LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 6/1 pp. 8-12
  • Il-Ġimgħa li Biddlet lid-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ġimgħa li Biddlet lid-Dinja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​8 taʼ Nisan
  • Id-​9 taʼ Nisan
  • Il-​10 taʼ Nisan
  • Il-​11 taʼ Nisan—Jum taʼ Attività
  • Hekk Kif il-​11 taʼ Nisan Jersaq lejn it-​Tmiem
  • It-​12 taʼ Nisan
  • It-​13 taʼ Nisan
  • “Waslet is-Siegħa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Nerġgħu Ngħixu l-Aħħar Jiem taʼ Ġesù fuq l-Art
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • A7-G Ġrajjiet prinċipali fil-ħajja taʼ Ġesù fuq l-art—L-aħħar ministeru taʼ Ġesù f’Ġerusalemm (L-1 parti)
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Toqrob l-aħħar ikla tal-Qbiż taʼ Ġesù
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 6/1 pp. 8-12

Il-​Ġimgħa li Biddlet lid-​Dinja

“Imbierek hu dak li jiġi f’isem Jehovah!”−MATTEW 21:9.

1. Liema żewġ gruppi kuntrastanti kienu effettwati bi ġrajjiet f’Awissu li għadda?

TLETT IJIEM TAʼ NKWIET LI HEŻHŻEW LID-​DINJA.” F’Awissu 1991, titli taʼ gazzetti bħal dan enfasizzaw il-​fatt li d-​dinja tistaʼ tinqaleb taʼ taħt fuq fi kwistjoni taʼ jiem. Tabilħaqq, l-​aħħar jiem t’Awissu kienu mill-​iktar avventurużi mħux biss għad-​dinja imma wkoll għal grupp li dwaru Ġesù qal: “Ma huma ebda parti mid-​dinja.” Dan il-​grupp huwa magħruf illum bħala Xhieda taʼ Jehovah.—Ġwann 17:14.

2, 3. (a) Il-​libertà kif ġiet enfasizzata f’Żagreb minkejja s-​sħab tal-​gwerra? (b) Fidi qawwija kif ġiet ippremjata f’Odessa?

2 L-​ewwel konvenzjoni internazzjonali tax-​Xhieda taʼ Jehovah li qatt ġiet ippjanata għall-​Jugoslavja kienet ġiet iffissata għas-​16 sat-​18 t’Awissu. Kif inzerta, kellha tkun ukoll l-​ewwel konvenzjoni kbira tan-​nies taʼ Jehovah f’ġens f’xifer taʼ gwerra ċivili. Xhieda lokali, flimkien maʼ voluntieri minn artijiet ġirien, kienu ħadmu iebes għal xahrejn biex jagħtu dehra ġdida lill-​istadju tal-​futbol HAŠK Gradanski f’Żagreb. Ġabuh nadif tazza, post ideali għall-​Konvenzjoni “Uħud li Jħobbu l-​Libertà Divina.” Eluf taʼ delegati internazzjonali ppjanaw li jattendu, inklużi 600 mill-​Istati Uniti. Hekk kif is-​sħab taʼ gwerra ċivili beda jhedded, il-​kelma ġriet: “L-​Amerikani żgur li ma jiġux.” Imma ġew, flimkien maʼ delegati minn ħafna artijiet oħrajn. Attendenza taʼ 10,000 kienet mistennija, imma 14,684 kienu fl-​istadju fil-​ġurnata finali! Ilkoll ġew imberkin b’mod għani għaliex ma ‘telqux il-​ġbir tagħ.hom flimkien.’—Ebrej 10:25.

3 Matul it-​tlett ijiem taʼ wara l-​konvenzjoni f’Żagreb, sar kolp li falla fl-​Unjoni Sovjetika. F’dak iż-​żmien, uħud li jħobbu l-​libertà divina kienu qegħdin jagħmlu t-​tħejjijiet finali għall-​konvenzjoni tagħhom f’Odessa fl-​Ukrajna. Setgħet tinżamm il-​konvenzjoni? B’fidi qawwija l-​aħwa lestew l-​aħħar xogħlijiet fuq rinovazzjoni sħiħa tal-​istadju, u d-​delegati baqgħu ġejjin. Bħal li kieku b’miraklu, il-​kolp intemm. Konvenzjoni pjaċevoli nżammet fl-​24 u l-​25 t’Awissu, b’12,115 li attendew u 1,943—16 fil-​mija tal-​attendenza massima—li tgħammdu! Dawn ix-​Xhieda ġodda, flimkien maʼ oħrajn li ilhom iżommu l-​integrità, ferħu li kienu ġew għal dik il-​konvenzjoni b’fiduċja sħiħa f’Jehovah.—Proverbji 3:5, 6.

4. Ix-​Xhieda fl-​Ewropa tal-​Lvant segwew liema mudell imwaqqaf minn Ġesù?

4 Dawn ix-​Xhieda leali kienu qegħdin isegwu l-​mudell imwaqqaf mill-​Eżemplar tagħna, Ġesù Kristu. Hu qatt ma ttraskura li jattendi l-​festi kkmandati minn Jehovah, saħansitra meta l-​Lħud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Hekk kif telaʼ Ġerusalemm għall-​aħhar Qbiż tiegħu, dawn kienu jħufu fit-​tempju, waqt li jistaqsu: “X’inhi l-​opinjoni tagħkom? Li mħux se jiġi għall-​festa assolutament?” (Ġwann 11:56) Imma ġie! Dan ta bidu għal gimgħa li laħqet il-​quċċata tagħha b’dawrien tal-​korsa tal-​istorja umana. Tridx issa nirrevedu xi ftit mill-​ġrajjiet importanti taʼ dik il-​ġimgħa—mit-​8 sal-​14 taʼ Nisan fil-​kalendarju Lhudi?

It-​8 taʼ Nisan

5. Dwar liema ħaġa kien konxju Ġesù hekk kif ivvjaġġa lejn Betanja fit-​8 taʼ Nisan, tat-​33 E.K.?

5 F’dan il-​jum Ġesù u d-​dixxipli tiegħu jaslu f’Betanja. Hawn, Ġesù se jqattaʼ sitt iljieli fid-​dar taʼ ħabibu l-​maħbub Lażżru li lilu ftit qabel kien qajjem mill-​mewt. Betanja hija qrib Ġerusalemm. Fil-​privat, Ġesu diġa avża lid-​dixxipli tiegħu: “Ħares! Aħna tilgħin Ġerusalemm, u Bin il-​bniedem se jkun mogħti f’idejn il-​qassisin ewlenin u l-​iskribi, u huma se jikkundannawh għall-​mewt, u se jwassluh s’għand irġiel tal-​ġnus biex iwaqqgħuh għaċ-​ċajt u jifflaġellawh u jsammruh maʼ zokk, u fit-​tielet jum se jkun imqajjem.” (Mattew 20:18, 19) Ġesù huwa konxju għalkollox li issa jrid jiffaċċja provi agonizzanti. Madankollu, hekk kif qed joqrob dak il-​ħin taʼ prova suprema, hu ma jnaqqasx mill-​isforz tiegħu f’li jaqdi b’imħabba lil ħutu. Jalla dejjem ikollna “din l-​attitudni mentali . . . li kienet ukoll fi Kristu Ġesù.”−Filippin 2:1-5; 1 Ġwann 3:16.

Id-​9 taʼ Nisan

6. Fil-​għaxija tad-​9 taʼ Nisan, x’għamlet Marija, u x’qal Ġesù lil Ġuda?

6 Wara nżul ix-​xemx, hekk kif jibda d-​9 taʼ Nisan, Ġesù jgawdi ikla fid-​dar taʼ Xmun li qabel kien lebbruż. Hu hawn li Marija oħt Lażżru tferraʼ żejt tal-​fwieħa li jiswa ħafna flus fuq ras u saqajn Ġesù u bl-​umiltà tixxotta saqajh b’xagħarha. Meta Ġuda joġġezzjona, Ġesù jgħid: “Ħalluha, biex tkun tistaʼ zzomm din l-​osservanza minħabba filjum tad-​difna tieġħi.” Billi jisimgħu li ħafna Lhud sejrin Betanja u qegħdin ipoġġu fidi f’Ġesù, il-​qassisin ewlenin jikkonfoffaw biex joqtlu lilu u lil Lażżru.—Ġwann 12:1-7.

7.Fil-għodwa tad-​9 taʼ Nisan, kif ġie onorat isem Jehovah, u x’bassar Ġesù?

7 Kmieni fil-​għodu, Ġesù jerħilha lejn Ġerusalemm. Folol kbar joħorgu biex jiltaqgħu mieghu, waqt li jxejru friegħi tal-​palm u jgħajtu: “Salva, nitolbuk! Imbierek dak li jiġi f’isem Jehovah, saħansitra s-​sultan taʼ Iżrael!” Ġesù mbagħad iwettaq il-​profezija taʼ Żakkarija 9:9 billi jirkeb sal-​belt fuq ħmar. Hekk kif joqrob lejn Ġerusalemm, hu jibki fuqha, billi jbassar li r-​Rumani se jdawrnha b’arbli ppuntati u se jeqirduha għalkollox—profezija li kien se jkollha twettieq notevoli 37 sena wara. (Dan hu sinjal ħażin għall-​Kristjaneżmu wkoll, li waqgħet f’apostasija b’mod simili wara l-​mudell taʼ Ġerusalemm tal-​qedem.) Il-​mexxejja Lhud ma jridux lil Ġesù bħala s-​sultan tagħhom. B’rabja jesklamaw: “Ara! Id-​dinja marret warajh.” —Ġwann 12:13, 19

Il-​10 taʼ Nisan

8. Fil-​10 taʼ Nisan, Ġesù kif wera rispett profond lejn id-​dar tat-​talb taʼ Jehovah, u x’ġara wara?

8 Ġesù jżur mill-​gdid it-​tempju. Għat-​tieni darba, hu jitfaʼ ‘l barra negozjanti u sarrafa tal-​flus rgħibin. Il-​kummerċjaliżmu—“l-​imħabba tal-​flus”−m’għandux jiddomina fid-​dar tat-​talb taʼ Jehovah! (1 Timotew 6:9, 10) Ġesù dalwaqt se jmut. Hu jitkellem dwar iż-​żriegħ taʼ żerriegħa biex jagħti tixbieha taʼ dan. Iz-​żerriegħa oriġinali tmut, imma hi tarmi biex tipproduċi zokk li jġorr abbundanza taʼ qamħ. B’mod simili, il-​mewt taʼ Ġesù se twassal għal ħajja taʼ dejjem għall-​kotriet li jeżerċitaw fidi fih. Inkwetat bil-​ħsieb dwar il-​mewt tieġħu li qiegħda tavviċina, Ġesù jitlob li isem Missieru jiġi b’hekk igglorifikat. Bi tweġiba, il-​leħen t’Alla jriegħed mis-​sema biex dawk kollha preżenti jisimgħu: “Jien kemm igglorifikajtu u se nerġaʼ nigglorifikah.”−Ġwann 12:27, 28.

Il-​11 taʼ Nisan—Jum taʼ Attività

9. (a) Kmieni fil-​jum tal-​11 taʼ Nisan Ġesù kif uża tixbihat biex jikkundanna lil-​Lhud apostati? (b) Fi qbil mal-​parabbola taʼ Ġesù, min tilef opportunità grandjuża?

9 Ġesù u d-​dixxipli tiegħu għal darb’oħra jitilqu minn Betanja għal jum sħiħ taʼ attività. Ġesù juża tliet tixbihat biex juri għala l-​Lhud apostati huma kkundannati. Hu kien seħet siġra tat-​tin li ma tatx frott, u l-​qagħda mitbiela tagħha issa tagħti stampa tal-​ġens Lhudi mingħajr fidi u mingħajr frott. Hu u dieħel fit-​tempju, hu jiddeskrivi kif kultivaturi mħux denji taʼ għalqa tad-​dwieli taʼ wieħed sinjur fl-​aħħar joqtlu saħansitra lill-​iben u eredi tas-​sinjur—li jagħti stampa tat-​tradiment tal-​Lhud tal-​prokura tagħhom mingħand Jehovah, li jilħaq il-​quċċata tiegħu billi joqtlu lil Ġesù. Hu jiddeskrivi festa tat-​tieġ imħejjija minn sultan—Jehovah—li l-​mistednin tiegħu (il-Lhud) b’egoiżmu jiskużaw lilhom infushom milli jattendu. Għaldaqstant, l-​istedina tmur għand il-​barranin—il-​Ġentili—li xi wħud minnhom iwieġbu. Imma wieħed raġel li nstab mingħajr libsa tat-​tieġ jintefaʼ barra. Hu jirrappreżenta lill-​Kristjani tal-​isem tal-​Kristjaneżmu. Ħafna Lhud taʼ żmien Ġesù kienu mistednin “imma ftit magħżulin” biex ikunu fostil-​144,000 uħud issiġillati li jirtu s-​Saltna tas-​sema.—Mattew 22:14; Rivelazzjoni 7:4.

10-12. (a) Ġesù kif kixef lill-​kleru Lhudi u liema kundanna ħarxa tafaʼ fuq dawk l-​ipokriti? (b) Il-​ġudiżzju kif ġie finalment esegwit fuq il-​Lhud apostati?

10 Il-​kleru Lħudi ipokrita jfittxu okkażjoni biex jaħtfu lil Ġesù, imma hu jwieġeb għadd taʼ mistoqsijiet b’nasba tagħhom u jħawwadhom quddiem il-​poplu. O, dawk il-​Lħud reliġjużi tradituri! Kemm jikxifhom bla tlaqlieq Ġesù! Huma jixxennqu għall-​prominenza, ilbies distintiv, u titli stravaganti, bħal “Rabbi” u “Missier,” simili għal ħafna membri tal-​kleru fi żmienna. Ġesù jistqarr ir-​regola: “Kulmin jeżalta lilu nnifsu se jkun umiljat, u kulmin jumilja lilu nnifsu se jkun eżaltat.”−Mattew 23:12.

11 Ġesù jakkuża bl-​aħrax lil dawk il-​mexxejja reliġjużi. Sebaʼ darbiet hu jesklama: “Gwaj għalikom!” billi jsejħilhom gwidi għomja u ipokriti. U kull darba hu jagħti raġuni ċara għala qed jikkundannahom. Huma qegħdin jagħlqu t-​triq għal ġos-​Saltna tas-​Smewwiet. Meta huma jonsbu xi prożelit, hu jsir doppjament suġġett għal Geħenna, billi wisq probabbli diġà jkun fit-​triq tal-​qerda minħabba xi dnub ohxon li kien għamel qabel jew minħabba l-​fanatiżmu.“Boloh u għomja!” jiddikjara Ġesù, għax il-​Fariżej jiffokaw fuq id-​deheb tat-​tempju minflok fuq li jżommu qima pura hemm. Huma jinjoraw il-​ġustizzja, il-​ħniena, u l-​fedelta hekk kif iħallsu l-​għaxar parti tan-​nagħnieħ, tax-​xibt, u tal-​kemmun tant mixtieq, imma jinjoraw l-​affarijiet importanti tal-​Ligi. Hasil ritwali qatt ma se jneħħi l-​ħmieġ tagħhom minn ġewwa—hija biss qalb imnaddfa permezz taʼ fidi fis-​sagrifiċċju li kien riesaq taʼ Ġesù li tistaʼ tagħmel dak. L-​ipokrezija u n-​nuqqas taʼ ħarsien tal-​liġi li għandhom minn ġewwa igiddbu kwalunkwe faċċata taʼ barra “mbajda.”−Mattew 23:13-29.

12 Iva, huwa gwaj tassew għall-​Fariżej, verament “ulied dawk li qatlu lill-​profeti” tal-​qedem! Serpenti, nisel il-​lifgħat huma, ikkundannati għal Geħenna, għax huma se joqtlu mħux biss lil Ġesù imma wkoll lil dawk li jibgħat. Dan hu ġudizzju li jrid jiġi esegwit “fuq din il-​generazzjoni.” Bi twettieq, Ġerusalemm ġiet meqruda għalkollox 37 sena wara.—Mattew 23:30-36.

13. Ir-​rimarki taʼ Ġesù dwar il-​kontribuzzjonijiet tat-​tempju huma riflessi f’liema sitwazzjonijiet il-​lum?

13 Qabel jitlaq mit-​tempju, Ġesù jfaħħar lil armla fil-​bżonn li titfaʼ fil-​kaxxa tat-​teżor żewġ muniti zgħar—“il-​mezz taʼ għixien kollu li kellha.” Kuntrast tabilħaqq mal-​għonja rgħibin, li qegħdin jitfgħu biss kontribuzzjonijiet li mħux ġejjin mill-​qalb! Bhal dik l-​armla fil-​bżonn, ix-​Xhieda taʼ Jehovah illum minn jeddhom jis-sagrifikaw ħin, enerġija, u finanzi sabiex jappoġġaw u jespandu x-​xogħol tas-​Saltna mad-​dinja kollha. Kemm huma differenti minn dawk l-​evanġelisti immorali tat-​TV li jisolħu l-​merħliet tagħhom u jibnu imperi taʼ gid persunali!—Luqa 20:45-21:4.

Hekk Kif il-​11 taʼ Nisan Jersaq lejn it-​Tmiem

14. Liema niket esprima Ġesù, u kif wieġeb iktar mistoqsijiet mid-​dixxipli tiegħu?

14 Ġesù jibki fuq Ġerusalemm u n-​nies tagħha u jiddikjara: “Intom bl-​ebda mod ma se tarawni minn issa ’l quddiem sa ma tgħidu, ‘Imbierek hu dak li jiġi f’isem Jehovah!”ˈ (Mattew 23:37-39) Iktar tard, meta jkunu bil-​qiegħda fuq il-​Għolja taż-​Żebbuġ, id-​dixxipli intimi taʼ Ġesù jistaqsu dwar dan, u bi tweġiba Ġesù jiddeskrivi s-​sinjal li se jimmarka l-​preżenza tiegħu b’qawwa tas-​Saltna u l-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet mill-​agħar taʼ Satana.—Mattew 24:1-25:46; Mark 13:1-37; Luqa 21:5-36.

15. Ġesù ta liema sinjal rigward il-​preżenza tiegħu għall-​ġudizzju, u minn meta beda jitwettaq?

15 Billi jirreferi għall-​ġudizzju taʼ Jehovah li dalwaqt jiġi esegwit fuq it-​tempju, Ġesù jindika li dan jagħti stampa taʼ ġrajjiet katastrofiċi fil-​futur fil-​konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet kollha kemm hi. Dak iż-​żmien tal-​preżenza tiegħu se jkun immarkat bit-​tfaqqiegħ taʼ gwerer fuq skala li qatt ma kien hawn bħalha, kif ukoll b’ġuħ, b’terremoti, u b’pesti, flimkien maʼ nuqqas taʼ mħabba u nuqqas taʼ ħarsien tal-​liġi. Kemm kien veru dan dwar id-​dinja tagħna tas-​seklu 20 mill-​1914 ’il hawn!

16, 17. Ġesù liema żviluppi dinjin iddeskriva, u l-​Kristjani kif għandhom jirreaġixxu għall-​profezia?

16 Quċċata se tintlaħaq bi “tribulazzjoni kbira li bħalha ma seħħitx sa mill-​bidu tad-​dinja s’issa, le, lanqas ma se terġaʼ sseħħ.” Ladarba din se tkun qerrieda daqs id-​Dulluvju taʼ zmien Noè, Ġesù jwissi kontra li niġu assorbiti f’interessi dinjin.“Ibqgħu għassu, għalhekk, għaliex ma tafux f’liema jum ġej il-​Mulej tagħkom.” Kemm nistgħu nkunu ferħanin li s-​Sid ħatar lill-​“irsir fidil u diskret” midluk biex isemmaʼ t-​twissija u biex jipprovdi ikel spiritwali abbundanti għal dan iljum tal-​preżenza tiegħu!—Mattew 24:21, 42, 45-47.

17 F’dan is-​seklu 20, rajna “fuq l-​art dieqa taʼ ġnus, li ma jafux il-​ħruġ . . . waqt li xi rġiel iħosshom ħażin bil-​biża u bl-​istennija tal-​affarijiet li ġejjin fuq l-​art abitata.” Imma Ġesù jgħidilna: “Malli jibdew isehħu dawn l-​affarijiet, qumu dritti u erfgħu rjuskom ’il fuq, għaliex il-​ħelsien tagħkom qed joqrob.” U jwissina: “Oqogħdu attenti għalikom infuskom li qlubkom qatt ma jitqalu b’ikel żejjed u xorb żejjed u anzjetajiet tal-​ħajja, u f’daqqa waħda dak il-​jum ikun minnufih fuqkom bħal nassa.” Biss billi nibqgħu mqajmin nistgħu aħna nieqfu approvati quddiem Ġesù, “Bin il-​bniedem,” fil-​preżenza tiegħu.—Luqa 21:25-28, 34-36.

18. Liema nkuraġġiment nistgħu nieħdu mit-​tixbihat taʼ Ġesu tal-​għaxar verġni u tat-​talenti?

18 Biex jikkonkludi l-​ħarsa bil-​quddiem tiegħu taʼ espert tal-​ġrajjiet taż-​żmien modern, Ġesù jagħti tliet tixbihat. L-​ewwel, fil-​parabbola tal-​għaxar verġni, hu għal darb’oħra jenfasizza l-​ħtieġa biex wieħed ‘jibqaʼ għassa.’ Imbagħad, fit-​tixbieha tal-​irsiera u t-​talenti, hu juri kif il-​bżulija tiġi ppremjata bl-​istedina biex wieħed ‘jidħol fil-​ferħ tas-​Sid.’ Kristjani midlukin, li huma ffigurati bil-​quddiem f’dawn il-​parabboli, kif ukoll in-​ngħaġ oħra jistgħu jieħdu ħafna nkuraġġiment minn dawn l-​istampi tal-​kliem.—Mattew 25:1-30.

19, 20. Liema relazzjoni pjaċevoli fiż-​żmien modern tingħata prominenza fit-​tixhieha taʼ Ġesù tan-​ngħaġ u l-​mogħoż?

19 It-​tielet tixbieha tirreferi għall-​preżenza taʼ Ġesù fil-​qawwa tas-​Saltna wara li hu jiġi biex ipoġġi fuq it-​tron glorjuż tiegħu fis-​sema. Huwa żmien biex jiġġudika l-​ġnus u biex jissepara l-​popli tal-​art f’żewġ gruppi, wieħed li jikkonsisti f’persuni ġwejdin bħal ngħaġ u l-​ieħor, f’uħud rashom iebsa bħal mogħoż. In-​ngħaġ joħorġu barra minn triqithom biex juru lilhom infushom taʼ appoġġ għal ħut is-​Sultan—l-​uħud midlukin li baqaʼ fuq l-​art f’dan iż-​żmien taʼ tmiem id-​dinja. Dawn in-​ngħaġ huma ppremjati bil-​ħajja, fil-​waqt li l-​mogħoż li ma japprezzawx imorru ’l hemm f’qerda taʼ dejjem.—Mattew 25:31-46.

20 X’relazzjoni grandjuża naraw bejn in-​ngħaġ oħra u ħut is-​Sultan f’dan il-​għeluq tas-​sistema taʼ affarijiet! Għalkemm il-​fdal midlukin ġarrew il-​qofol tax-​xogħol fil-​bidu tal-​preżenza tas-​Sultan, il-​miljuni taʼ ngħaġ oħra żelużi issa jifformaw 99.8 fil-​mija mill-​qaddejja t’Alla fuq l-​art. (Ġwann 10:16) U huma wkoll urew lilhom infushom li lesti jissaportu ‘ġuħ, għatx, għera, mard, u ħabs’ bħala mseħbin taʼ wħud midlukin li jżommu l-​integrità.a

It-​12 taʼ Nisan

21. Liema ħaġa ħadet spinta fit-​12 taʼ Nisan, u kif?

21 Il-​konfoffa biex joqtlu lil Ġesù tieħu spinta ’l quddiem. Ġuda jżur lill-​qassisin ewlenin fit-​tempju, u jaċċetta li jittradixxi lil Ġesù għal 30 biċċa tal-​fidda. Saħansitra dan kien ġie pprofetizzat.—Żakkarija 11:12.

It-​13 taʼ Nisan

22. Liema tħejjija saret fit-​13 taʼ Nisan?

22 Ġesù, li jibqaʼ f’Betanja, wisq probabbli biex jitlob u jimmedita, jibgħat lid-​dixxipli tiegħu Ġerusalemm biex jikkuntattjaw lil ċertu “it-​Tali.” Fid-​dar taʼ dan ir-​raġel, f’kamra kbira fuq, huma jħejju l-​Qbiż. (Mattew 26:17-19) Hekk kif ix-​xemx tinżel fit-​13 taʼ Nisan, Ġesù jingħaqad magħhom hemm għall-​iktar ċelebrazzjoni kommoventi fl-​istorja kollha. X’se jiġri issa fl-​14 taʼ Nisan? L-​artiklu tagħna li ġej se jgħid.

[Nota taʼ taħt]

a L-artiklu li jmiss għandu jgħinna biex napprezzaw bil-​wisq iżjed ir-​relazzjoni intima bejn il-​merħla ċkejkna taʼ midlukin u n-​ngħaġ oħra.

Kif Twieġeb fil-​Qosor?

◻ Liema ospitalità u merħba taw xi wħud lil Ġesù matul it-​8 u l-​10 ta, Nisan?

◻ Ġesù kif kixef lill-​kleru ipokrita fil-​11 taʼ Nisan?

◻ Liema profezija kbira ta Ġesù, u kif qiegħda titwettaq illum?

◻ Il-​ġrajjiet kif resqu lejn quċċata fit-​12 u fit-​13 taʼ Nisan?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja