LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 7/1 pp. 3-4
  • “Il-Gwerra li Se Ttemm il-Gwerer Kollha”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Il-Gwerra li Se Ttemm il-Gwerer Kollha”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Materjal Simili
  • Kif Alla jqis il-gwerer tal-lum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Il-Gvernijiet Qed Jgħidu li Ġejja Armageddon—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 7/1 pp. 3-4

“Il-​Gwerra li Se Ttemm il-​Gwerer Kollha”

‘Inwegħedkom li din se tkun il-​gwerra finali—il-​gwerra li se ttemm il-​gwerer kollha.’—WOODROW WILSON, PRESIDENT TAʼ L-​ISTATI UNITI (1913-21).

DAWN kienu tamiet nobbli li kellu ħakkiem dinji fi tmiem l-​ewwel gwerra dinjija, xi 90 sena ilu. Dak il-​konflitt globali tant kien tal-​biżaʼ li r-​rebbieħa riedu—u kienu jeħtieġu—li jemmnu li s-​sagrifiċċji kbar li għamlu jġibu benefiċċji dejjiema. Imma l-​gwerer tal-​bniedem rari jsolvu l-​problemi, aħseb u ara kemm jeliminaw il-​problema tal-​gwerra li għandha għeruq tassew fondi.

Xi 20 sena wara li l-​President Wilson għamel dik il-​wegħda bla ħsieb, inqalgħet it-​tieni gwerra dinjija. Din ikkaġunat ħafna iktar imwiet u qerda minn taʼ qabilha. Għoxrin sena t’avanzi fit-​teknoloġija għamlu l-​umanità iktar esperta biex toqtol bil-​massa. Hekk kif intemmet it-​tieni gwerra dinjija, il-​mexxejja globali rrealizzaw li l-​biżaʼ li tinqalaʼ gwerra kiber iktar minn qatt qabel.

Fl-​1945, il-​Ġeneral Douglas MacArthur taʼ l-​Istati Uniti ddikjara: “Kellna l-​aħħar ċans tagħna [biex intemmu l-​gwerer]. Jekk ma nivvintawx sistema akbar u iktar imparzjali se nsibu lil Armageddon wara biebna.”

Il-Ġeneral MacArthur kien jaf x’għamlu żewġ bombi atomiċi lil Nagasaki u Ħiroxima matul l-​aħħar jiem tat-​tieni gwerra dinjija. Il-​qerda tal-​biżaʼ li ġarrbu dawn iż-​żewġt ibliet Ġappuniżi wasslitu biex jagħti tifsir ġdid lill-​kelma “Armageddon”—olokawst nukleari sfrenat li jistaʼ jtemm iċ-​ċivilizzazzjoni tal-​pjaneta tagħna.

It-tħassib dwar il-​possibbiltà t’olokawst nukleari għadu qed jifni lill-​umanità. Sas-​snin 60, is-​superpotenzi tad-​dinja kienu vvintaw strateġija taʼ “qerda ċerta għal kull naħa” fi gwerra. Il-​mira tagħhom kienet li jkollhom biżżejjed missili jew sistemi taʼ kif dawn jiġu sparati sabiex jiggarantixxu l-​qerda taʼ 25 fil-​mija mill-​popolazzjoni ċivili taʼ l-​għadu u 50 fil-​mija mill-​kapaċità industrijali tiegħu—minkejja liema naħa tkun bdiet il-​ġlied. Ma tantx kien hemm min sabha taʼ faraġ din l-​istrateġija biex tiġi preservata l-​paċi dinjija.

Illum, l-​armi nukleari għadhom qed jiżdiedu u l-​gwerer reġjonali għadhom qed jikkaġunaw ammont taʼ mwiet bla għadd. Il-​possibbiltà t’olokawst nukleari għadha qed thedded lill-​umanità. Għalkemm in-​nies jixxennqu biex jaraw it-​tmiem tal-​gwerer, ftit jemmnu li gwerra jew xi strateġija oħra tistaʼ twettaq dan l-​għan.

Minkejja dan, il-​Bibbja fil-​fatt tiddeskrivi gwerra unika li se ttemm il-​gwerer kollha. Din il-​gwerra ssejħilha “Armageddon”—il-​kelma stess li n-​nies spiss jorbtuha maʼ katastrofi nukleari. Kif tistaʼ Armageddon verament ittemm il-​gwerer? L-​artiklu li jmiss se jwieġeb din il-​mistoqsija.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 3]

Ritratt DTRA

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 4]

Nagasaki, il-​Ġappun, 1945: ritratt tal-​USAF

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja