Laqgħa Annwali fit-3 t’Ottubru 1998
IL-LAQGĦA ANNWALI tal-membri tal-Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania sejra ssir fit-3 t’Ottubru, 1998, fis-Sala taʼ l-Assemblea tax-Xhieda taʼ Jehovah, 2932 Kennedy Boulevard, Jersey City, New Jersey. Laqgħa preliminari li hija biss għal dawk li huma membri se tibda fid–9:15 a.m., segwita mil-laqgħa annwali ġenerali fl–10:00 a.m.
Il-membri tal-Korporazzjoni għandhom jinformaw lill-Uffiċċju tas-Segretarju issa rigward xi tibdil li sar matul is-sena li għaddiet fl-indirizzi postali tagħhom ħalli b’hekk l-ittri regulari taʼ l-avviżi u l-prokuri jkunu jistgħu jaslulhom matul Lulju.
Il-prokuri, li se jintbagħtu lill-membri flimkien maʼ l-avviż tal-laqgħa annwali, għandhom jintbagħtu lura biex jaslu fl-Uffiċċju tas-Segretarju tas-Soċjetà mhux iktar tard mill-1 t’Awissu. Kull membru għandu jimla u jibgħat lura l-prokura tiegħu minnufih, u jiddikjara jekk hux se jkun preżenti personalment għal-laqgħa jew le. L-informazzjoni mogħtija f’kull prokura għandha tkun definita fuq dan il-punt, ladarba se nistrieħu fuqha biex niddeterminaw min se jkun preżenti personalment.
Huwa mistenni li s-sessjoni kollha, inkluż il-laqgħa tan-negozju formali u r-rapporti, se tkun intemmet sas–1:00 p.m. jew xi ftit wara. Mhux se jkun hemm sessjoni taʼ wara nofsinhar. Minħabba l-ispazju limitat, id-dħul se jkun biss permezz tal-biljett. L-ebda arranġament ma se jsir biex il-laqgħa annwali tiġi konnessa m’awditorji oħrajn permezz tal-linji tat-telefon.