LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • scl pp. 98-100
  • Tagħlim Reliġjuż Imħallat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tagħlim Reliġjuż Imħallat
  • Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
scl pp. 98-100

Tagħlim Reliġjuż Imħallat

In-nies reliġjużi kollha jqimu l-istess Alla?

Dt 32:​16, 17; 1Slt 11:33; 1Kor 8:​5, 6; 10:20

Skont il-Bibbja, Ġeħova jaċċetta r-reliġjonijiet kollha anki jekk jgħallmu affarijiet differenti?

Mt 7:​13, 14; Ġw 17:3; Ef 4:​4-6

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġoż 24:15—Ġożwè qal li rridu nagħżlu lil min se naqdu, jekk hux lil Ġeħova jew allat oħrajn

    • 1Slt 18:​19-40—Permezz tal-profeta Elija, Ġeħova wera lill-qaddejja tiegħu li għandhom iqimu lilu biss mhux lil allat oħrajn

Ġeħova kif ħassu dwar l-allat tal-popli l-oħra u l-qima li kienu jagħtuhom?

Eżo 12:12; Nu 25:​2-5; Dt 12:​29-31; So 2:11

Ġeħova kif iħossu meta n-nies jgħidu li jqimu lilu imma jagħmlu affarijiet li jobgħod?

Is 1:​13-15; 1Kor 10:​20-22; 2Kor 6:​14, 15, 17

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Eżo 32:​1-10—Ġeħova rrabja ħafna meta Aron għamel statwa taʼ barri żgħir biex in-nies iqimu lilha, avolja n-nies qalu li kienu se jużawha biex jagħmlu “festa lil Ġeħova”

    • 1Slt 12:​26-30—Ir-Re Reħobogħam ma riedx li n-nies imorru fit-tempju taʼ Ġerusalemm, allura għamel statwi u qalilhom li dawn jirrappreżentaw lil Ġeħova. Dan wassal biex in-nies jagħmlu dnub

Ġeħova kif għallem lill-Iżraelin biex ma jitħalltux maʼ nies li kienu jaqdu allat oħra?

Eżo 23:​31-33; Dt 7:​1-4

Ġeħova x’għamel meta n-nies tiegħu bdew jaqdu allat oħrajn?

Imħ 10:​6, 7; Sa 106:​35-40; Ġer 44:​2, 3

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Slt 11:​1-9—In-nisa barranin taʼ Salamun ġegħluh iqim allat foloz u n-nies għamlu bħalu, minħabba f’hekk Ġeħova rrabja ħafna

    • Sa 78:​40, 41, 55-62—Asaf qal li meta n-nies irribellaw u għamlu l-idolatrija, Ġeħova ħassu mweġġaʼ u minħabba f’hekk telaqhom

Ġesù x’qal dwar it-tagħlim li jmur kontra l-Kelma t’Alla?

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Mt 16:​6, 12—Ġesù qabbel it-tagħlim tal-Fariżej u s-Sadduċej mal-ħmira għax it-tagħlim falz li kienu qed jgħallmu kien qed jagħmel ħsara lill-ħbiberija li n-nies kellhom maʼ Ġeħova

    • Mt 23:​5-7, 23-33—Ġesù kkritika ħafna lill-iskribi u l-Fariżej għall-attitudni ipokrita u għat-tagħlim falz li kienu qed jgħallmu

    • Mrk 7:​5-9—Ġesù kixef il-ħażen tal-iskribi u l-Fariżej għax kellhom iktar rispett lejn it-tradizzjonijiet tan-nies milli lejn il-Kelma t’Alla

Ġesù ried li d-dixxipli tiegħu jinqasmu f’ħafna reliġjonijiet differenti?

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġw 15:​4, 5—Ġesù ġab eżempju taʼ dielja biex juri kemm hu importanti li d-dixxipli tiegħu jkunu magħqudin miegħu u mal-Kristjani sħabhom

    • Ġw 17:​1, 6, 11, 20-23—Fl-aħħar lejl mal-appostli tiegħu qabel ġie maqtul, Ġesù talab biex id-dixxipli veri tiegħu jkunu magħqudin

Il-Kristjani tal-bidu kollha kienu jemmnu l-istess u jaqdu lil Ġeħova bl-istess mod?

At 16:​4, 5; Rum 12:​4, 5

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • At 11:​20-23, 25, 26—L-aħwa fil-kongregazzjonijiet taʼ Antjokja u taʼ Ġerusalemm ħadmu sew flimkien u kienu magħqudin

    • Rum 15:​25, 26; 2Kor 8:​1-7—L-aħwa fil-kongregazzjonijiet tal-bidu wrew l-imħabba billi fi żmien diffiċli kienu magħqudin għax għenu lil xulxin

Alla jaċċetta kull reliġjon li tgħid li għandha fidi f’Ġesù?

Mt 7:​21-23; 2Kor 11:​13-15

Alla jaċċetta l-qima tan-nies li ma jaqblux mat-tagħlim taʼ Ġesù u l-appostli?

At 20:​29, 30; 1Ti 4:​1-3

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Mt 13:​24-30, 36-43—Ġesù qabbel il-Kristjani foloz maʼ ħaxix ħażin u qal li kien se jkun hemm ħafna Kristjani foloz li għal xi żmien se jidħlu fil-kongregazzjoni

    • 1Ġw 2:​18, 19—Madwar 100 sena wara li twieled Ġesù, l-appostlu Ġwanni qal li ħafna antikristijiet kienu diġà jeżistu

X’jiġri jekk nies li jgħallmu ideat ħżiena u li ma jobdux lil Ġesù jitħallew fil-kongregazzjoni?

2Kor 11:3; 2Pt 2:​1-3; Ġd 3, 4

Il-Kristjani xi jridu jagħmlu biex jibqgħu magħqudin?

Rum 15:​5, 6; 1Kor 1:10

Il-Kristjani għala ma jiħdux sehem fil-qima falza?

2Kor 6:​14-17; Ri 18:4

Għala hu importanti li ngħidu lin-nies dwar tagħlim reliġjuż falz?

Ġer 14:14; 23:​13, 14, 16; Mt 15:​12-14; 23:​13-26

Għala m’għandniex inkunu sorpriżi meta nies li għandhom reliġjon falza jiħduha kontrina u jippersegwitawna?

Ġw 8:​39, 40; 11:​47, 48, 53; 16:2; At 17:​1-5

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja