LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 2/1 pp. 27-32
  • Folla Kbira li Qegħdin Jagħtu Servizz Sagru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Folla Kbira li Qegħdin Jagħtu Servizz Sagru
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Bil-​Wieqfa Quddiem It-​Tron”
  • “Lebsin Ilbiesi Bojod”
  • “Friegħi Tal-​Palm F’Idejhom”
  • “Servizz Sagru Nhar u Lejl”
  • ‘Mill-​Ġnus, Tribujiet, Popli, u Ilsna Kollha’
  • “Mit-​Tribulazzjoni L-​Kbira”
  • “Ara, folla kbira”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Folla Kbira Quddiem it-Tron taʼ Jehovah
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Kotra Kbira Quddiem it-Tron taʼ Jehovah
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Ġeħova jbierek lil folla kbira bla għadd
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 2/1 pp. 27-32

Folla Kbira li Qegħdin Jagħtu Servizz Sagru

“Qegħdin jagħtuh servizz sagru nhar u lejl fit-​tempju tiegħu.”—RIVELAZZJONI 7:15.

1. Liema żvilupp importanti taʼ fehma spiritwali ntlaħaq fl-​1935?

FIL-​31 taʼ Mejju, 1935, kien hemm ferħ kbir fost id-​delegati f’konvenzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah f’Washington, D.C. Hemmhekk, għall-​ewwel darba, il-​kotra l-​kbira (jew, il-​folla l-​kbira) taʼ Rivelazzjoni 7:9 ġiet identifikata b’mod ċar f’armonija mal-​bqija tal-​Bibbja u fi qbil maʼ ġrajjiet li kienu diġà bdew jiżviluppaw.

2. Liema ħaġa indikat li għadd li dejjem jiżdied kienu rrealizzaw li Alla ma kienx sejħilhom għal ħajja fis-​sema?

2 Madwar sitt ġimgħat qabel, fiċ-​ċelebrazzjoni taʼ l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej f’kongregazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah, 10,681 minn dawk preżenti (madwar 1 minn kull 6) ma kinux ipparteċipaw mill-​emblemi taʼ ħobż u nbid, u 3,688 minn dawn kienu proklamaturi attivi tas-​Saltna t’Alla. Għala żammew lura milli jieħdu mill-​emblemi? Għaliex fuq il-​bażi taʼ dak li tgħallmu mill-​Bibbja, irrealizzaw li Alla ma sejħilhomx għal ħajja fis-​sema imma li setgħu jieħdu sehem fil-​provvedimenti taʼ mħabba taʼ Jehovah b’mod ieħor. Mela f’dik il-​konvenzjoni, meta l-​kelliemi staqsa: “Dawk kollha li għandhom it-​tama li jgħixu għal dejjem fuq l-​art jistgħu jekk jogħġobhom iqumu bil-​wieqfa,” x’ġara? Eluf qamu fuq saqajhom, u dan ġie segwit b’ċapċip fit-​tul min-​naħa taʼ l-​udjenza.

3. L-​identifikar tal-​kotra kbira għala ta spinta ġdida lill-​ministeru taʼ l-​għalqa, u x-​Xhieda kif ħassewhom dwar dan?

3 Dak li d-​delegati tgħallmu f’dik il-​konvenzjoni ta spinta ġdida lill-​ministeru tagħhom. Saru japprezzaw li issa, qabel it-​tmiem tas-​sistema qadima, mhux biss ftit eluf imma kotra kbira taʼ nies se jingħataw l-​opportunità li jidħlu fl-​arranġament taʼ Jehovah għall-​ippreservar tal-​ħajja, bil-​prospett li jgħixu għal dejjem fuq art magħmula ġenna. X’messaġġ li jqanqal il-​qalb kien ippreżentat hemm lil uħud li jħobbu l-​verità! Ix-​Xhieda taʼ Jehovah irrealizzaw li kien hemm xogħol kbir li ried isir​—xogħol ferrieħi. Snin wara, John Booth, li sar membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna, ftakar: “Dik l-​assemblea tatna ħafna dwar xiex nithennew.”

4. (a) Sa liema punt kien hemm attwalment ġbir tal-​folla l-​kbira mill-​1935 ’l hawn? (b) Dawk tal-​folla l-​kbira b’liema mod qegħdin jagħtu evidenza li tagħhom hija fidi ħajja?

4 Matul is-​snin taʼ wara, l-​għadd taʼ Xhieda taʼ Jehovah żdied b’mod drammatiku. Minkejja l-​persekuzzjoni taʼ spiss vjolenti miġjuba fuqhom b’mod estrem matul it-​Tieni Gwerra Dinjija, l-​għadd tagħhom kważi trippla f’temp t’għaxar snin. U s-​56,153 pubblikatur li kienu qegħdin jagħtu xiehda pubblika fl-​1935 żdiedu, sa l-​1994, għal iktar minn 4,900,000 proklamatur tas-​Saltna mifruxin f’iktar minn 230 art. Il-​maġġoranza vasta minn dawn iħarsu ’l quddiem b’antiċipazzjoni ħerqana li jkunu inklużi fost dawk li Jehovah jiffavorixxi bil-​perfezzjoni taʼ ħajja fuq art magħmula ġenna. Imqabblin mal-​merħla ċkejkna, dawn saru verament folla kbira. M’humiex nies li jgħidu li għandhom fidi u madankollu ma juruhiex. (Ġakbu 1:22; 2:14-17) Ilkoll kemm huma jaqsmu m’oħrajn l-​aħbar tajba dwar is-​Saltna t’Alla. Int wieħed minn dik il-​ġemgħa hienja? Li tkun Xhud attiv hija marka importanti taʼ identifikazzjoni, imma iżjed huwa involut.

“Bil-​Wieqfa Quddiem It-​Tron”

5. X’inhuwa indikat bil-​fatt li l-​folla l-​kbira jinsabu “bil-​wieqfa quddiem it-​tron”?

5 Fil-​viżjoni mogħtija lill-​appostlu Ġwanni, hu rahom “bil-​wieqfa quddiem it-​tron u quddiem il-​Ħaruf.” (Rivelazzjoni 7:9) Li huma bil-​wieqfa quddiem it-​tron t’Alla, kif deskritti f’dan il-​kuntest, jindika li jagħtu rikonoxximent sħiħ lis-​sovranità taʼ Jehovah. Dan jinkludi ħafna. Per eżempju: (1) Jirrikonoxxu d-​dritt taʼ Jehovah li jiddeċiedi għall-​qaddejja tiegħu dak li huwa tajjeb u dak li huwa ħażin. (Ġenesi 2:16, 17; Isaija 5:20, 21) (2) Jisimgħu minn Jehovah hekk kif ikellimhom permezz tal-​Kelma tiegħu. (Dewteronomju 6:1-3; 2 Pietru 1:19-21) (3) Japprezzaw l-​importanza li jissottomettu ruħhom lejn dawk li Jehovah fada bl-​indokrar. (1 Korintin 11:3; Efesin 5:22, 23; 6:1-3; Ebrej 13:17) (4) Għalkemm imperfetti, jipprovaw b’mod ħerqan li jwieġbu għal direzzjoni teokratika, mhux kontra qalbhom, imma fil-​pront, mill-​qalb. (Proverbji 3:1; Ġakbu 3:17, 18) Qegħdin quddiem it-​tron biex jagħtu servizz sagru lil Jehovah, li lilu jirrispettaw profondament u jħobbu bil-​kbir. Fil-​każ taʼ din il-​folla l-​kbira, ‘li huma bil-​wieqfa’ quddiem it-​tron jindika l-​approvazzjoni tal-​Wieħed bil-​qiegħda fuq it-​tron. (Qabbel Rivelazzjoni 6:16, 17.) Approvazzjoni fuq liema bażi?

“Lebsin Ilbiesi Bojod”

6. (a) X’ifisser il-​fatt li l-​folla l-​kbira “lebsin ilbiesi bojod”? (b) Il-​folla l-​kbira kif jiksbu waqfa taʼ tjieba quddiem Jehovah? (ċ) Il-​fidi fid-​demm imxerred taʼ Kristu sa liema punt tinfluwenza l-​ħajjiet tal-​folla l-​kbira?

6 Id-​deskrizzjoni taʼ l-​appostlu Ġwanni taʼ dak li ra tgħid li l-​membri taʼ din il-​folla l-​kbira huma “lebsin ilbiesi bojod.” Dawk l-​ilbiesi bojod jissimbolizzaw il-​waqfa nadifa, taʼ tjieba tagħhom quddiem Jehovah. Kif kisbu waqfa bħal din? Diġà osservajna li fil-​viżjoni taʼ Ġwanni kienu weqfin “quddiem il-​Ħaruf.” Jirrikonoxxu lil Ġesù Kristu bħala “l-​Ħaruf t’Alla li jneħħi d-​dnub tad-​dinja.” (Ġwann 1:29) Ġwanni samaʼ lil wieħed mill-​anzjani li, fil-​viżjoni, kien preżenti ħdejn it-​tron t’Alla jispjega: “Ħaslu lbieshom u għamluhom bojod fid-​demm tal-​Ħaruf. Dak huwa għala qegħdin quddiem it-​tron t’Alla.” (Rivelazzjoni 7:14, 15) B’mod figurattiv, ħaslu lbieshom billi eżerċitaw fidi fid-​demm li jifdi taʼ Kristu. Ma jagħtux sempliċi appoġġ mentali lit-​tagħlim tal-​Bibbja dwar ir-​rahan. Apprezzament għalih jeffettwa t-​tip taʼ persuna li huma minn ġewwa; b’hekk, huwa “bil-​qalb” li jeżerċitaw fidi. (Rumani 10:9, 10) Dan għandu effett penetranti fuq dak li jagħmlu bil-​ħajjiet tagħhom. Bil-​fidi, jiddedikaw lilhom infushom lil Jehovah fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju taʼ Kristu, jissimbolizzaw dik id-​dedikazzjoni b’tgħaddis fl-​ilma, verament jgħixu f’armonija mad-​dedikazzjoni tagħhom, u b’hekk jaslu li jgawdu relazzjoni approvata m’Alla. Xi privileġġ mill-​aħjar​—wieħed li għandu jiġi ssalvagwardjat bir-​reqqa!—2 Korintin 5:14, 15.

7, 8. L-​organizzazzjoni taʼ Jehovah kif għenet lill-​folla l-​kbira biex iżommu l-​ilbiesi tagħhom bla tinġis?

7 Bi tħassib taʼ mħabba għall-​ġid dejjiemi tagħhom, l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah ripetutament ġibdet l-​attenzjoni lejn attitudnijiet u kondotta li jistgħu jtebbgħu, jew iniġġsu, l-​ilbiesi taʼ identifikazzjoni taʼ dak li jkun sabiex, minkejja dak li jistqarr minn barra, l-​individwu ma jkunx jiffittja verament id-​deskrizzjoni profetika f’Rivelazzjoni 7:9, 10. (1 Pietru 1:15, 16) Biex isaħħaħ dak li kien ġie ppubblikat qabel, It-​Torri Taʼ L-​Għassa, fl-​1941 u wara, ripetutament wera li jkun estremament mhux xieraq li tippriedka lil oħrajn u mbagħad, meta ma tkunx involut fil-​ministeru, tieħu sehem f’kondotta bħalma hija l-​fornikazzjoni jew l-​adulterju. (1 Tessalonkin 4:3; Ebrej 13:4) Fl-​1947 kien enfasizzat li l-​livelli taʼ żwiġijiet Kristjani taʼ Jehovah japplikaw fl-artijiet kollha; minkejja dak li drawwa lokali tistaʼ tapprova, dawk li baqgħu jipprattikaw il-​poligamija ma setgħux ikunu Xhieda taʼ Jehovah.—Mattew 19:4-6; Titus 1:5, 6.

8 Fl-​1973, ix-​Xhieda taʼ Jehovah mad-​dinja kollha ntwerew li lkoll kemm huma jridu jżommu ’l bogħod minn drawwiet li mingħajr ebda dubju jniġġsu, bħalma huwa l-​użu ħażin tat-​tabakk, ikunu fejn ikunu​—mhux biss fis-​Sala tas-​Saltna jew fis-​servizz taʼ l-​għalqa imma wkoll fix-​xogħol sekulari jew f’xi post moħbi fejn ma jidhirx mill-​pubbliku. (2 Korintin 7:1) Fl-​1987 f’konvenzjonijiet distrettwali tax-​Xhieda taʼ Jehovah, żgħażagħ Kristjani ġew imwissijin bil-​qawwa li sabiex iżommu waqfa nadifa quddiem Alla, iridu jgħassu kontra li jgħixu ħajja doppja. (Salm 26:1, 4) Għal darba wara l-​oħra, It-​Torri Taʼ L-​Għassa wissa kontra aspetti differenti taʼ l-​ispirtu tad-​dinja għaliex “il-​forma taʼ qima li hija nadifa u bla tinġis mill-​punt taʼ kif jaraha Alla tagħna u Missierna” tinkludi li żżomm lilek innifsek “mingħajr tebgħa mid-​dinja.”—Ġakbu 1:27.

9. Min attwalment se jibqaʼ wieqaf approvat quddiem it-​tron t’Alla wara t-​tribulazzjoni kbira?

9 Huma dawk li l-​fidi tagħhom tqanqalhom biex jgħixu b’tali mod li jibqgħu nodfa spiritwalment u moralment li se jibqgħu “bil-​wieqfa quddiem it-​tron” bħala qaddejja approvati t’Alla wara t-​tribulazzjoni kbira li ġejja. Dawn huma nies li mhux biss jagħtu bidu għal mod taʼ ħajja Kristjan imma li lealment jipperseveraw fih.—Efesin 4:24.

“Friegħi Tal-​Palm F’Idejhom”

10. Il-​friegħi tal-​palm li Ġwanni ra f’idejn il-​folla l-​kbira huma taʼ liema sinjifikat?

10 Fost il-​fatturi li jispikkaw tal-​folla l-​kbira, kif osservati mill-​appostlu Ġwanni, huwa dak li “kien hemm friegħi tal-palm f’idejhom.” X’sinjifikat għandu dak? Bla dubju dawk il-​friegħi tal-​palm fakkru lil Ġwanni dwar il-​festa Lhudija tat-​tabernakli, l-​iktar festa mimlija ferħ fil-​kalendarju Ebrajk, miżmuma wara l-​ħsad tas-​sajf. F’armonija mal-​Liġi, weraq tal-​palm, flimkien mal-​friegħi taʼ siġar oħrajn, kienu jintużaw biex jagħmlu għerejjex biex joqgħodu fihom matul il-​festa. (Levitiku 23:39, 40; Neħemija 8:14-18) Kienu wkoll jixxejru mill-​adoraturi fit-​tempju matul il-​kant tal-​Ħallel (Salmi 113–118). It-​tixjir taʼ friegħi tal-​palm mill-​folla l-​kbira bla dubju wkoll fakkar lil Ġwanni fl-​okkażjoni meta Ġesù daħal riekeb ġewwa Ġerusalemm fil-​waqt li folla t’adoraturi mimlijin ferħ xejru friegħi tal-​palm u għajtu: “Imbierek dak li jiġi f’isem Jehovah, saħansitra s-​sultan taʼ Iżrael!” (Ġwann 12:12, 13) Mela t-​tixjir taʼ friegħi tal-​palm jindika li l-​folla l-​kbira mimlijin ferħ isellmu lis-​Saltna taʼ Jehovah u lis-​Sultan midluk tiegħu.

11. Qaddejja t’Alla għala verament isibu ferħ f’li jaqdu lil Jehovah?

11 Huwa spirtu taʼ ferħ bħal dan li l-​folla l-​kbira juru saħansitra issa hekk kif jaqdu lil Jehovah. Dan ma jfissirx li ma jiffaċċjaw ebda tbatija jew li ma jġarrbu ebda niket jew uġigħ. Imma s-​sodisfazzjon li jiġi milli jaqdu u jogħġbu lil Jehovah jgħin biex jegħleb dawk l-​affarijiet. B’hekk, waħda missjunarja li qdiet maʼ żewġha għal 45 sena fil-​Gwatemala rrakkontat dwar il-​kundizzjonijiet primittivi li kienu madwarhom, ix-​xogħol iebes u l-​ivvjaġġar perikoluż li kien parti mill-​ħajja hekk kif għamlu sforzi biex jikkuntattjaw lill-​irħula Indjani bil-​messaġġ tas-​Saltna. Hi kkonkludiet: “Kien iż-​żmien taʼ ħajjitna meta konna henjin b’mod suprem.” Għalkemm kienet qiegħda tħoss l-​effetti taʼ l-​età avanzata u l-​mard, fost l-​aħħar affarijiet li kitbet fid-​djarju tagħha kien il-​kliem: “Kienet ħajja tajba, tant premjanti.” Maʼ l-​art kollha, ix-​Xhieda taʼ Jehovah iħossuhom bl-​istess mod dwar il-​ministeru tagħhom.

“Servizz Sagru Nhar u Lejl”

12. Kemm jekk bi nhar jew bil-​lejl, Jehovah x’josserva hawn fuq l-​art?

12 Dawn l-​adoraturi mimlijin ferħ jagħtu lil Jehovah “servizz sagru nhar u lejl fit-​tempju tiegħu.” (Rivelazzjoni 7:15) Madwar il-​globu, miljuni qegħdin jieħdu sehem f’dan is-​servizz sagru. Meta jkun bil-​lejl f’xi artijiet u n-​nies ikunu reqdin hemmhekk, f’artijiet oħrajn ix-​xemx tkun telgħet u x-​Xhieda taʼ Jehovah ikunu attivi jagħtu xiehda. Hekk kif il-​globu jdur, kontinwament, nhar u lejl, qegħdin ikantaw it-​tifħir lil Jehovah. (Salm 86:9) Imma s-​servizz nhar u lejl irreferut għalih f’Rivelazzjoni 7:15 huwa saħansitra iżjed persunali.

13. L-​Iskrittura kif tindika xi jfisser li taqdi “nhar u lejl”?

13 Individwi li jifformaw il-​folla l-​kbira jagħtu servizz sagru nhar u lejl. Ifisser dan li kulma jagħmlu huwa meqjus bħala servizz sagru? Huwa veru li jagħmlu x’jagħmlu, jitgħallmu jagħmluh b’mod li jonora lil Jehovah. (1 Korintin 10:31; Kolossin 3:23) Madankollu, “servizz sagru” japplika biss għal dak li jinvolvi b’mod dirett il-​qima taʼ l-​individwu lil Alla. Li tieħu sehem f’attività “nhar u lejl” jimplika regolarità jew konsistenza kif ukoll sforz ħerqan.—Qabbel Ġożwè 1:8; Luqa 2:37; Atti 20:31; 2 Tessalonkin 3:8.

14. X’inhuwa li jagħmel is-​servizz taʼ l-​għalqa persunali tagħna jiffittja d-​deskrizzjoni taʼ servizz “nhar u lejl”?

14 Hekk kif jaqdu fil-​bitħa taʼ l-​art tat-​tempju spiritwali kbir taʼ Jehovah, dawk li jifformaw il-​folla l-​kbira jipprovaw jieħdu sehem b’mod regulari u konsistenti fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. Ħafna għamluha l-​mira tagħhom li jkollhom xi sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa kull ġimgħa. Oħrajn jistinkaw iebes bħala pijunieri regulari jew awżiljarji. Taʼ spiss dawn huma beżlin jagħtu xiehda fit-​toroq u fil-​ħwienet kmieni fil-​għodu. Għall-​konvenjenza taʼ wħud interessati, xi Xhieda jikkonduċu studji tal-​Bibbja tard bil-​lejl. Jagħtu xiehda meta jmorru jixtru, meta jivvjaġġaw, matul il-​break, u bit-​telefon.

15. Minbarra l-​ministeru taʼ l-​għalqa, x’inhuwa inkluż fis-​servizz sagru tagħna?

15 Li nieħdu sehem fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni huwa wkoll parti mis-​servizz sagru tagħna; hekk ukoll huwa x-​xogħol involut fil-​bini u l-​manutenzjoni taʼ postijiet t’assembleat Kristjani. Sforzi li jsiru biex ninkuraġġixxu u ngħinu lil ħutna rġiel u nisa Kristjani, spiritwalment u materjalment, biex iżommu ħajjin fis-​servizz taʼ Jehovah huma inklużi. Dan jinkludi x-​xogħol tal-​Kumitati Taʼ Kordinazzjoni Maʼ L-​Isptar, servizz taʼ Betel fid-​diversi għamliet tiegħu, kif ukoll servizz volontarju fil-​konvenzjonijiet tagħna, huwa kollu servizz sagru. Verament, meta l-​ħajjiet tagħna jduru madwar ir-​relazzjoni tagħna maʼ Jehovah, ikunu mimlijin b’servizz sagru. Kif tgħid l-​iskrittura, in-​nies taʼ Jehovah jagħtu “servizz sagru nhar u lejl,” u jsibu ferħ kbir f’li jagħmlu dan.—Atti 20:35; 1 Timotew 1:11.

‘Mill-​Ġnus, Tribujiet, Popli, u Ilsna Kollha’

16. Kif inhuwa veru li l-​folla l-​kbira joħorġu “mill-​ġnus kollha”?

16 Mill-​ġnus kollha, dawk tal-​folla l-​kbira ġejjin. Alla mhux parzjali, u l-​provvediment tar-​rahan magħmul permezz taʼ Ġesù Kristu huwa abbundanti biex bih jibbenefikaw ilkoll. Meta l-​folla l-​kbira ġiet identifikata Skritturalment għall-​ewwel darba fl-​1935, ix-​Xhieda taʼ Jehovah kienu attivi f’115-il art. Sas-​snin disgħin, it-​tfittxija għal uħud bħal ngħaġ kienet estendiet f’iktar mid-​doppju t’artijiet.—Mark 13:10.

17. X’inhuwa jsir biex ngħinu lil nies mit-​‘tribujiet, popli, u ilsna’ kollha jkunu inklużi fil-​folla l-​kbira?

17 F’li jsibu membri prospettivi tal-​folla l-​kbira, ix-​Xhieda taʼ Jehovah taw attenzjoni mhux biss lil gruppi nazzjonali imma wkoll lit-​tribujiet u popli u gruppi lingwistiċi ġewwa dawk il-​ġnus. Sabiex jilħqu lil dawn in-​nies, ix-​Xhieda jippubblikaw letteratura Biblika f’iktar minn 300 lingwa. Dan jinvolvi li tħarreġ u żżomm timijiet taʼ tradutturi kkwalifikati, billi tipprovdi tagħmir tal-​kompjuter li kapaċi jipproċessa dawn il-​lingwi kollha, kif ukoll li tagħmel l-​istampar attwali. Matul biss dawn l-​aħħar ħames snin, 36 lingwa, mitkellma minn xi 98,000,000 ruħ, ġew miżjudin mal-​lista. Iktar minn hekk, ix-​Xhieda jipprovaw iżuru personalment lil dawn in-​nies biex jgħinuhom jifhmu l-​Kelma t’Alla.—Mattew 28:19, 20.

“Mit-​Tribulazzjoni L-​Kbira”

18. (a) Meta tfaqqaʼ t-​tribulazzjoni l-​kbira, min se jiġi ssalvagwardjat? (b) Liema proklamazzjonijiet henjin se jsiru f’dak iż-​żmien?

18 Meta l-​anġli jitilqu l-​irjieħ taʼ qerda rreferuti f’Rivelazzjoni 7:1, mhux biss l-​‘irsiera midlukin t’Alla tagħna’ se jġarrbu l-​protezzjoni taʼ mħabba taʼ Jehovah imma hekk se jagħmlu wkoll il-​folla l-​kbira li ngħaqdu magħhom fil-​qima vera. Kif intqal lill-​appostlu Ġwanni, dawk tal-folla l-​kbira se “joħorġu mit-​tribulazzjoni l-​kbira” bħala wħud li jsalvaw. X’għajta taʼ gratitudni u tifħir se jgħajtu f’dak iż-​żmien hekk kif jiddikjaraw: “Is-​salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna, li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron, u lill-​Ħaruf”! U l-​qaddejja leali kollha t’Alla fis-smewwiet se jżidu l-​ilħna tagħhom f’li jiddikjaraw: “Amen! Il-​barka u l-​glorja u l-​għerf u r-​radd il-​ħajr u l-​unur u l-​qawwa u s-​saħħa jkunu lil Alla tagħna għal dejjem taʼ dejjem. Amen.”—Rivelazzjoni 7:10-14.

19. Dawk li jibqgħu ħajjin f’liema attività mimlija ferħ se jkunu ħerqanin li jieħdu sehem?

19 Xi żmien hieni se jkun dak! Kulmin se jgħix se jkun qaddej taʼ l-​uniku Alla veru! L-​akbar ferħ taʼ dawn kollha se jkun f’li jaqdu lil Jehovah. Se jkun hemm wisq xogħol xi jsir​—xogħol mimli ferħ! L-​art se tiġi ttrasformata f’Ġenna. Eluf taʼ miljuni taʼ mejtin iridu jiġu rxoxtati u mbagħad jiġu edukati fil-​mogħdijiet taʼ Jehovah. Xi privileġġ mimli ferħ se jkun li wieħed jieħu sehem fih! (w95 2/1)

X’Inhuwa L-​Kumment Tiegħek?

◻ Ġrajjiet fl-​1935 x’effett kellhom fuq il-​ministeru taʼ l-​għalqa tax-​Xhieda taʼ Jehovah?

◻ X’inhuwa indikat mill-​fatt li l-​folla l-​kbira jintwerew “bil-​wieqfa quddiem it-​tron”?

◻ Apprezzament għad-​demm tal-​Ħaruf kif għandu jeffettwa l-​ħajjiet tagħna?

◻ X’inhuwa ssinjifikat mit-​tixjir tagħhom tal-​friegħi tal-​palm?

◻ Il-​folla l-​kbira kif jagħtu servizz sagru nhar u lejl?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja