LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 2/15 p. 3
  • Qiegħed Int Taħseb Dwar iż-Żwieġ?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qiegħed Int Taħseb Dwar iż-Żwieġ?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • Iż-Żwieġ Jistaʼ Jirnexxi fid-Dinja taʼ Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Jekk iż-​Żwieġ Wasal fi Stat Kritiku
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Żomm Ħarsa Pożittiva Meta Tiffaċċja Problemi fiż-Żwieġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Iż-żwieġ—Rigal mingħand Alla
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 2/15 p. 3

Qiegħed Int Taħseb Dwar iż-​Żwieġ?

Jekk inqabblu l-​fenomenu globali tad-​divorzju maʼ terremot, l-​Istati Uniti tkun l-​epiċentru. F’sena reċenti, f’dan il-​pajjiż intemmu iktar minn miljun żwieġ​—medja taʼ tnejn kull minuta. Imma forsi int konxju li l-​Istati Uniti m’hijiex l-​uniku post fejn hemm il-​problemi taż-​żwieġ.

SKOND studju wieħed, ir-​rati tad-​divorzju fil-​Kanada, fl-​Ingilterra u f’Wales, fi Franza, fil-​Greċja, u fl-​Olanda żdiedu iktar mid-​doppju mill-​1970 ’l hawn.

Għandna kull raġun biex nemmnu li l-​biċċa l-​kbira tal-​koppji jiżżewġu għax iħobbu lil xulxin u jridu jqattgħu l-​kumplament taʼ ħajjithom flimkien. B’sogħba, madankollu, il-​ħolma taʼ żwieġ ferħan taʼ spiss tagħti prova li tkun preċiżament hekk​—ħolma. Malli stenbħu għar-​realtà, ħafna qalu li huma żżewġu kmieni wisq jew li żżewġu lill-​persuna żbaljata jew it-​tnejn li huma.

Għala tant żwiġijiet ifallu? “Ir-​raġuni prinċipali hija nuqqas taʼ preparazzjoni,” tgħid l-​awtriċi taʼ ktieb dwar in-​namur. Hi żżid: “Hekk kif nittratta maʼ koppji li jkunu qed jissaraw maʼ l-​inkwiet fiż-​żwieġ, inħossni ninħakem minn żewġ sentimenti​—il-​mogħdrija u r-​rabja. Inħoss mogħdrija għax ma jkunux skoprew dak li xtaqu minn relazzjoni sodisfaċenti u reċiproka. Inħoss rabja minħabba l-​injoranza tagħhom rigward il-​komplessità taʼ dak li daħlu għalih.”

Tabilħaqq, ħafna jidħlu għaż-​żwieġ mingħajr lanqas biss ikollhom idea taʼ x’jistgħu jagħmlu biex ikollhom suċċess fiż-​żwieġ. Madankollu, m’għandniex għalfejn niskantaw. Wieħed edukatur osserva: “Kemm hemm miż-​żgħażagħ tagħna li jattendu l-​kulleġġ u jistudjaw dwar l-​imġiba tal-​ġrieden u l-​gremxul, imma ma jitgħallmu xejn dwar l-​imġiba taʼ bejn żewġ persuni li jissejħu raġel u mara miżżewġin?”

Qiegħed int taħseb dwar iż-​żwieġ​—sew jekk forsi żwieġ fil-​futur u sew jekk int diġà miżżewweġ? Jekk inhu hekk, għandek tkun konxju li r-​relazzjoni fir-​realtà hija ferm differenti minn dik li tidher fil-​films, fuq it-​televixin, u fir-​rumanzi. Fl-​istess ħin, iż-​żwieġ taʼ tnejn min-​nies maturi li verament jinħabbu jistaʼ jitqies bħala barka mingħand Alla. (Proverbji 18:22; 19:14) Allura, kif tistaʼ tkun ċert li int ippreparat biex tilħaq il-​ħtiġijiet taż-​żwieġ? Liema fatturi għandek tikkunsidra meta tkun se tagħżel is-​sieħeb jew is-​sieħba? Jew jekk int diġà miżżewweġ, kif tistaʼ żżid il-​probabbiltà li ssib hena dejjiemi fiż-​żwieġ tiegħek?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja