Ubbidjenza
Għala hu importanti li tobdi?
Eżo 19:5; Dt 10:12, 13; Ekk 12:13; Ġk 1:22
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 15:17-23—Il-profeta Samwel iddixxiplina lil Sawl talli m’obdiex lil Ġeħova, imbagħad Samwel spjega kemm hu importanti li nobdu
Lh 5:7-10—Għalkemm Ġesù dejjem obda lil Missieru meta kien fis-sema, meta kien fuq l-art hu tgħallem kif jobdi lil Missieru meta oħrajn ġegħluh ibati
Kristjan x’għandu jagħmel jekk xi ħadd mill-awtoritajiet jgħidlu biex ma jobdix lil Alla?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Da 3:13-18—It-tliet żgħażagħ Ebrej ma ridux iqimu l-istatwa li għamel ir-re Nebukadnessar, avolja setgħu jinqatlu
Mt 22:15-22—Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu biex jobdu lill-gvernijiet sakemm ma jgħidulhomx biex jagħmlu xi ħaġa li biha ma jobdux lil Ġeħova
At 4:18-31—L-appostli b’kuraġġ baqgħu jippritkaw avolja l-awtoritajiet qalulhom biex jieqfu
X’għandna nagħmlu jekk irridu nibqgħu nobdu lil Ġeħova?
Dt 6:1-5; Sa 112:1; 1Ġw 5:2, 3
Ara wkoll Sa 119:11, 112; Rum 6:17
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Esd 7:7-10—Il-qassis leali Esdra kien determinat b’qalbu kollha li jkun t’eżempju tajjeb f’li jobdi l-Liġi t’Alla u biex jgħallimha lil oħrajn
Ġw 14:31—Ġesù wera għala hu jagħmel eżatt dak li jgħidlu Missieru
Għala nobdu lil Ġeħova u lil Ġesù?
Meta nobdu kif nuru li għandna l-fidi?
Rum 1:5; 10:16, 17; Ġk 2:20-23
Ara wkoll Dt 9:23
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġen 6:9-22; Lh 11:7—Noè wera li għandu l-fidi billi bena l-arka “preċiż” kif ikkmandah Ġeħova
Lh 11:8, 9, 17—Abraham wera li għandu l-fidi meta obda l-kmand taʼ Ġeħova biex jitlaq minn Ur u meta kien lest li joffri lil ibnu
Lil dawk li jobduh Ġeħova xi jwegħedhom?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Le 26:3-6—Ġeħova jwiegħed li jbierek u jieħu ħsieb lil dawk li jobduh
Nu 13:30, 31; 14:22-24—Kaleb kien ubbidjenti u għalhekk Ġeħova bierku
Jekk ma nobdux x’jiġrilna?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġen 2:16, 17; 3:17-19—Minħabba li m’obdewx lil Ġeħova, Adam u Eva tilfu l-Ġenna tal-art, il-perfezzjoni, u l-ħajja taʼ dejjem
Dt 18:18, 19; At 3:12, 18, 22, 23—Ġeħova qal minn qabel li kellu jiġi Profeta ikbar minn Mosè, u dawk li ma kinux se jobduh kienu se jiġu kkastigati
Ġd 6, 7—L-anġli ribellużi u n-nies taʼ Sodoma u Gomorra rrabjaw lil Ġeħova għax m’obdewhx
Għala għandna nobdu lil Ġesù Kristu?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġw 12:46-48; 14:24—Ġesù spjega li jekk ma nobdux dak li qal, se niġu ġġudikati
Il-Kristjani għala jobdu lill-anzjani tal-kongregazzjoni?
Mara miżżewġa għala għandha tkun sottomessa lejn ir-raġel tagħha?
It-tfal għala għandhom jobdu lill-ġenituri tagħhom?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġen 37:3, 4, 8, 11-13, 18—Meta Ġużeppi kien għadu żgħir, hu obda lil missieru u mar ħdejn ħutu avolja kienu jobogħduh
Lq 2:51—Ġesù baqaʼ ubbidjenti lejn Ġużeppi u Marija, avolja kien perfett u huma ma kinux