LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 1/1 pp. 2-4
  • Hija l-Paċi Possibbli?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hija l-Paċi Possibbli?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Materjal Simili
  • Hija l-Paċi Dinjija fuq ix-Xefaq?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • “Il-Gwerra li Se Ttemm il-Gwerer Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 1/1 pp. 2-4

Hija l-​Paċi Possibbli?

“DEJJEM se jkun hemm xi gwerra xi mkien. Dik hija l-​verità kerha dwar l-​umanità.” Din il-​ħarsa pessimista dan l-​aħħar dehret f’ittra minn qarrej fir-​rivista Newsweek. Taqbel int magħha? Hija l-​gwerra inevitabbli u l-​paċi impossibbli? Jekk nieħdu l-​istorja bħala eżempju, huwa diffiċli li ma tweġibx iva għal dawn iż-​żewġ mistoqsijiet. Kemm ilhom jinżammu l-​istatistiċi, l-​umanità kienet involuta fi gwerra wara l-​oħra, u l-​konflitti saru iktar u iktar qerrieda hekk kif il-​bnedmin żviluppaw iktar modi effiċjenti biex joqtlu lil xulxin.

Is-seklu 20 ma kienx eċċezzjoni. Tabilħaqq, dan kien xhud taʼ l-​iktar gwerer imdemmijin li qatt saru, imma kien xhud ukoll taʼ xi ħaġa ġdida. Ħamsin sena ilu l-​Istati Uniti introduċiet l-​era nukleari billi tefgħet żewġ bombi atomiċi fuq il-​Ġappun. Fil-​ħamsin sena li għaddew minn dakinhar ’l hawn, il-​ġnus bnew ħażniet massivi t’armi nukleari li jistgħu jeqirdu l-​umanità għal bosta drabi. Sejra l-​eżistenza taʼ l-​armamenti nukleari finalment tbiegħed lill-​bnedmin milli jiggwerraw? Il-​fatti jitkellmu waħedhom. Mill-​1945 ’l hawn ħafna miljuni mietu fil-​gwerer​—għalkemm s’issa ma ġewx mitfugħin bombi nukleari iktar.

Għala hija r-​razza umana tant ġellieda? L-​Encyclopedia Americana ssemmi xi aspetti tas-​soċjetà umana li storikament wasslu għall-​gwerra. Dawn jinkludu l-​intolleranza reliġjuża, ir-​razziżmu, id-​differenzi kulturali, l-​ideoloġiji differenti (bħalma huma l-​Komuniżmu u l-​kapitaliżmu), in-​nazzjonaliżmu u d-​duttrina tas-​sovranità nazzjonali, il-​kundizzjonijiet ekonomiċi, u l-​aċċettar popolari tal-​militariżmu. Meta taqra dik il-​lista, tara int xi ħaġa li tistaʼ tinbidel fil-​futur qarib? Se jkunu l-​ġnus inqas determinati li jippreservaw is-​sovranità tagħhom? Se jsiru l-​bnedmin inqas razzisti? Se jkunu l-​fundamentalisti reliġjużi inqas fanatiċi? Dan huwa improbabbli ferm.

M’hemm ebda tama, allura, li xi darba l-​affarijiet se jkunu aħjar u li se jkun hemm paċi dejjiema? Iva, hemm tama. Minkejja l-​inkwiet taʼ din id-​dinja, huwa possibbli saħansitra llum li ssib il-​paċi. Miljuni hekk għamlu. Ħalli ngħidulek dwar xi wħud minn dawn in-​nies u ara l-​esperjenzi tagħhom x’jistgħu jfissru għalik. (w96 1/1)

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 2]

Background cover: Reuters/Bettmann

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 3]

Reuters/Bettmann

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja