LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 12 pp. 26-27
  • In-neputi taʼ Pawlu kien kuraġġuż

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • In-neputi taʼ Pawlu kien kuraġġuż
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • “Isimgħuni Hekk Kif Niddefendi Lili Nnifsi”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Agħmel Kuraġġ—Ġeħova Se Jgħinek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Ipproklama bil-Qlubija s-Saltna taʼ Jehovah!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Kien Jagħti Xiehda bir-Reqqa u ‘bil-Kuraġġ’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 12 pp. 26-27
In-neputi taʼ Pawlu jitkellem mal-kmandant militari

LEZZJONI 12

In-neputi taʼ Pawlu kien kuraġġuż

Ejja nitgħallmu dwar żagħżugħ li salva l-​ħajja taʼ zijuh. Iz-​ziju taż-​żagħżugħ kien l-​appostlu Pawlu. Ma nafux x’kien jismu ż-​żagħżugħ, imma nafu li għamel xi ħaġa kuraġġuża ħafna. Tixtieq tismaʼ dwar dak li għamel?—

Pawlu kien il-​ħabs f’Ġerusalemm. Kien ġie arrestat għax kien qed jipprietka dwar Ġesù. Xi rġiel ħżiena kienu jobogħdu lil Pawlu, allura għamlu pjan mill-​agħar. Huma qalu: ‘Ejja nitolbu lill-​kap tal-​armata biex jgħid lis-​suldati tiegħu biex jieħdu lil Pawlu l-​qorti. Aħna se nistaħbew fit-​triq, u meta Pawlu jgħaddi minn hemm, se noqtluh!’

L-appostlu Pawlu li kien fil-ħabs jismaʼ x’ġara mingħand in-neputi

In-neputi taʼ Pawlu qal lil Pawlu u lill-kap tal-armata dwar il-pjan mill-agħar

In-​neputi taʼ Pawlu semaʼ bil-​pjan. X’kien se jagħmel? Mar il-​ħabs u lil Pawlu qallu b’kollox. Mill-​ewwel, Pawlu qallu biex jgħid lill-​kap tal-​armata dwar il-​pjan mill-​agħar. Taħseb li kien faċli għan-​neputi taʼ Pawlu li jkellem lill-​kap?— Le, għax il-​kap kien raġel importanti. Imma n-​neputi taʼ Pawlu kien kuraġġuż u kellem lill-​kap.

Il-​kap kien jaf eżatt x’għandu jagħmel. Ħejja armata taʼ kważi 500 suldat biex jipproteġu lil Pawlu! Qalilhom biex lil Pawlu jiħduh Ċesarija dak il-​lejl stess. Ġiet salvata l-​ħajja taʼ Pawlu?— Iva, l-​irġiel ħżiena ma setgħux jattakkawh! Il-​pjan mill-​agħar tagħhom ma ħadimx.

X’tistaʼ titgħallem minn din l-​istorja?— Inti wkoll tistaʼ tkun kuraġġuż bħan-​neputi taʼ Pawlu. Hemm bżonn inkunu kuraġġużi meta nkellmu lil oħrajn dwar Ġeħova. Inti se tkun kuraġġuż u tibqaʼ titkellem dwar Ġeħova?— Jekk tagħmel hekk, forsi ssalva lil xi ħadd.

AQRA MILL-​BIBBJA TIEGĦEK

  • Atti 23:12-24

  • Mattew 24:14; 28:18-20

  • 1 Timotju 4:16

MISTOQSIJIET:

  • Xi rġiel ħżiena xi ppjanaw li jagħmlulu lil Pawlu?

  • X’għamel in-​neputi taʼ Pawlu? Din għala kienet xi ħaġa kuraġġuża?

  • Inti kif tistaʼ tkun kuraġġuż bħan-​neputi taʼ Pawlu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja