LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • scl pp. 3-5
  • Introduzzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Introduzzjoni
  • Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
scl pp. 3-5

Introduzzjoni

Dan il-ktieb, Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani, se jagħmilha faċli għalik biex issib versi u rakkonti fil-Bibbja li jistgħu jgħinuk tkampa mal-problemi li jkollok. Se jgħinek ukoll issib versi biex tinkuraġġixxi lil oħrajn u tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet li jferrħu lil Ġeħova. Tistaʼ tagħżel is-suġġett li tkun trid. Kull suġġett fih mistoqsijiet u spjegazzjoni qasira taʼ eżempji mill-Bibbja li se jgħinuk. (Ara l-kaxxa “Kif Tuża Din il-Pubblikazzjoni.”) Hekk kif tibda tuża dan il-ktieb, se ssib skritturi li jagħtuk il-pariri u l-għajnuna li għandek bżonn. Int se ssib ukoll prinċipji importanti mill-Bibbja li tistaʼ tuża biex tgħin u tinkuraġġixxi lil oħrajn.

Kif Tuża Din il-Pubblikazzjoni

Biex issib suġġett, tistaʼ tagħfas search jew tfittex fil-lista tas-suġġetti. Il-ktieb Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani hu maqsum f’sebaʼ sezzjonijiet: Familja, Ħajja taʼ Kuljum, Ħbiberija maʼ Ġeħova, Imġiba, Kongregazzjoni, Kwalitajiet, u Problemi. X’aktarx se ssib is-suġġett li qed tfittex f’waħda minn dawn is-sezzjonijiet. Jekk ma tkunx ċert liema sezzjoni jistaʼ jkun fiha s-suġġett li qed tfittex, agħżel Kollox u inżel ’l isfel fil-lista tas-suġġetti sakemm issib dak li għandek bżonn. Taħt kull suġġett se ssib mistoqsijiet jew sentenzi miktubin b’mod iktar skur (bold). Hekk kif taqra l-versi li hemm taħthom, aħseb sew kif dawn iwieġbu l-mistoqsija jew joħorġu l-punt tas-sentenza. Xi suġġetti fihom sottitli biex jgħinuk issib dak li qed tfittex iktar malajr. Xi kultant se ssib “Ara wkoll” fejn se jkun hemm iktar versi. Dawn ikun fihom ħsieb li għandu x’jaqsam mas-suġġett. Ħafna drabi se ssib ukoll “Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk.” Maʼ kull waħda se ssib vers(i) u sentenza li tispjega fil-qosor il-punt tal-vers(i). Din is-sentenza se tgħinek issib dak li tkun qed tfittex meta taqra l-vers(i).

Ovvjament dan il-ktieb ma fihx l-iskritturi kollha dwar kull suġġett. Imma ġie ddisinjat biex jgħinek issib l-iktar skritturi importanti dwar is-suġġett li qed tfittex, imbagħad tistaʼ tuża għodod oħra biex titgħallem iktar. (Pr 2:​1-6) Tistaʼ tfittex iktar fil-fond billi tuża r-referenzi marġinali u anki n-noti taʼ studju tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa b’lingwa li tifhem. Biex titgħallem iktar dwar xi vers mill-Bibbja, idħol fil-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova u agħżel “Skritturi Spjegati” jew idħol fil-Watch Tower Publications Index bl-Ingliż. Dawn l-għodod se juruk x’ħareġ dwar il-vers. L-aktar referenzi riċenti se juruk il-mod kif qed nifhmu l-vers tal-Bibbja issa.

Jalla l-ktieb Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani jgħinek ikollok iktar għarfien u tifhem it-tagħlim li hemm fil-Bibbja. Meta tuża dan il-ktieb, se tkun iktar konvint li “l-kelma t’Alla hi ħajja [u] b’saħħitha ħafna.” —Eb 4:12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja