LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 4/1 pp. 19-20
  • Se Tfaħħar Int Lil Jehovah?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Tfaħħar Int Lil Jehovah?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Faħħar Lil Alla Billi Tiddikjara L-​Aħbar Tajba
  • Għajnuna Disponibbli
  • Għin Lit-​Tfal Biex Ifaħħru Lil Jehovah
  • Relazzjoni Eterna Maʼ Jehovah
  • Maqtugħin Apparti Biex Nagħtu Tifħir mad-Dinja Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Żgħażagħ, Faħħru lil Ġeħova!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Faħħru lil Ġeħova, Alla Tagħna!
    Għannu lil Ġeħova
  • Faħħru lil Ġeħova Alla tagħna!
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 4/1 pp. 19-20

Se Tfaħħar Int Lil Jehovah?

“BĦAl ismek, O Alla, hekk huwa t-​tifħir tiegħek sat-​truf taʼ l-​art.” Dan huwa kliem minn għanja profetika taʼ wlied Kora. (Salm 48:10) Illum, kor qawwi taʼ miljuni taʼ Xhieda taʼ Jehovah qiegħed ifaħħar ’l Alla u jagħmel ismu magħruf bl-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna tiegħu. Billi jagħmlu dan f’232 art u gżira tal-​baħar u f’iktar minn 300 lingwa, huma qegħdin litteralment jilħqu “t-​truf taʼ l-​art.”

X’inhu dak li jqanqal lil nies bi sfondi kulturali, soċjali, u lingwistiċi differenti biex ifaħħru lil Jehovah? Il-​gratitudni tagħhom lejn għarfien eżatt tal-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja, hija raġuni prinċipali. Verità spiritwali lliberathom minn superstizzjonijiet u minn twemmin reliġjuż li jgħakkishom bħalma huwa t-​turment etern. (Ġwann 8:32) Il-​verità tgħinhom ukoll japprezzaw il-​kwalitajiet meraviljużi t’Alla, bħalma huma l-​imħabba, il-​qawwa, l-​għerf, u l-​ġustizzja tiegħu li hija mtaffija bil-​ħniena. Li jaslu għall-​fehma dwar li Alla offra lill-​Iben uniġenitu tiegħu, Ġesù Kristu, bħala sagrifiċċju taʼ rahan għall-​umanità jimmotiva lil nies retti biex ifaħħru u jaqdu lil Jehovah.

Skond il-​ktieb Bibliku taʼ Rivelazzjoni, kor ċelestjali jesklama: “Int jistħoqqlok, Jehovah, saħansitra Alla tagħna, li tirċievi l-​glorja u l-​unur u l-​qawwa, għaliex int ħlaqt l-​affarijiet kollha, u minħabba fir-​rieda tiegħek eżistew u kienu maħluqin.” (Rivelazzjoni 4:11) Tifħir bħal dan ma jirriżultax minn sempliċi sens t’obbligu. Minflok, jiġi minn reverenza għal Jehovah.

Faħħar Lil Alla Billi Tiddikjara L-​Aħbar Tajba

F’li jfaħħar lil Jehovah, individwu qiegħed jimita l-​eżempju eċċellenti taʼ Ġesù Kristu, il-​wieħed prinċipali li jfaħħar lil Alla. Li wieħed isegwi l-​passi taʼ Ġesù jinkludi li jipparteċipa fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. (Mattew 4:17, 23; 24:14) Din l-​attività taʼ ppridkar saret l-​akbar sforz mad-​dinja kollha f’li jingħata tifħir lil Jehovah.

Dan ix-​xogħol taʼ pridkar huwa tant importanti li l-​Bibbja tikkonnettjah b’mod ċar mas-​salvazzjoni. Rumani 10:13-15 jgħid: “‘Kulmin isejjaħ isem Jehovah se jkun salvat.’ Madankollu, kif se jsejħu lilu li fih ma poġġewx fidi? Kif, imbagħad, se jpoġġu fidi fih li dwaru ma semgħux? Kif, imbagħad, se jisimgħu mingħajr ma xi ħadd jippriedka? Kif, imbagħad, se jippridkaw jekk ma ġewx mibgħutin? Sewwa sew bħalma huwa miktub: ‘Kemm huma sbieħ saqajn dawk li jiddikjaraw aħbar tajba t’affarijiet tajbin!’”

Is-sena l-​oħra biss, ix-​Xhieda taʼ Jehovah iddedikaw iktar minn biljun siegħa għax-​xogħol taʼ l-​ippridkar. U x’riżultati tajbin ħarġu minn dan it-​tifħir lil Alla! Madwar 314,000 ngħaqdu mal-​kor taʼ wħud li jagħtu tifħir billi ssimbolizzaw id-​dedikazzjoni tagħhom lil Jehovah bil-​magħmudija taʼ l-​ilma.

Madankollu, x’jistaʼ jingħad dwar it-​12,288,917 li attendew il-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù fl-​1994? Fosthom kien hemm iktar minn 7,000,000 li għadhom ma jfaħħrux lil Jehovah bħala predikaturi taʼ l-​aħbar tajba. Imma l-​preżenza tagħhom f’din l-​okkażjoni importanti tistaʼ tirriżulta eventwalment fiż-​żjieda taʼ iktar miljuni mal-​kor taʼ wħud li jagħtu tifħir. X’jistaʼ jsir biex ngħinu lil dawn l-​uħud interessati sabiex isiru wħud li jfaħħru lil Jehovah?

Għajnuna Disponibbli

Ħafna persuni interessati jistgħu jkollhom ix-​xewqa li jfaħħru lil Jehovah imma jħossu li ma jistgħux jilħqu l-​ħtiġijiet. Jagħmlu tajjeb li jiftakru l-​kliem tas-​salmista: “Jien se nerfaʼ għajnejja lejn il-​muntanji. Minn fejn se tiġi l-​għajnuna tiegħi? L-​għajnuna tiegħi hija mingħand Jehovah, Dak li għamel is-​sema u l-​art.” (Salm 121:1, 2) B’mod evidenti, is-​salmista rafaʼ għajnejh lejn il-​muntanji taʼ Ġerusalemm fejn kien hemm it-​tempju taʼ Jehovah u t-​tron taʼ l-​art tal-​gvern teokratiku. Minn dan nistgħu b’mod xieraq nikkonkludu li l-​għajnuna meħtieġa biex wieħed ifaħħar lil Alla u jiddikjara l-​messaġġ tas-​Saltna tiġi biss mingħand Jehovah u l-​organizzazzjoni tiegħu.—Salm 3:4; Danjel 6:10.

Illum, dawk li jixtiequ jfaħħru lil Jehovah jistgħu jistennew għajnuna bl-​imħabba mingħand l-​organizzazzjoni tiegħu taʼ l-​art. Per eżempju, ix-​Xhieda taʼ Jehovah joffru l-​għajnuna billi jikkonduċu studji tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas maʼ nies interessati. Dan il-​programm edukattiv jinkludi iktar milli sempliċement wieħed jitgħallem id-​duttrini tal-​Bibbja. Dan jgħin lill-​istudent biex jiżviluppa apprezzament għal dak li qiegħed jitgħallem u għall-​organizzazzjoni li Jehovah qiegħed juża.

Fi qbil maʼ dan, ix-​Xhud li jkun qiegħed jikkonduċi l-​istudju tal-​Bibbja jipprova jkun ċert li veritajiet ġodda mhux biss jidħlu fil-​moħħ imma wkoll fil-​qalb. U l-​għalliem m’għandux iżomm lura milli juri lill-​istudent kif Jehovah qiegħed juża l-​organizzazzjoni Tiegħu biex iwettaq l-​iskop Tiegħu fuq l-​art. Il-​ktejjeb Jehovah’s Witnesses​—Unitedly Doing God’s Will Worldwide u l-​vidjo Jehovah’s Witnesses​—The Organization Behind the Name taʼ spiss swew t’għajnuna f’li jwettqu dan.

Il-laqgħat Kristjani wkoll għandhom rwol vitali f’li jgħinu lil uħud prospettivi li jfaħħru lil Jehovah. Fl-​istadji bikrin taʼ studju tal-​Bibbja, l-​istudent jistaʼ jiġi mistieden biex jattendi l-​laqgħat Kristjani. Maż-​żmien, se jitgħallem dwar l-​importanza t’attendenza regulari għal u parteċipazzjoni fil-​laqgħat kollha tal-​kongregazzjoni. (Ebrej 10:24, 25) Indokraturi jistgħu jipprovdu għajnuna imprezzabbli għal kredenti sħabhom u għal uħud prospettivi li jfaħħru lil Jehovah billi jippreparaw laqgħat li jibnu spiritwalment u li huma prattiċi.

Għin Lit-​Tfal Biex Ifaħħru Lil Jehovah

It-​tfal huma fost il-​ħafna li jistgħu jsiru pubblikaturi taʼ l-​aħbar tajba fil-​futur qarib. Speċjalment il-​missirijiet għandhom tassew ir-​responsabbiltà Biblika li jtellgħu lil uliedhom “fid-​dixxiplina u r-​regular mentali taʼ Jehovah.” (Efesin 6:4) Meta jkunu mħarrġin kif jixraq minn ġenituri li jħobbu ’l Alla, saħansitra tfal żgħar ħafna jistgħu jiżviluppaw ix-​xewqa li jfaħħru lil Jehovah.

Waħda tifla ċkejkna fl-​Arġentina marret fuq l-​anzjani tal-​kongregazzjoni ripetutament għal diversi xhur, billi talbet l-​għajnuna tagħhom sabiex tkun tistaʼ tikkwalifika bħala pubblikatriċi tas-​Saltna. Maż-​żmien, il-​ġenituri tagħha u l-​anzjani qablu li jħalluha ssir pubblikatriċi mhix mgħammda. Hi diġà tippreżenta l-​messaġġ tas-​Saltna b’mod effettiv fuq il-​bibien. Avolja din it-​tifla ċkejkna għad għandha biss ħames snin u ma tafx taqra, hi tgħallmet bl-​amment fejn issib xi testi Bibliċi. Wara li ssib xi skrittura, tistaqsi lill-​inkwilin biex jaqraha, u mbagħad tagħti spjega.

Jidher ċar li kemm l-​anzjani u kemm il-​ġenituri jistgħu jwettqu ħafna ġid billi jinkuraġġixxu u jgħinu lil dawk li qegħdin jagħmlu progress lejn li jsiru wħud li jfaħħru lil Jehovah.—Proverbji 3:27.

Relazzjoni Eterna Maʼ Jehovah

Madankollu, xi ngħidu jekk int innifsek ilek tassoċja max-​Xhieda taʼ Jehovah għal xi żmien imma għadek ma ngħaqadx magħhom fix-​xogħol tagħhom taʼ l-​ippridkar? Jistaʼ jkun taʼ benefiċċju li tistaqsi lilek innifsek il-​mistoqsijiet li ġejjin, ‘Nemmen jien li sibt il-​verità u li Jehovah hu l-​uniku Alla veru? Konvint jien li s-​Saltna t’Alla hija l-​unika soluzzjoni għall-​problemi taʼ l-​umanità? Abbandunajt jien ir-​reliġjon falza kollha u drawwiet u prattiċi dinjin li joffendu lil Jehovah? Għandi mħabba profonda għal Alla u għall-​ħtiġijiet tiegħu taʼ tjieba?’ (Salm 97:10) Jekk int onestament twieġeb iva għal dawn il-​mistoqsijiet, x’inhu li qiegħed iżommok lura milli tfaħħar lil Jehovah?​—Qabbel Atti 8:36.

Li tfaħħar lil Jehovah jinvolvi iktar milli tippriedka l-​aħbar tajba. Jekk int ħadt għarfien eżatt, għandek fidi vera, u qiegħed tikkonforma ħajtek mal-​ħtiġijiet divini, għandek bżonn tagħmel iktar solida r-​relazzjoni persunali tiegħek m’Alla. Kif? Billi tagħmel dedikazzjoni lilu fit-​talb u mbagħad tissimbolizza dan bil-​magħmudija taʼ l-​ilma. Ħajja taʼ dejjem hemm fin-​nofs. Għalhekk, aġixxi issa fuq il-​parir taʼ Ġesù: “Idħlu mir-​rixtellu d-​dejjaq; għaliex wiesgħa u spazjuża hija t-​triq li tieħu għall-​qerda, u ħafna huma dawk li deħlin fiha; fil-​waqt li dejjaq huwa r-​rixtellu u marsusa t-​triq li tieħu għall-​ħajja, u ftit huma dawk li qegħdin isibuha.”—Mattew 7:13, 14.

Bis-sistema preżenti t’affarijiet li qiegħda toqrob lejn it-​tmiem katastrofiku tagħha, dan m’huwiex żmien li tittratieni. Ħu passi mmedjati lejn relazzjoni eterna maʼ Jehovah. Tabilħaqq, issa huwa ż-​żmien biex twieġeb b’mod pożittiv għall-​mistoqsija, Se tfaħħru int lil Jehovah?

(w95 3/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja