Studju
Kristjan għala għandu jistudja l-Kelma t’Alla b’mod regolari?
Sa 1:1-3; Pr 18:15; 1Ti 4:6; 2Ti 2:15
Ara wkoll At 17:11
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Sa 119:97-101—Is-salmista qal li hu jħobb il-liġi t’Alla u li meta obdieha kellu ħajja aħjar
Da 9:1-3—Minħabba li Danjel studja l-kotba sagri fehem li l-Iżraelin kienu se jinħelsu minn Babilonja wara 70 sena
Għala rridu nkomplu nitgħallmu?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Pr 4:18—Bħalma d-dawl filgħodu jitqawwa mal-ħin, Ġeħova jkompli jgħin lil dawk li jħobbuh jifhmu l-verità
Mt 24:45-47—Ġesù qal li hu se jinkariga “l-ilsir leali u għaqli” biex jagħti lill-qaddejja tiegħu dak li għandhom bżonn ħalli jibqgħu qrib Ġeħova fl-aħħar jiem
L-għerf li nsibu fil-Bibbja għala hu aħjar mill-għerf li nsibu f’kotba li jiktbu n-nies?
Ġeħova xi jwegħedhom lil dawk li jistudjaw il-Bibbja biex jogħġbuh?
Għal xiex għandna nitolbu qabel nibdew nistudjaw il-Bibbja?
Ara wkoll Sa 119:66
Għala għandna nieħdu vantaġġ mill-ikel spiritwali kollu li nirċievu mingħand “l-ilsir leali u għaqli”?
Għala għandna nipprovaw nifhmu sew dak li tgħallem il-Bibbja?
Kemm hu importanti li jkollna l-għerf u nkunu kapaċi nifhmu?
Għala għandna naqraw bil-mod u naħsbu sew dwar dak li naqraw?
Għala għandna naraw kif nistgħu napplikaw dak li tgħid il-Bibbja f’ħajjitna?
Għala għandna naħsbu kif nistgħu naqsmu dak li nitgħallmu m’oħrajn?
Kif jistaʼ jgħinna meta nistudjaw b’mod regolari veritajiet importanti tal-Bibbja?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Dt 6:6, 7; 11:18-20—Ġeħova kkmanda lill-ġenituri biex jgħallmu lit-tfal tagħhom il-veritajiet tal-Bibbja f’kull opportunità li jkollhom
Meta l-familja kollha jistudjaw il-Bibbja flimkien kif jibbenefikaw?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġen 18:17-19—Ġeħova qal lil Abraham biex jgħallem lill-familja tiegħu jobdu lil Ġeħova u jagħmlu dak li hu tajjeb
Sa 78:5-7—F’Iżrael kull ġenerazzjoni kellha tgħallem lit-tfal dwar Ġeħova biex il-ġenerazzjoni taʼ wara tafda fih