laħmi.” Alla spjega: “Huwa għalhekk li raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jrid jingħaqad maʼ martu u huma jsiru ġisem wieħed.”—Ġenesi 2:22-​24; 3:20.

Alla ta lil Adam u Eva żewġ kmandi. L-​ewwel, hu qalilhom biex jikkultivaw u jieħdu ħsieb id-​dar tagħhom, l-​art, u maż-​żmien jimlewha b’nisilhom. It-​tieni, qalilhom biex ma jiklux mill-​frott taʼ siġra waħda biss f’dak il-​ġnien vast kollu, mis-​“siġra taʼ l-​għarfien tat-​tajjeb u l-​ħażin.” (Ġenesi 2:17) Jekk ma kinux se jobdu kienu se jmutu. B’dawn il-​kmandi, Alla ta lir-​raġel u lill-​mara mod kif juru li jaċċettawh bħala l-​Ħakkiem tagħhom. L-​ubbidjenza tagħhom kienet se turi wkoll l-​imħabba u l-​gratitudni tagħhom. Kellhom kull raġuni biex jaċċettaw it-​tmexxija tiegħu tant ħanina. Ma kien hemm l-​ebda difett f’dawn il-​bnedmin perfetti. Il-​Bibbja tgħidilna: “Alla ra kulma kien għamel, u, ara, kien tajjeb ħafna.”—Ġenesi 1:31.

—Ibbażat fuq Ġenesi kapitli 1 u 2.

  • Il-​Bibbja kif tiddeskrivi l-​ħolqien tal-​bnedmin u taʼ darhom, l-​art?

  • Alla x’tip taʼ ħajja għamel possibbli għar-​raġel u l-​mara?

  • Alla liema kmandi ta lill-​ewwel koppja umana?

L-​ISEM T’ALLA

L-​Iskrittura Mqaddsa tirreferi għal Alla b’titli differenti, bħal Ħallieq u Alla li Jistaʼ Kollox. Xi titli jenfasizzaw l-​attributi t’Alla, bħall-​qdusija, il-​qawwa, il-​ġustizzja, l-​għerf, u l-​imħabba tiegħu. Madankollu, Alla wkoll ta lilu nnifsu isem persunali uniku—Ġeħova. Fil-​Bibbja kif inkitbet bil-​lingwi oriġinali tagħha, dan l-​isem divin deher xi 7,000 darba, l-​ewwel darba f’​Ġenesi 2:4. L-​isem Ġeħova jfisser “Hu Jġiegħel li Jsir.” Huwa taʼ faraġ li nkunu nafu dan, għax ifisser li Alla jistaʼ jwettaq kwalunkwe skop li jkollu f’moħħu u kwalunkwe wegħda li jagħmel.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja