LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 1/15 p. 3
  • L-Inċidenti—Destin jew Ċirkostanzi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Inċidenti—Destin jew Ċirkostanzi?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Materjal Simili
  • Destin jew biss Kumbinazzjoni?
    Stenbaħ!—1999
  • It-Twemmin fid-Destin Jaħkem lil Ħajtek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • It-​Tfittxija għad-​Destin Tal-​bniedem
    Stenbaħ!—1999
  • Huwa l-Futur Tiegħek Stabbilit mid-Destin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 1/15 p. 3

L-Inċidenti—Destin jew Ċirkostanzi?

WAQT li Cristina, mudella żagħżugħa attraenti, qasmet il-​Vjal traffikuż Nove de Julho f’São Paulo, fil-​Brażil, ma lemħietx il-​karozza tal-​linja li kienet ġejja. Ix-​xufier għamel ħiltu kollha biex iwaqqaf il-​vettura, imma kien tard wisq. Cristina ġiet imtajra u maqtula.

Dan l-​inċident traġiku ġie rapportat fil-​faċċata tal-​gazzetta Brażiljana O Estado de S. Paulo. (29 taʼ Lulju, 1990) Iżda kien biss wieħed minn 50,000 fatalità tat-​traffiku li jseħħu kull sena fil-​Brażil. U waqt li eluf iktar jiġu mmankati minn inċidenti bħal dawn, oħrajn jeħilsuha ħafif. Din it-​tfajla, allura, għala ma salvatx? Kienet hija ddestinata li tmut f’dak il-​jum?

Numru bla għadd taʼ nies hekk kieku jargumentaw. Huma jemmnu bid-​destin, li ġrajjiet kbar, bħalma hu l-​waqt tal-​mewt, huma predestinati. Dan it-​twemmin ta l-​bidu għal espressjonijiet bħal “Kienet miktuba tiegħu,” “Hekk kellu jkun,” jew “Minn hemm kellu jgħaddi.” Hemm xi verità fi qwiel popolari bħal dawn? Aħna sempliċement ġugarelli f’idejn id-​destin?

Il-fataliżmu, jew il-​kunċett li l-​ġrajjiet kollha huma ddeterminati minn qabel, kien xi ħaġa li jemmnu biha l-​Griegi u r-​Rumani tal-​qedem. Saħansitra llum l-​idea għadha qawwija f’ħafna reliġjonijiet. L-​Islam, per eżempju, iħaddan il-​kliem tal-​Koran: “L-​ebda ruħ qatt ma se tmut ħlief bil-​permess taʼ Allah u f’perijodu maħtur.” It-​twemmin fid-​destin huwa komuni wkoll fil-​Kristjaneżmu u kien mogħti spinta mid-​duttrina tal-​predestinazzjoni, imgħallma minn John Calvin. Huwa, għalhekk, komuni għal membri tal-​kleru li jgħidu lil dawk il-​familjari mnikktin li ċertu inċident kien “għax hekk ried Alla.”

Il-ħarsa li l-​inċidenti huma l-​frott tad-​destin, madankollu, hija kontra s-​sens komun, l-​esperjenza, u l-​loġika. L-​ewwel ħaġa, l-​inċidenti tat-​traffiku ma tantx jistgħu jkunu r-​riżultat taʼ indħil divin, ladarba investigazzjoni bir-​reqqa se tirrivela ġeneralment kaġun perfettament loġiku. Barra minn hekk, l-​istatistika turi biċ-​ċar illi li jittieħdu prekawzjonijiet raġonevoli—bħalma hu li tilbes iċ-​ċintorin tas-​sigurtà—inaqqas ħafna r-​riskju taʼ inċident fatali. Qatt jistgħu prekawzjonijiet taʼ sigurtà bħal dawn ibiddlu r-​rieda predeterminata t’Alla?

It-twemmin fid-​destin, iżda, jeffettwa ħażin lil dak li jemmen fih. Ma jinkuraġġix dan azzjonijiet taʼ bluha, bħalma hu li jiġu njorati l-​limiti taʼ sewqan u s-​sinjali tat-​traffiku jew sewqan taħt l-​influwenza tal-​alkoħol jew drogi? Iktar serju, it-​twemmin fil-​fataliżmu jġiegħel lil xi wħud iwaħħlu f’Alla meta jkollhom xi inċident. Billi jħossuhom irrabjati u bla ħila, u konvinti li Alla ma jimportahx, huma saħansitra jistgħu jitilfu l-​fidi. Sewwa qal il-​poeta Emerson: “L-​element l-​iktar qares u traġiku fil-​ħajja hu t-​twemmin f’Destin brutali.”

Imma l-​Bibbja xi tgħid dwar id-​diżgrazzji u l-​inċidenti? Veru li tgħallem li dawn ġejjin mid-​destin? Barra minn dan, xi tgħid iktar dwar il-​prospetti tagħna għas-​salvazzjoni? Għandna xi għażla f’dil-kwistjoni?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja