Min Jaħti?
Ħafna jwaħħlu f’Alla għall-inkwiet tagħhom. Proverbju tal-Bibbja jgħid: “Bi bluhatu l-bniedem jgħarraq ħajtu, u mbagħad jeħodha kontra l-Mulej.” (Proverbji 19:3) Madankollu, li żżomm lil Alla responsabbli għall-gwajijiet tal-bniedem huwa bħallikieku twaħħal f’manifatturier tal-karozzi għan-numru kbir t’aċċidenti kkawżati minn sewwieqa xurbana.
Alla ta gwida prezzjuża lill-umanità fil-Kelma tiegħu, il-Bibbja. Billi nistudjaw din il-librerija divina u ngħixu fi qbil mal-liġijiet u l-prinċipji li tpoġġi quddiemna, nistgħu nevitaw ħafna mill-perikli tal-ħajja. B’kuntrast, li naġixxu kontra l-gwida t’Alla huwa diżastruż. Per eżempju, dawk li jieklu żżejjed, ipejpu, jixorbu żżejjed, jew jikkommettu l-immoralità spiss isofru konsegwenzi traġiċi fis-saħħa tagħhom. (Luqa 21:34; 1 Korintin 6:18; 2 Korintin 7:1) L-appostlu Kristjan Pawlu kiteb: “Dak li bniedem jiżra[’], dak huwa jaħsad. Min jiżraʼ f’ġismu jaħsad mill-ġisem it-taħsir; min jiżraʼ fl-ispirtu, jaħsad mill-ispirtu l-ħajja taʼ dejjem.”—Galatin 6:7, 8.
Kemm hu aħjar li tgħix fi qbil mal-liġijiet u l-prinċipji t’Alla! Jekk nagħmlu hekk, se nesperjenzaw ir-realtà tal-wegħda t’Alla mlissna permezz tal-profeta Isaija: “Jien hu l-Mulej [“Jehovah,” NW], Alla tiegħek; jien ngħallmek għall-ġid tiegħek, u nqabbdek it-triq fejn għandek timxi. Li kieku tajt widen għall-kmandamenti tiegħi, kien ikun bħal xmara sliemek, u sedqek bħal mewġ tal-baħar.”—Isaija 48:17, 18.