LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 10/1 p. 32
  • Ritwal li Ma Jfisser Xejn?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ritwal li Ma Jfisser Xejn?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 10/1 p. 32

Ritwal li Ma Jfisser Xejn?

IS-​sagrament tal-​qrar ilu jiġi pprattikat mill-​Kattoliċi għal sekli sħaħ. Madankollu, għal ħafna huwa rutina bla skop. Billi rrifletta fuq iż-​żgħożija tiegħu, surmast taʼ skola terzjarja li kien jismu Bob jgħid: “Kont ġuvni, u saħansitra dak iż-​żmien ma ħadtux bis-​serjetà.” Għala le? Għalih, il-​qrar kien sar ritwal li ma jfisser xejn. Hu jispjega: “Il-​qrar kien bħal meta ġġib il-​bagalji tiegħek mimlijin kollha dnubiet għand l-​uffiċjal tad-​dwana fl-​ajruport. Hu jistaqsik mistoqsijiet dwar id-​dnubiet tiegħek u mbagħad iħallik tgħaddi wara li tkun ħallast xi ħaġa għall-​oġġetti taʼ lussu li tkun xtrajt waqt li kont imsiefer.”

B’mod simili, Frank Wessling, waqt li jikteb fil-​U.S. Catholic, jiddeskrivi l-​prattika tal-​qrar bħala “gwida pass pass estremament simplifikata, li tvarja minn daqqa t’għajn ħafifa lejn dnubiet ordinarji permezz taʼ talb taʼ ndiema mmemorizzat għal att ritwali taʼ penitenza għal taparsi.” Il-​konklużjoni taʼ Wessling? “Jien konvint li l-​Qrar huwa taʼ benefiċċju għar-​ruħ,” hu jgħid. “Imma l-​mod kif jagħmluh il-​Kattoliċi huwa problema.”

Il-Bibbja tippreżenta l-​qrar b’manjiera kompletament differenti. L-​iktar importanti huwa qrar lil Alla. (Salm 32:1-5) U d-​dixxiplu Kristjan Ġakbu kiteb: “Hemm xi ħadd marid fostkom? Ħalli dan isejjaħ lill-​presbiteri tal-​Knisja; u ħalli dawn jitolbu għalih u jidilkuh biż-​żejt f’isem il-​Mulej. Stqarru wieħed lill-​ieħor in-​nuqqasijiet tagħkom u itolbu għal xulxin, biex hekk tfiqu.”—Ġakbu 5:14, 16.

Kristjan mgħobbi bid-​dnub jistaʼ jsejjaħ l-​indokraturi tal-​kongregazzjoni, li jistgħu jagħtu parir persunali u prattiku mill-​Bibbja biex jgħinu lill-​wieħed li qiegħed jiżbalja jabbanduna l-​korsa midinba tiegħu. L-​indokraturi jistgħu jagħtu inkuraġġiment xieraq hekk kif janalizzaw il-​progress tal-​wieħed li hu marid spiritwalment. X’kuntrast mar-​ritwal formali tal-​qrar ipprattikat mill-​knejjes illum! Imsaħħin permezz taʼ l-​assistenza persunali taʼ l-​anzjani fil-​kongregazzjoni, uħud li jiżbaljaw u li jindmu jistgħu jakkwistaw is-​serħan li ħass David, bħalma esprimieh hu f’salm: “Id-​dnub tiegħi jien stqarrejtlek, u l-​ħażen tiegħi ma ħbejthulekx. Jien għidt: ‘Quddiem il-​Mulej nistqarr ħtijieti.’ U int ħfirtli l-​ħażen tad-​dnub tiegħi.”—Salm 32:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja