LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 8/1 p. 32
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Materjal Simili
  • Bàruk—Is-Segretarju Leali taʼ Ġeremija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Ibqgħu f’Sensikom Għalkollox”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Għandi Nitlob Self Mingħand Ħija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġeremija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 8/1 p. 32

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Ladarba x-​Xhieda taʼ Jehovah jistinkaw biex ikunu onesti u jafdaw lil xulxin, għala jħossu li huwa importanti li jagħmlu kuntratt bil-​miktub meta jkun hemm ftehim fuq negozju bejniethom?

Li jagħmlu hekk huwa Skritturali, prattiku, u taʼ mħabba. Dan kif? Tajjeb, ejjew nikkunsidraw dawk l-​aspetti tal-​kuntratti tan-​negozju.

Il-Bibbja tippreżenta dokument bil-​miktub taʼ kif Alla ttratta mal-​poplu tal-​patt tiegħu, l-​Iżraeliti. Dan jinkludi ftehim taʼ negozju li jinvolvi adoraturi veri. Kapitlu 23 taʼ Ġenesi fih wieħed li nistgħu nikkunsidraw. Meta mietet il-​maħbuba tiegħu Sara, Abraham ried jakkwista qabar. Hu beda jittratta maʼ Kangħaniti li kienu jgħixu qrib Ħebron. Versi 7-9 juru li hu offra prezz fiss għall-​biċċa art li ried. Vers 10 jagħti prova li din l-​offerta kienet saret pubblikament, fejn oħrajn setgħu jisimgħu f’bieb il-​belt. Vers 13 juri li s-​sid offra li jagħti l-​art lil Abraham, imma Abraham qallu li kien se jieħu l-​art biss jekk jixtriha. U versi 17, 18, u 20 jispjegaw li dan huwa l-​mod kif seħħew l-​affarijiet, billi ġie kkonfermat “taħt għajnejn ulied Ħet, quddiem dawk kollha li kienu deħlin mill-​bieb tal-​belt tiegħu.”

Kien jagħmel differenza, iżda, li kieku t-​tnejn bi ftehim taʼ negozju bħal dan kienu adoraturi veri? Kapitlu 32 taʼ Ġeremija jipprovdi tweġiba. Minn vers 6 ’l quddiem, naraw li Ġeremija kien se jixtri biċċa art mingħand kuġinuh. Vers 9 juri li prezz raġonevoli ġie miftiehem. Issa aqra versi 10-12: “U mbagħad [jien, Ġeremija,] ktibt il-​kuntratt u ssiġillajtu, sejjaħt ix-​xhieda u wiżint il-​flus fil-​miżien. U ħadt il-​kitba tax-​xiri ssiġillata li kien fiha l-​ftehim u l-​kundizzjonijiet, u l-​kopja miftuħa. U tajt dan il-​kuntratt tax-​xiri lil Bàruk bin Nerija, bin Maħseja, quddiem Ħanamel bin zijuwi, u quddiem ix-​xhieda, li kienu ffirmaw dan il-​kuntratt tax-​xiri, u quddiem il-​Lhud kollha li kienu qegħdin fil-​bitħa taʼ l-​għassa.”

Iva, għalkemm Ġeremija kien qed jittratta m’adoratur sieħbu, saħansitra qarib tiegħu, hu għamel xi proċeduri legali raġonevoli. Saru żewġ dokumenti bil-​miktub​—wieħed minnhom imħolli miftuħ fejn jintlaħaq malajr, it-​tieni wieħed issiġillat sabiex jipprovdi prova sostanzjali jekk xi darba kellu jkun hemm xi dubju dwar l-​eżattezza taʼ dak li kien miftuħ. Dan kollu twettaq, bħalma jgħid vers 13, “quddiemhom.” Għalhekk dan kien ftehim taʼ negozju legali, pubbliku u bix-​xhieda. Jidher ċar, allura, li huwa bi preċedent Skritturali li adoraturi veri jittrattaw kwistjonijiet b’mod ikkonfermat u ddokumentat bħal dan.

Dan huwa prattiku wkoll. Aħna nafu kemm huwa veru dan il-​kliem li “f’kollox jidħol iż-​żmien u ċ-​ċirkustanzi.” (Koħèlet 9:11) Dak jinkludi lil Kristjani devoti u leali. Ġakbu 4:13, 14 ipoġġiha b’dan il-​mod: “Ejjew, intom li tgħidu: ‘Illum jew għada mmorru f’din jew dik il-​belt u nqattgħu sena hemmhekk, nixtru u nbigħu u nagħmlu l-​flus,’ u intom ma tafux x’għad isir għada.” Għalhekk, għandna mnejn nibdew proġett, bħal meta nixtru xi ħaġa, meta nwettqu xi xogħol jew servizz li jkun sar ftehim fuqu, jew meta nipproduċu xi ħaġa għal xi ħadd. Imma għada​—jew ix-​xagħar id-​dieħel jew is-​sena d-​dieħla—​x’se jġib? Xi ngħidu jekk aħna jew il-​persuna l-​oħra inweġġgħu? Dan jistaʼ jindika li l-​ftehim ma jkunx jistaʼ jinżamm. Xi ngħidu jekk ma nkunux nistgħu nagħmlu x-​xogħol jew nagħtu s-​servizz, jew il-​persuna l-​oħra ma tkunx tistaʼ tħallas jew iżżomm kelmitha? Jekk ma jkunx hemm ftehim bil-​miktub, jistgħu jinqalgħu problemi serji, problemi li setgħu ġew irranġati jew evitati li kieku sar kuntratt sempliċi bil-​miktub.

Iktar minn hekk, ma rridux ninsew li l-​istess natura inċerta taʼ ħafna mill-​aspetti tal-​ħajja tistaʼ saħansitra tfisser li xi ħadd ieħor ikollu jinkariga ruħu minn jew isolvi l-​kwistjonijiet taʼ negozju tagħna (jew tiegħu). Ġakbu żied fil-​vers 14: “Intom bħal fwar li jidher għal ftit u mbagħad jgħib.” Realistikament, aħna nistgħu mmutu mingħajr mistenni. Ftehim bil-​miktub, kuntratt, jistaʼ b’termini prattiċi, iħalli lil oħrajn ikomplu jittrattaw maʼ kwistjonijiet jekk isseħħ xi ħaġa mingħajr mistenni lil xi naħa jew oħra.

F’ċertu sens, dan iwassal ukoll għat-​tielet aspett​—kuntratti bil-​miktub huma taʼ mħabba. Ċertament, jekk xi naħa jew oħra tmut jew ikollha aċċident li jħalliha mmankata, kien ikun att taʼ mħabba għal Kristjan li jkun ipprovda dokument bil-​miktub taʼ l-​obbligi jew prospetti finanzjarji tiegħu. U li nagħmlu kuntratt bil-​miktub li se jistqarr b’mod ċar u eżatt dak li hu obbligat li jagħmel jew li hu f’pożizzjoni li jirċievi, minflok ma jirrifletti sfiduċja, juri mħabba għall-​ħu li miegħu nkunu qegħdin nittrattaw. Dan l-​att taʼ mħabba se jimminimizza kwalunkwe kawża għal sentimenti taʼ dispjaċir jew fastidju li kieku xi waħda min-​naħat imperfetti kellha tinsa xi dettalji jew responsabbiltajiet. U min minna m’huwiex imperfett, ma jinsiex jew m’għandux it-​tendenza li jonqos li jifhem dettalji jew intenzjonijiet?—Mattew 16:5.

Hemm modi oħrajn li permezz tagħhom meta nagħmlu ftehim taʼ negozju bil-​miktub inkunu qed nirriflettu mħabba għal ħuna, għall-​familja tagħna, u għall-​kongregazzjoni inġenerali. Imma għandu jkun ċar li iktar milli jkunu att taʼ mħabba, dokumenti bil-​miktub bħal dawn bid-​dettalji neċessarji huma prattiċi u Skritturali. (w97 8/1)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja