LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 10/1 p. 3
  • Għala Daqstant Disprament?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Daqstant Disprament?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Mod l-​Iktar Estrem għal Ħruġ mill-​ Problema
  • It-Tama Tegħeleb lid-Disprament
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Dalwaqt—Dinja Mingħajr Disperazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Għala M’Għandekx Taqbad u Ttemm Ħajtek?
    Stenbaħ!—2008
  • Għala xi Nies Jixbgħu mill-Ħajja
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 10/1 p. 3

Għala Daqstant Disprament?

TAMA għal ħajja aħjar—twettqet fl-​aħħar! Ħafna nies li kienu qegħdin igħixu f’dik li kienet imsejħa l-​Ġermanja tal-​Lvant emmnuh dan meta l-​Ħajt taʼ Berlin ġie mwaqqa f’Novembru tal-​1989. Ftit iktar minn sena wara, madankollu, huma lmentaw li “sabu d-​dinja ħarxa tad-​demokrazija iktar iebsa biex tlaħħaq magħha mill-​ħajja protetta mill-​Ħajt taʼ Berlin.” Ir-​riżultat? Diżillużjoni u disprament kbir.

Vjolenza fid-​dar u fil-​komunità tistaʼ ġġiegħel lin-​nies jitilqu minn djarhom biex ifittxu s-​sigurtà, imma ftit isibuha. Xi wħud jistgħu saħansitra jispiċċaw fost dawk taʼ bla dar li jikkampjaw fit-​toroq tal-​belt. F’xi pajjiżi ħafna minn dawn jispiċċaw maqbudin fix-​xibka tal-​burokrazija. Billi ma jistgħux iħallsu għal dar minħabba nuqqas taʼ mpjieg, ma jistgħux isibu mpjieg għax m’għandhomx indirizz fejn joqogħdu. Aġenziji taʼ għajnuna mill-​Gvern jippruvaw jagħtu l-​għajnuna, imma jinħtieġ iż-​żmien biex jissolvew il-​problemi. Għalhekk jidħlu fi frustrazzjoni u disprament.

Ħafna nisa jintelqu f’disprament li verament iwassalhom għal miżuri ddisprati. Fir-​rapport Women and Crime in the l990s, il-​għalliema tal-​liġi Dr. Susan Edwards tispjega: “L-​involviment taʼ nisa żgħażagħ [fil-prostituzzjoni] huwa riżultat dirett taʼ neċessità ekonomika, mhux nuqqas taʼ dixxiplina fuqhom infushom jew skond it-​trobbija.” Bl-​istess mod, irġiel żgħażagħ li jitilqu mid-​dar fi tfittxija għax-​xogħol taʼ spiss ma jsibuhx. Xi wħud, b’disprament, jispiċċaw bħala ‘subien tal-​kiri,’ billi jagħmlu lil gisimhom disponibbli għall-​omosesswali bi bdil maʼ ikel u kenn, u b’hekk isiru pupi f’idejn ċirkli korrotti tal-​vizzju.

Realtajiet politiċi ħorox, vjolenza, diffikultajiet ekonomiċi, dawn kollha jistgħu jipprovokaw gradi taʼ disprament. Saħansitra nies professjonali m’humiex eżentati hekk kif huma jippruvaw iżommu l-​mod taʼ ħajja sinjura tagħhom waqt li jlaħħqu mal-​problemi finanzjarji li dejjem jiżdiedu. Ir-​riżultat? “Sempliċi oppressjoni tistaʼ ġġiegħel lil wieħed għaref jaġixxi b’mod taʼ ġenn,” kif qal is-​Sultan Salamun tal-​qedem! a(Ekkleżjasti 7:7) Tabilħaqq, id-​disprament iwassal lil numru li dejjem jiżdied biex jieħdu l-​mod l-​iktar estrem għal ħruġ mill-​problema—is-​suwiċidju.

Il-​Mod l-​Iktar Estrem għal Ħruġ mill-​ Problema

Il-​ħafna każijiet taʼ suwiċidju fost iż-​żgħażagħ juru li saħansitra huma jiġu effettwati mill-​pjaga tad-​disprament. Wieħed Ingliż li jikteb fil-​gazzetta staqsa: “X’inhu fi żmienna li qed jikkaġuna tant disprament fost it-​teenagers?” Fi studju taʼ tfal bejn l-​etajiet taʼ 8 u 16-il sena li ddaħhlu l-​isptar wara li ppruvaw jivvelenaw lilhom infushom, Dr. Eric Taylor tal-​Istitut tal-​Psikjatrija taʼ Londra jirrapporta: “Ħaġa li tant tolqtok kienet kemm tfal kienu ddisprati u bla tama dwar l-​affarijiet.” Fl-​Ingilterra huwa stmat li nstabu 100,000 każ li m’humiex fatali imma li deliberatament ħadu l-​velenu kull sena f’dawk li jammontaw għal talbiet iddisprati għall-​għajnuna.

Għaqda tal-​karità fl-​Ingilterra għamlet kampanja biex tagħti widen b’simpatija lill-​iddisprati. B’dan il-​mod dawk li jagħtu l-​pariri sostnew li qegħdin joffru “alternattivi għall-​mewt.” Iżda, huma jammettu li m’humiex kapaċi jsolvu l-​problemi li jikkaġunaw lin-​nies biex jiddispraw.

Ir-rata taʼ suwiċidju tirrifletti “l-​livell tal-​aljenazzjoni u nuqqas taʼ għaqda soċjali fis-​soċjetà,” tikkummenta l-​gazzetta The Sunday Correspondent. Għala din ir-​rata tant għolja taʼ suwiċidju llum? Il-​gazzetta semmiet “l-​istat taʼ nies bla dar, żjieda fix-​xorb, it-​theddida tal-​Aids u l-​għeluq taʼ sptarijiet mentali” bħala fatturi li jwasslu lil individwi għal tant disprament kbir li huma jikkunsidraw li jneħħu ħajjithom b’idejhom bħala l-​unika soluzzjoni għall-​problemi tagħhom.

Hemm xi tama biex neħilsu mid-​disprament? Iva! “Qumu dritti u erfgħu rjuskom ’il fuq” hija l-​għajta taʼ tama taʼ Ġesù! (Luqa 21:28) X’ried ifisser? X’tama hemm?

[Nota taʼ taħt]

a Skond it-​Theological Wordbook of The Old Testament, edittjat minn Harris, Archer u Waltke, il-​għerq tal-​lingwa oriġinali tal-​kelma tradotta “oppressjoni” għandu x’jaqsam maʼ “li wieħed igħabbi, jirfes, u jgħaffeġ lil min hu inqas minnu.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja