LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 4/15 pp. 1-12
  • Għala Tgħasses Kontra l-Idolatrija?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Tgħasses Kontra l-Idolatrija?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Inhi l-​Idolatrija
  • Kif Jehovah Iħares lejn l-​Idolatrija
  • Leali taħt Prova
  • Idoli Jitilfu fil-​Qorti
  • Sagrifiċċji lid-​Demonji
  • Għala Hemm Bżonn li Toqgħod Għassa?
  • Se Toqgħod Għassa Kontra l-​Idolatrija?
  • Għasses Kontra l-Idolatrija taʼ Kull Xorta
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Aħarbu mill-Idolatrija
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Għala ma Jużawx Xbihat fil-Qima Tagħhom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 4/15 pp. 1-12

Għala Tgħasses Kontra l-Idolatrija?

“Tfal ċkejknin, għassu rwieħkom mill-​idoli.”—1 ĠWANN 5:21.

1. Il-​qima taʼ Jehovah għala hija ħielsa mill-​idolatrija?

JEHOVAH mhux xi idolu tal-​metall, tal-​injam, jew tal-​ġebel. Ma jistax jiġi akkomodat f’tempju tal-​art. Ladarba huwa l-​Ispirtu li jistaʼ kollox, inviżibbli għall-​bnedmin, huwa impossibbli li wieħed jagħmel xbiha tiegħu. Għalhekk, il-​qima pura taʼ Jehovah trid tkun totalment ħielsa mill-​idolatrija.—Eżodu 33:20; Atti 17:24; 2 Korintin 3:17.

2. Liema mistoqsijiet jimmeritahom li nikkunsidrawhom?

2 Jekk inti tqim lil Jehovah, allura, tagħmel sewwa jekk tistaqsi, ‘X’inhi l-​idolatrija? Il-​qaddejja taʼ Jehovah kif kellhom il-​ħila jevitawha fil-​passat? U għala rridu noqogħdu għassa kontra l-​idolatrija llum?’

X’Inhi l-​Idolatrija

3, 4. L-​idolatrija liema definizzjoni tistaʼ tingħata?

3 Ġeneralment, l-​idolatrija tinvolvi xi ċerimonja jew xi rit. L-​idolatrija hija l-​venerazzjoni, l-​imħabba, il-​qima, jew l-​adorazzjoni taʼ xi idolu. U x’inhu idolu? Huwa xbiha, rappreżentazzjoni taʼ xi ħaġa, jew simbolu, li hu oġġett taʼ devozzjoni. Is-​soltu, l-​idolatrija hija diretta lejn qawwa iktar għolja li hi vera jew immaġinata u li wieħed jemmen li għandha eżistenza ħajja (bniedem, annimal, jew organizzazzjoni). Imma l-​idolatrija tistaʼ wkoll tiġi pprattikata rigward affarijiet li m’għandhomx ħajja (forza jew oġġett bla ħajja tan-​natura).

4 Fl-​Iskrittura, kelmiet Ebrajċi li jirreferu għall-​idoli spiss jenfasizzaw in-​nuqqas taʼ siwi, jew huma kelmiet taʼ tmaqdir. Fost dawn hemm il-​kelmiet tradotti “xbiha mnaqqxa jew skolpita” (litteralment, xi ħaġa mnaqqxa); “statwa, xbiha, jew idolu fundut” (xi ħaġa mdewba jew imsawba); “idolu orribbli”; “idolu fieragħ” (litteralment, frugħa); u “idolu maħmuġ.” Il-​kelma Griega eiʹdo·lon hija tradotta “idolu.”

5. Għala jistaʼ jingħad li mhux ix-​xbihat kollha huma idoli?

5 Mhux ix-​xbihat kollha huma idoli. Alla nnifsu qal lill-​Iżraeliti biex jagħmlu żewġ kerubini tad-​deheb għall-​arka tal-​patt u biex jirrakkmaw rappreżentazzjonijiet taʼ ħlejjaq spirti bħal dawn fuq il-​għata ġewwinija taʼ għaxar tili tat-​tinda għat-​tabernaklu u fuq il-​purtiera li kienet tifred il-​Qaddis mill-​Iktar Qaddis. (Eżodu 25:1, 18; 26:1, 31-33) Il-​qassisin taċ-​ċerimonja biss kienu jaraw dawn ir-​rappreżentazzjonijiet li servew primarjament bħala stampa tal-​kerubini tas-​sema. (Qabbel Ebrej 9:​24, 25.) Huwa evidenti li r-​rappreżentazzjonijiet tal-​kerubini fuq it-​tabernaklu ma kellhomx jiġu meqjumin, ladarba anġli twajbin infushom ma kinux jaċċettaw qima.​—Kolossin 2:18; Rivelazzjoni 19:10; 22:8, 9.

Kif Jehovah Iħares lejn l-​Idolatrija

6. X’inhi l-​ħarsa taʼ Jehovah lejn l-​idolatrija?

6 Qaddejja taʼ Jehovah joqogħdu għassa kontra l-​idolatrija għaliex hu huwa kontra l-​prattiċi idolatrużi kollha. Alla kkmanda lill-​Iżraeliti biex ma jagħmlux xbihat bħala oġġetti taʼ venerazzjoni u jqimuhom. Fost il-​Għaxar Kmandamenti jinstab dan il-​kliem: “Ma tridx tagħmel għalik innifsek xbiha minquxa jew xi forma bħal xi ħaġa li qiegħda fis-​smewwiet fuq jew li qiegħda fuq l-​art taħt jew li qiegħda fl-​ilmijiet taħt l-​art. Ma tridx tmil lejhom lanqas tiġi mħajjar taqdihom, għaliex jien Jehovah Alla tiegħek Alla li jesiġi devozzjoni esklussiva, li nġib kastig għall-​iżball taʼ missirijiet fuq l-​ulied, fuq it-​tielet ġenerazzjoni u fuq ir-​rabaʼ ġenerazzjoni, fil-​każ taʼ dawk li jobogħduni; imma li neżerċita qalb tajba bl-​imħabba lejn l-​elf ġenerazzjoni fil-​każ taʼ dawk li jħobbuni u jżommu l-​kmandamenti tiegħi.”—Eżodu 20:4-6.

7. Jehovah għala huwa kontra kull idolatrija?

7 Jehovah għala huwa kontra l-​idolatrija kollha? Prinċipalment għaliex jesiġi devozzjoni esklussiva, kif ġie muri hawn fuq fit-​tieni wieħed mill-​Għaxar Kmandamenti. Barra minn hekk, hu qal permezz tal-​profeta tiegħu Isaija: “Jiena Jehovah. Dak hu ismi; u lil ħadd ieħor ma se nagħti l-​glorja tiegħi stess, lanqas it-​tifħir tiegħi lil immaġnijiet skolpiti.” (Isaija 42:8) Darba minnhom, l-​idolatrija tefgħet fin-​nassa lill-​Iżraeliti sat-​tali punt li “kienu jissagrifikaw lil uliedhom subien u lil uliedhom bniet lid-​demonji.” (Salm 106:36, 37) L-​idolaturi mhux biss jiċħdu li Jehovah huwa dak Alla veru imma wkoll jaqdu l-​interessi tal-​Avversarju ewlieni tiegħu, Satana, flimkien mad-​demonji.

Leali taħt Prova

8. It-​tliet Ebrej Xadrak, Mexak, u Abednego liema prova ffaċċjaw?

8 Il-​lealtà lejn Jehovah ukoll tagħmilna noqogħdu għassa kontra l-​idolatrija. Dan huwa muri mill-​każ irreġistrat f’​Danjel kapitlu 3. Biex jinawgura xbiha kbira tad-​deheb li hu kien bena, is-​sultan Babilonjan Nebukadneżżar ġemaʼ lill-​uffiċjali tal-​imperu tiegħu. L-​ordni tiegħu inkludiet lil Xadrak, Mexak, u Abednego​—tliet amministraturi Ebrej fuq id-​distrett ġurisdizzjonali taʼ Babilonja. Dawk kollha preżenti kellhom imilu quddiem ix-​xbiha mal-​ħoss taʼ ċerti strumenti mużikali. Dan kien attentat mill-​alla veru taʼ Babilonja, Satana, biex iġiegħel lit-​tliet Ebrej imilu quddiem xbiha li tirrappreżenta lill-​Imperu Babilonjan. Immaġina li int qiegħed preżenti.

9, 10. (a) It-​tliet Ebrej ħadu liema pożizzjoni, u kif ġew ippremjati? (b) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jistgħu jieħdu liema inkuraġġiment mill-​korsa tat-​tliet Ebrej?

9 Ħares! It-​tliet Ebrej qegħdin bil-​wieqfa. Huma jiftakru fil-​liġi t’Alla kontra li wieħed jagħmel u jaqdi lil idoli jew xbihat minquxin. Nebukadneżżar jagħtihom ultimatum​—milu jew mutu! Imma b’lealtà lejn Jehovah, huma jgħidu: “Jekk għandu jkun, Alla tagħna li lilu qegħdin naqdu kapaċi jeħlisna. Mill-​kalkara tan-​nar li qiegħda taqbad u minn idek, O sultan, se jeħles lilna. Imma jekk le, ħalli jkun imgħarraf lilek, O sultan, li l-​allat tiegħek m’humiex dawk li lilhom qegħdin naqdu, u x-​xbiha tad-​deheb li inti bnejt m’aħniex se nqimuha.”—Danjel 3:16-18.

10 Dawn il-​qaddejja leali t’Alla jiġu mitfugħin fil-​kalkara taħraq iżżejjed. Imgħaġġeb b’li jara erbaʼ individwi jimxu fil-​kalkara, Nebukadneżżar isejjaħ lit-​tliet Ebrej ’il barra, u huma jixirfu bla ma saritilhom ebda ħsara. Għal dan is-​sultan jesklama: “Imbierek ikun dak Alla taʼ Xadrak, Mexak u Abednego, li bagħat lill-​anġlu tiegħu [ir-rabaʼ persuna fil-​kalkara] u ħeles lill-​qaddejja tiegħu li fdaw fih u li biddlu lill-​istess kelma tas-​sultan u kkunsinnaw lill-​iġsma tagħhom, għaliex ma ridux jaqdu u ma ridux iqimu lil xi alla assolutament ħlief lil dak Alla tagħhom stess. . . . Ma jeżistix alla ieħor li għandu l-​ħila jeħles bħal dan il-​wieħed.” (Danjel 3:​28, 29) Iż-​żamma tal-​integrità minn dawk it-​tliet Ebrej tipprovdi inkuraġġiment għax-​Xhieda taʼ Jehovah tal-​lum biex ikunu leali lejn Alla, iżommu n-​newtralità lejn id-​dinja, u jevitaw l-​idolatrija.​—Ġwann 17:16.

Idoli Jitilfu fil-​Qorti

11, 12. (a) Isaija x’kiteb li jinvolvi lil Jehovah u lil allat idoli? (b) L-​allat tal-​ġnus kif marru meta ġew sfidati minn Jehovah?

11 Raġuni oħra biex noqogħdu għassa kontra l-​idolatrija hi li l-​venerazzjoni tal-​idoli hi għalxejn. Għalkemm xi idoli magħmulin mill-​bniedem jistgħu jidhru qishom għandhom il-​ħajja​—spiss b’xi ħalq, għajnejn, u widnejn—​ma jistgħux jitkellmu, jaraw, jew jisimgħu, u ma jistgħu jagħmlu xejn għal dawk devoti lejhom. (Salm 135:​15-18) Dan kien muri fit-​tmien seklu Q.E.K., meta l-​profeta t’Alla rreġistra f’​Isaija 43:8-28 dik li hi, fil-​fatt, kawża tal-​qorti bejn Jehovah u allat idoli. Fiha n-​nies t’Alla Iżrael kienu fuq naħa waħda, u l-​ġnus tad-​dinja fuq l-​oħra. Jehovah sfida lill-​allat foloz tal-​ġnus biex igħidu “l-​ewwel affarijiet,” biex jipprofetizzaw b’mod eżatt. Lanqas wieħed ma setaʼ jagħmel dan. Billi dar lejn in-​nies tiegħu, Jehovah qal: “Intom ix-​xhieda tiegħi . . . u jien Alla.” Il-​ġnus ma setgħux jagħtu prova li l-​allat tagħhom kienu jeżistu qabel Jehovah jew li setgħu jipprofetizzaw. Imma Jehovah bassar il-​ħerba taʼ Babilonja u l-​ħelsien tal-​poplu tiegħu mill-​jasar.

12 Iktar minn hekk, il-​qaddejja meħlusin t’Alla kellhom igħidu, kif deskritt f’​Isaija 44:1-8, li huma ‘jappartjenu lil Jehovah.’ Hu nnifsu qal: “Jiena l-​ewwel u jiena l-​aħħar, u barra minni ma hemm ebda Alla.” M’hemm ebda diżapprovazzjoni mill-​allat idoli. “Intom ix-​xhieda tiegħi,” Jehovah qal mill-​ġdid dwar in-​nies tiegħu, billi żied: “Jeżisti xi Alla barra jien? Le, m’hemm ebda Blata.”

13. L-​idolatrija x’tirrivela dwar wieħed li hu idolatur?

13 Aħna noqogħdu għassa wkoll kontra l-​idolatrija għaliex li wieħed jieħu sehem fiha jindika nuqqas taʼ għerf. Bil-​parti taʼ siġra li hu jagħżel, idolatur jagħmel alla biex iqimu, u b’parti oħra jqabbad nar biex isajjar l-​ikel tiegħu. (Isaija 44:9-17) Xi bluha! Wieħed li jagħmel lil u jkun devot lejn allat idoli jsofri l-​mistħija wkoll għaliex ma jkunx jistaʼ jagħti xiehda konvinċenti billi jagħti prova tal-​istat tagħhom bħala alla. Imma l-​Istat taʼ Jehovah bħala Alla huwa bla dubju, għax hu mhux biss bassar il-​liberazzjoni tal-​poplu tiegħu minn Babilonja imma wkoll ġiegħel li dan iseħħ. Ġerusalemm kienet abitata mill-​ġdid, l-​ibliet taʼ Ġuda kienu mibnijin mill-​ġdid, u “qiegħ l-​ilmijiet” taʼ Babilonja—ix-​Xmara Ewfrat—​evapora bħala sors taʼ protezzjoni. (Isaija 44:18-27) Bħalma Alla bassar ukoll, Ċiru l-​Persjan ikkonkwista lil Babilonja.—Isaija 44:28–45:6.

14. Fil-​Qorti Suprema Universali, x’se jiġi pprovat b’mod permanenti?

14 L-​allat idoli tilfu dak il-​każ legali rigward l-​istat taʼ alla. U dak li ġara lil Babilonja żgur li se jiġri lill-​pariġġ modern tagħha, Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza. Hi u l-​allat kollha tagħha, it-​tagħmir reliġjuż, u l-​oġġetti taʼ idolatrija dalwaqt se jkunu telqu għal dejjem. (Rivelazzjoni 17:12–18:8) Fil-​Qorti Suprema Universali, se jkun imbagħad ipprovat b’mod permanenti li Jehovah waħdu huwa dak Alla veru u ħaj u li hu jwettaq il-​Kelma profetika tiegħu.

Sagrifiċċji lid-​Demonji

15. L-​ispirtu qaddis u l-​ġemgħa li tiggverna tal-​ewwel seklu x’indikaw rigward in-​nies taʼ Jehovah u l-​idolatrija?

15 In-​nies taʼ Jehovah joqogħdu għassa wkoll kontra l-​idolatrija għaliex huma ggwidati mill-​ispirtu u mill-​organizzazzjoni t’Alla. Il-​ġemgħa li tiggverna tal-​qaddejja taʼ Jehovah tal-​ewwel seklu qalet lil Kristjani sħabha: “L-​ispirtu qaddis u aħna nfusna qbilna li ma nżidu ebda piż ieħor fuqkom, ħlief dawn l-​affarijiet neċessarji, li tibqgħu tastjenu minn affarijiet issagrifikati lil idoli u minn demm u minn affarijiet imgħallqin u minn żina. Jekk iżżommu bir-​reqqa lilkom infuskom minn dawn l-​affarijiet, intom se tistgħanew. Saħħa lilkom!”—Atti 15:28, 29.

16. Fi kliemek stess, kif tesprimi dak li Pawlu qal dwar affarijiet issagrifikati lill-​idoli?

16 Raġuni oħra biex noqogħdu għassa kontra l-​idolatrija hija biex nevitaw id-​demoniżmu. Rigward l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, l-​appostlu Pawlu qal lill-​Kristjani Korintin: “Aħarbu mill-​idolatrija. . . . Il-​kies tal-​barka li aħna nbierku, m’huwiex qsim fid-​demm tal-Kristu? Il-​ħobża li naqsmu, mhix qsim fil-ġisem tal-​Kristu? Peress li hemm ħobża waħda, aħna, għalkemm ħafna, aħna ġisem wieħed, għax qegħdin kollha nieħdu sehem minn dik il-​ħobża waħda. Ħarsu lejn dak li hu Iżrael skond il-​laħam: M’humiex dawk li jieklu s-​sagrifiċċji sħab mal-​artal? X’irrid, allura, ingħid jien? Li dak li hu ssagrifikat lil idolu hu xi ħaġa, jew li idolu hu xi ħaġa? Le; imma ngħid li l-​affarijiet li l-​ġnus jissagrifikaw huma jissagrifikawhom lid-​demonji, u mhux lil Alla; u ma rridkomx issiru sħab mad-​demonji. Ma tistgħux tkunu qegħdin tixorbu mill-​kies taʼ Jehovah u mill-​kies tad-​demonji; ma tistgħux tkunu qegħdin tieħdu sehem mill-​‘mejda taʼ Jehovah’ u mill-​mejda tad-​demonji. Jew ‘qegħdin aħna nqanqlu lil Jehovah għall-​għira’? M’aħniex iktar b’saħħitna minnu, hux hekk?”​—1 Korintin 10:​14-22.

17. Fl-​ewwel seklu E.K., taħt liema ċirkostanzi setaʼ Kristjan jiekol il-​laħam issagrifikat lill-​idoli, u għala?

17 Parti minn annimal kienet issagrifikata lil idolu, porzjon mar għand il-​qassisin, u l-​adoratur kiseb xi ftit għal festa. Madankollu, parti mil-​laħam setgħet tiġi mibjugħa f’suq. Ma kienx xieraq għal Kristjan li jmur f’tempju tal-​idoli biex jiekol il-​laħam għalkemm hu ma kielx bħala parti minn rit, għax dan setaʼ jagħti gambetta lil oħrajn jew jiġbdu lejn il-​qima falza. (1 Korintin 8:1-13; Rivelazzjoni 2:12, 14, 18, 20) L-​offerta taʼ annimal lil idolu ma biddlitx il-​laħam, u għalhekk Kristjan setaʼ jixtri xi ftit f’suq. Hu wkoll ma kellux għalfejn jistaqsi dwar is-​sors taʼ laħam servut f’dar. Imma jekk xi ħadd kien igħid li l-​laħam kien ġie ‘offrut f’sagrifiċċju,’ ma kienx jieklu, biex jevita li jagħti gambetta lil xi ħadd.—1 Korintin 10:25-29.

18. Dawk li kienu jieklu xi ħaġa ssagrifikata lil xi idolu kif setgħu jinvolvu ruħhom mad-​demonji?

18 Taʼ spiss kien maħsub li wara r-​rit tas-​sagrifiċċju, l-​alla kien fil-​laħam u daħal fil-​ġisem taʼ dawk li kiluh fil-​festa tal-​adoraturi. Bħalma n-​nies li kielu flimkien sawru rabta bejniethom, hekk ukoll dawk li ħadu sehem mill-​annimali tas-​sagrifiċċju kienu qegħdin jieħdu sehem mill-​artal u jipparteċipaw mal-​alla demonju rrappreżentat mill-​idolu. Permezz taʼ idolatrija bħal din, id-​demonji żammew lin-​nies milli jqimu lill-​uniku Alla veru. (Ġeremija 10:1-15) Mhux taʼ b’xejn li n-​nies taʼ Jehovah kellhom jibqgħu jastjenu minn affarijiet issagrifikati lill-​idoli! Il-​lealtà lejn Alla, l-​aċċettar taʼ gwida mill-​ispirtu qaddis u l-​organizzazzjoni tiegħu, u d-​determinazzjoni biex nevitaw li ninvolvu ruħna fid-​demoniżmu juru wkoll li huma inċentivi qawwijin biex noqogħdu għassa kontra l-​idolatrija llum.

Għala Hemm Bżonn li Toqgħod Għassa?

19. Liema xorta taʼ idolatrija kienet teżisti f’Efesu tal-​qedem?

19 Il-​Kristjani b’mod għaqli joqogħdu għassa kontra l-​idolatrija għaliex għandha ħafna forom, u saħansitra att idolatruż wieħed jistaʼ jikkomprometti l-​fidi tagħhom. L-​appostlu Ġwanni qal lil sħabu fit-​twemmin: “Għassu rwieħkom mill-​idoli.” (1 Ġwann 5:21) Dan il-​parir kien meħtieġ għaliex madwarhom kien hemm ħafna forom taʼ idolatrija. Ġwanni kiteb minn Efesu, belt imgħaddsa fi prattiċi tal-​maġija u ħrejjef dwar allat foloz. Efesu kellha wieħed mis-​sebaʼ għeġubijiet tad-​dinja—it-​tempju taʼ Artemis, post taʼ kenn għall-​kriminali u ċentru taʼ riti immorali. Il-​filosfu Heracleitus taʼ Efesu xebbah il-​passaġġ mhux imdawwal lejn dak l-​artal tat-​tempju mad-​dlam tal-​viljakkerija, u ikkunsidra l-​morali tat-​tempju agħar minn dawk tal-​bhejjem. B’hekk, il-​Kristjani taʼ Efesu kellhom jieqfu sodi kontra d-​demoniżmu, l-​immoralità, u l-​idolatrija.

20. Għala kien bżonnjuż li wieħed jevita saħansitra l-​iċken idolatrija?

20 Il-​Kristjani għandhom bżonn determinazzjoni qawwija biex jevitaw saħansitra l-​iċken idolatrija għaliex sempliċement att wieħed taʼ qima lejn ix-​Xitan jagħti appoġġ lill-​isfida tiegħu li l-​bnedmin ma jibqgħux leali lejn Alla taħt prova. (Ġob 1:8-12) Meta wera lil Ġesù “s-​saltniet kollha tad-​dinja u l-​glorja tagħhom,” Satana qal: “Dawn l-​affarijiet kollha se nagħtihomlok jekk int taqaʼ u tagħmel att taʼ qima lili.” Il-​fatt li Kristu rrifjuta ta appoġġ lin-​naħa taʼ Jehovah dwar il-​kwistjoni tas-​sovranità universali u ta prova li x-​Xitan huwa giddieb.—Mattew 4:8-11; Proverbji 27:11.

21. Rigward l-​imperatur Ruman, il-​Kristjani leali x’irrifjutaw li jagħmlu?

21 Lanqas is-​segwaċi bikrin taʼ Ġesù ma għamlu att taʼ qima li jappoġġja lin-​naħa taʼ Satana tal-​kwistjoni. Għalkemm kellhom rispett xieraq lejn l-​“awtoritajiet superjuri” governattivi, ma kinux jaħarqu inċens ad unur l-​imperatur Ruman, saħansitra jekk dan kien jiswielhom ħajjithom. (Rumani 13:1-7) F’dan ir-​rigward Daniel P. Mannix kiteb: “Ftit ferm mill-​Kristjani rtiraw, għalkemm artal b’nar jaqbad fuqu kien ġeneralment jinżamm fl-​arena għall-​konvenjenza tagħhom. Kulma priġunier ried jagħmel kien li jxerred nitfa inċens fuq il-​fjamma u kien jingħata Ċertifikat taʼ Sagrifiċċju u jiġi lliberat. Kien ukoll jiġi spjegat lilu bir-​reqqa li hu ma kienx qiegħed iqim lill-​imperatur; sempliċement jirrikonoxxi l-​karattru divin tal-​imperatur bħala kap tal-​istat Ruman. Xorta waħda, kważi ebda Kristjan ma ddispona miċ-​ċans li kellu biex jaħrab.” (Those About to Die, paġna 137) Jekk tiġi ttestjat bl-​istess mod, tirreżisti int kompletament l-​idolatrija kollha?

Se Toqgħod Għassa Kontra l-​Idolatrija?

22, 23. Għala għandek toqgħod għassa kontra l-​idolatrija?

22 Biċ-​ċar, il-​Kristjani jridu joqogħdu għassa kontra l-​forom kollha tal-​idolatrija. Jehovah jitlob devozzjoni esklussiva. It-​tliet Ebrej leali pprovdew eżempju mill-​aħjar billi rrifjutaw li jqimu bħala idolu lix-​xbiha kbira mibnija mis-​sultan Babilonjan Nebukadneżżar. Fil-kawża tal-​qorti universali rreġistrata mill-​profeta Isaija, Jehovah waħdu kien muri li hu dak Alla veru u ħaj. Ix-​xhieda Kristjani bikrin tiegħu kellhom jibqgħu jastjenu minn affarijiet issagrifikati lill-​idoli. Il-​ħafna wħud leali fosthom ma ċedewx għall-​pressjoni biex iwettqu saħansitra att idolatruż wieħed li kien jikkostitwixxi ċaħda lejn Jehovah.

23 Mela, allura, qiegħed int personalment toqgħod għassa kontra l-​idolatrija? Qiegħed int tagħti lil Alla devozzjoni esklussiva? Tappoġġja int is-​sovranità taʼ Jehovah u teżaltah bħala dak Alla veru u ħaj? Jekk qiegħed tagħmel hekk, għandha tkun id-​determinazzjoni tiegħek biex tkompli tieqaf sod kontra prattiċi idolatrużi. Imma liema punti Skritturali oħra jistgħu jgħinuk biex toqgħod għassa kontra l-​idolatrija taʼ kull xorta?

X’Inhuma l-​Ħsibijiet Tiegħek?

◻ X’inhi l-​idolatrija?

◻ Jehovah għala huwa kontra kull idolatrija?

◻ It-​tliet Ebrej liema pożizzjoni ħadu rigward l-​idolatrija?

◻ Dawk li jieklu affarijiet issagrifikati lill-​idoli kif jistgħu jinvolvu ruħhom mad-​demonji?

◻ Għala għandna noqogħdu għassa kontra l-​idolatrija?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja