LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • scl pp. 109-110
  • Ugwaljanza

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ugwaljanza
  • Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
scl pp. 109-110

Ugwaljanza

Il-pajjiż li niġu minnu, il-familja tagħna, jew il-flus li għandna jagħmluna iktar importanti minn oħrajn għal Alla?

At 17:​26, 27; Rum 3:​23-27; Ga 2:6; 3:28

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġw 8:​31-40—Xi Lhud kienu kburin għax kienu jiġu minn Abraham imma Ġesù kkoreġiehom għax huma ma imitawx lilu

Hemm xi raġuni għala għandna naħsbu li aħna aħjar minn oħrajn minħabba n-nazzjonalità tagħna?

Ġw 3:16; Rum 2:11

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġon 4:​1-11—Ġeħova bil-paċenzja għallem lill-profeta Ġona biex juri ħniena man-nies taʼ Ninwe, li kienu nies taʼ nazzjonalità oħra

    • At 10:​1-8, 24-29, 34, 35—L-appostlu Pietru tgħallem li Alla jaċċetta wkoll lil dawk li ma kinux Lhud, allura għen lil Kornelju u l-familja tiegħu biex isiru l-ewwel Kristjani mhux Lhud

Kristjani sinjuri għandhom iħossuhom aħjar minn oħrajn jew jistennew li jiġu trattati aħjar minn dawk li m’għandhomx flus?

1Ti 6:​17, 18; Ġk 2:​2-4

Ara wkoll Dt 8:​12-14; Ġer 9:​23, 24

Jekk xi ħadd fil-kongregazzjoni jkollu responsabbiltà, ifisser li hu aħjar minn oħrajn u jistaʼ jittrattahom bl-aħrax?

2Kor 1:24; 1Pt 5:​2, 3

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Dt 17:​18-20—Ġeħova qal lir-rejiet taʼ Iżrael biex ma jaħsbux li huma aħjar minn Iżraelin oħrajn, għax huma kollha kienu aħwa

    • Mrk 10:​35-45, 42—Ġesù kkoreġa lill-appostli minħabba li huma kienu moħħhom f’li jkollhom awtorità fuq oħrajn. (Ara wkoll in-nota taʼ studju maʼ Mrk 10:​42, “lord it over them” fit-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida bl-Ingliż)

Ġeħova lil min japprova?

Eżo 19:5; Rum 10:12; 1Ġw 2:17

Il-Kristjani għandhom jipprovaw ibiddlu l-liġijiet tal-gvern li għalihom ma jkunux ġusti?

Ef 6:​5-9; 1Ti 6:​1, 2

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġw 6:​14, 15—Għalkemm ħafna nies riedu li Ġesù jsolvi l-problemi tal-poplu, hu m’aċċettax li jsir re fuq l-art

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja