LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 3/15
  • X’Ġara min-Natura Umana?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Ġara min-Natura Umana?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Materjal Simili
  • Nibdlu n-Natura Umana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Il-Krudeltà—Qatt se Tintemm?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • “Tibżgħux, Titwerwrux”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 3/15

X’Ġara min-​Natura Umana?

“Għala hu li għandna l-​moħqrija tat-​tfal fi żmienna? Għala hu li għandna l-​moħqrija tal-​annimali? Għala hu li għandna l-​vjolenza? . . . Għala hu li n-​nies jagħtuha għat-​terroriżmu? Għala hu li n-​nies jieħdu d-​drogi? . . . Għala, meta jkollhom kollox, xi nies iduru lejn dawk l-​affarijiet fundamentali li jfarrku minn taħt liċ-​ċiviltà kollha kemm hi?”

DAWK il-​mistoqsijiet saru b’leħen għoli mill-​prim ministru Ingliża. Forsi int staqsejt mistoqsijiet simili bosta drabi. Sibt xi tweġibiet sodisfaċenti?

Biex tiċċara l-​mistoqsijiet tagħha, il-​prim ministru qalet: “Għal snin sħaħ meta kont żagħżugħa u fil-​politika bit-​tamiet u l-​ħolm u l-​ambizzjonijiet kollha tiegħi, kien jidher għalija u għal ħafna min-​nies taʼ żmieni li jekk naslu għal żmien fejn ikun hemm djar diċenti, edukazzjoni tajba, u livell raġonevoli taʼ ħajja, allura kollox ikun ġie f’loku u għandu jkollna futur tajjeb u ferm eħfef. Issa nafu li dan mhux il-​każ. Qegħdin inħabbtu wiċċna mal-​veri problemi tan-​natura umana.”−Korsiv tagħna.

In-natura umana jistaʼ jintqal li hi “il-​kumplessità taʼ dispożizzjonijiet fundamentali u karatteristiċi tal-​bnedmin.” Ovvjament, dispożizzjonijiet u karatteristiċi li ma jaqblux bejniethom jistgħu joħolqu problemi fuq livell persunali, nazzjonali, jew saħansitra internazzonali. Imma n-​natura umana sa fejn għandha t-​tort għat-​tendenzi perikolużi tal-​lum lejn il-​vjolenza, it-​terroriżmu, it-​traffikar tad-​drogi, u affarijiet bħal dawn?

Hija n-​natura umana biss li taħti għall-​kundizzjonijiet li jheddu li “jfarrku minn taħt liċ-​ċiviltà kollha kemm hi”? Jew hemm fatturi oħra li għandna nagħtu kashom biex nispjegaw għala n-​nies tant isibuha faċli biex jinġibdu lejn prattiċi egoistiċi u degradanti meta jistgħu jaspiraw lejn għanijiet iktar għoljin u iktar nobbli? Ejjew naraw.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja