Introduzzjoni
F’dawn iż-żminijiet kritiċi meta ż-żwieġ u l-familja qed jiġu attakkati, huwa possibbli li tkunu ferħanin bħala familja? Dan mhuwiex faċli, imma hemm għajnuna disponibbli. Minkejja li dan il-browxer ma jkoprix kull aspett taż-żwieġ, jenfasizza prinċipji Bibliċi taʼ min joqgħod fuqhom u fih suġġerimenti tajbin. Jekk tapplikahom f’ħajtek, dawn se jkunu t’għajnuna biex ikollok il-ferħ fil-familja tiegħek.