LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 2/1 pp. 19-24
  • Nithennew f’Dak Alla tas-Salvazzjoni Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nithennew f’Dak Alla tas-Salvazzjoni Tagħna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ħabakkuk Jitlob il-​Ħniena t’Alla
  • Jehovah Qiegħed Jimmarċja!
  • Salvazzjoni Ċerta għan-​Nies t’Alla!
  • Il-​Jum taʼ Jehovah Ġej!
  • Afda f’Ġeħova u tgħix!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Kemm Baqgħalhom in-Nies mill-Agħar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Jehovah M’Huwiex Se Jiddawwar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Ħu bħala mudell lill-profeti—Ħabakkuk
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 2/1 pp. 19-24

Nithennew f’Dak Alla tas-​Salvazzjoni Tagħna

“Jien xorta waħda nifraħ fil-​Mulej, nithenna f’Alla, is-​salvazzjoni tiegħi!”—ĦABAKKUK 3:18.

1. Danjel dwar liema ħaġa kellu viżjoni qabel il-​waqgħa taʼ Babilonja fis-​sena 539 Q.E.K.?

IKTAR minn għaxar snin qabel il-​waqgħa taʼ Babilonja fis-​sena 539 Q.E.K., il-​profeta xwejjaħ Danjel ra viżjoni eċċitanti. Din bassret il-​ġrajjiet dinjin li jwasslu preċiżament sal-​gwerra konklużiva bejn l-​għedewwa taʼ Jehovah u s-​Sultan maħtur Tiegħu, Ġesù Kristu. X’kienet ir-​reazzjoni taʼ Danjel? Hu qal: “Ħassni ħażin. . . . Id-​dehra li kelli nixxfitni.”—Danjel 8:27.

2. Danjel liema konflitt ra fil-​viżjoni, u int kif tħossok dwar il-​fatt li dan huwa qrib?

2 Xi ngħidu għalina? Issa dħalna bil-​wisq iktar fil-​fond fil-​medda tas-​snin. Kif nirreaġixxu meta nirrealizzaw li l-​konflitt li ra Danjel fil-​viżjoni—il-​gwerra t’Armageddon—qiegħed qrib ferm? Kif inwieġbu meta nindunaw li l-​ħażen li hu rivelat fil-​profezija taʼ Ħabakkuk hu tant mifrux li l-​qerda taʼ l-​għedewwa t’Alla hija inevitabbli? X’aktarx li s-​sentimenti tagħna huma bħal dawk taʼ Ħabakkuk innifsu, kif deskritti fit-​tielet kapitlu tal-​ktieb profetiku tiegħu.

Ħabakkuk Jitlob il-​Ħniena t’Alla

3. Ħabakkuk għan-​nom taʼ min talab, u kliemu kif jistaʼ jeffettwa lilna?

3 Ħabakkuk kapitlu 3 huwa talba. Skond l-​ewwel vers, din hi espressa f’forma taʼ għanjiet funebri, għanjiet taʼ niket jew lamentazzjoni. It-​talba tal-​profeta tiġi offruta bħallikieku kienet għalih innifsu. Iżda fir-​realtà, Ħabakkuk qed jitkellem għan-​nom tal-​ġens magħżul t’Alla. Illum, din it-​talba għandha tifsira kbira għan-​nies t’Alla, li qed jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna. Meta naqraw Ħabakkuk kapitlu 3 b’dan f’moħħna, il-​kliem tiegħu jimliena b’ċertu biżaʼ minħabba dak li se jseħħ, però jimliena wkoll bil-​ferħ. It-​talba, jew l-​għanja taʼ niket, taʼ Ħabakkuk tagħtina raġuni qawwija biex nithennew f’Jehovah, dak Alla tas-​salvazzjoni tagħna.

4. Ħabakkuk għala sar beżgħan, u aħna dwar liema eżerċitar tal-​qawwa t’Alla nistgħu nkunu ċerti?

4 Bħalma nnotajna fiż-​żewġ artikli taʼ qabel, il-​kundizzjonijiet fl-​art taʼ Ġuda fi żmien Ħabakkuk kienu ħżiena ferm. Imma Alla ma kienx se jippermetti li din is-​sitwazzjoni tkompli sejra. Jehovah kien se jieħu azzjoni, bħalma kien għamel fil-​passat. Mhux taʼ b’xejn li l-​profeta għajjat: “Mulej, waslet f’widnejja l-​fama tiegħek, mill-​għemil tiegħek jiena bżajt, Mulej”! X’ried ifisser? ‘Il-​fama tal-​Mulej’ kienet l-​istorja dokumentata taʼ l-​għemejjel setgħana t’Alla, bħal dawk fil-​Baħar l-​Aħmar, fix-​xagħri, u f’Ġeriko. Dawn l-​atti Ħabakkuk kien jafhom tajjeb, u ġagħluh jibżaʼ għax kien jaf li Jehovah kien se jerġaʼ juża l-​qawwa kbira tiegħu kontra l-​għedewwa tiegħu. Meta naraw il-​ħażen taʼ l-​umanità llum, aħna wkoll nafu li Jehovah se jaġixxi bħalma kien għamel fi żmien il-​qedem. Iġagħalna dan inħossuna beżgħanin? Dażgur! Xorta waħda, aħna nitolbu bħalma talab Ħabakkuk: “F’nofs is-​snin ġeddu; f’nofs is-​snin għarrfu; fil-​għadab ftakar fil-​ħniena.” (Ħabaqquq 3:​2, Saydon) Fiż-​żmien imwaqqat t’Alla “f’nofs is-​snin,” jalla jieħu azzjoni billi juża l-​qawwa mirakoluża tiegħu. U f’dak iż-​żmien, jalla jiftakar biex juri ħniena maʼ dawk li jħobbuh!

Jehovah Qiegħed Jimmarċja!

5. Kif inhu li ‘Alla ġie minn Teman,’ u dan x’jindika rigward Armageddon?

5 X’se jiġri meta Jehovah jismaʼ t-​talba tagħna biex jurina ħniena? It-​tweġiba nsibuha f’Ħabakkuk 3:​3, 4. L-​ewwel, il-​profeta jgħid: “Alla ġej minn Teman, mill-​muntanja Faran ġej il-​Qaddis.” Lura fi żmien Mosè, Teman u Faran kienu fir-​rotta li ħa l-​poplu taʼ Iżrael fi triqtu lejn Kangħan minn ġox-​xagħri. Hekk kif il-​ġens kbir taʼ Iżrael kien qed jivvjaġġa fi triqtu, kien bħallikieku Jehovah nnifsu kien għaddej, u xejn ma setaʼ jwaqqfu. Ftit qabel ma miet, Mosè qal: “Ġie l-​Mulej minn Sinaj, u deher minn Segħir lilna, idda minn ġebel Faran; mexa fost l-​eluf imqaddsa [t’anġli].” (Dewteronomju 33:​2, Saydon) Meta Jehovah jaġixxi kontra l-​għedewwa tiegħu f’Armageddon, se jkun hemm wirja simili tal-​qawwa irreżistibbli tiegħu.

6. Il-​Kristjani li għandhom id-​dehen x’jaraw minbarra l-​glorja t’Alla?

6 Ħabakkuk jistqarr ukoll: ‘Sebħ [Jehovah] jiksi s-​smewwiet, foħritu timla l-​art. Dijietu qisha dawl ix-​xemx.’ Xi spettaklu manjifiku! Veru, il-​bnedmin ma jistgħux jaraw lil Alla Jehovah u jibqgħu ħajjin. (Eżodu 33:20) Madankollu, inkwantu għall-​qaddejja leali t’Alla, l-​għajnejn taʼ qlubhom jiddawlu meta jikkontemplaw fuq il-​kobor manjifiku tiegħu. (Efesin 1:18) U Kristjani li għandhom id-​dehen jaraw xi ħaġa oħra minbarra l-​glorja taʼ Jehovah. Ħabakkuk 3:4 jikkonkludi: “Minn idu jleħħu r-​raġġi: hemmhekk tinsab moħbija l-​qawwa tiegħu.” Iva, naraw li Jehovah lest biex jaġixxi, billi juża idu l-​leminija setgħana u qawwija.

7. Il-​marċ trijonfali t’Alla x’ifisser għal dawk li jirribellaw kontrih?

7 Il-marċ trijonfali t’Alla jfisser diżastru għal dawk li jirribellaw kontrih. Ħabakkuk 3:5 jgħid: “Quddiemu timxi l-​pesta, u wara passih jiġi d-​deni.” Fl-​1473 Q.E.K., meta l-​Iżraeliti kienu qrib il-​konfini taʼ l-​Art Imwegħda, ħafna minnhom irribellaw billi bdew jikkommettu l-​immoralità u l-​idolatrija. B’riżultat taʼ dan, iktar minn 20,000 mietu b’pesta mibgħuta minn Alla. (Numri 25:​1-9) Fil-​futur qarib, meta Jehovah jimmarċja lejn il-​“gwerra taʼ nhar il-​Jum il-​kbir taʼ Alla li jistaʼ kollox,” dawk li jirribellaw kontrih se jsofru b’mod simili għad-​dnubiet tagħhom. Xi wħud għandhom mnejn saħansitra jmutu b’pesta letterali.—Apokalissi 16:​14, 16.

8. Skond Ħabakkuk 3:​6, x’hemm maħżun għall-​għedewwa t’Alla?

8 Ismaʼ issa d-​deskrizzjoni grafika tal-​profeta dwar Jehovah taʼ l-​eżerċti fl-​azzjoni. F’Ħabakkuk 3:6 naqraw: “[Alla Jehovah] jieqaf, u jriegħed l-​art, iħares, u jkexkex il-​ġnus: mbagħad il-​muntanji dejjiema jitqanqlu minn posthom, l-​għoljiet taʼ żmien il-​qedem jitbaxxew, triqatu sa minn dejjem.” L-​ewwel, Jehovah “jieqaf,” bħal xi ġeneral li jkun qed jissorvelja l-​kamp tal-​battalja. L-​għedewwa tiegħu jirtogħdu bil-​biżaʼ. Huma jaraw min hu l-​avversarju tagħhom u jibqgħu xxokkjati, jaqbżu bl-​aġitazzjoni. Ġesù bassar dwar iż-​żmien meta l-​“popli kollha taʼ l-​art jibdew jagħtu fuq sidirhom.” (Mattew 24:30) Se jkun tard wisq meta huma jirrealizzaw li ħadd ma jistaʼ jieqaf kontra Jehovah. L-​organizzazzjonijiet umani—saħansitra dawk li jidhru permanenti daqs “il-​muntanji dejjiema” u “l-​għoljiet taʼ żmien il-​qedem”—se jitfarrku. Dan se jkun bħal ‘triqat [Alla] sa minn dejjem,’ bħall-​mod li bih aġixxa fi żmien il-​qedem.

9, 10. Dwar liema ħaġa jfakkarna Ħabakkuk 3:​7-11?

9 “Il-​korla” taʼ Jehovah ‘xegħlet’ kontra l-​għedewwa tiegħu. Imma liema huma l-​armamenti li hu se juża f’din il-​gwerra kbira? Ismaʼ hekk kif il-​profeta jiddeskrivihom waqt li jgħid: “Terfaʼ l-​qaws tiegħek għeri, . . . [“skond il-​ħalfa lit-​tribujiet, iva, imqar kelmtek,” KŻ]. Int tofroq l-​art bix-​xmajjar, jilmħuk il-​muntanji, u jitheżhżu; jitqalleb l-​ilma b’saħħa kbira u jgħaddi; jgħajjat l-​abbiss [“bl-​ilma,” NW] u jerfaʼ jdejh fl-​għoli. Ix-​xemx u l-​qamar waqfu f’posthom, ħarbu kif raw ileħħu l-​vleġeġ tiegħek, u l-​lanza tiegħek toħroġ dawl li jgħammex.”—Ħabakkuk 3:​7-​11.

10 Fi żmien Ġożwè, Jehovah ġagħal ix-​xemx u l-​qamar jibqgħu bla ma jiċċaqalqu f’turija taʼ l-​għaġeb taʼ qawwa. (Ġożwè 10:​12-14) Il-​profezija taʼ Ħabakkuk tfakkarna li din l-​istess qawwa se tintuża minn Jehovah f’Armageddon. Fl-​1513 Q.E.K., Jehovah wera li hu l-​padrun fuq l-​abbiss taʼ l-​ilma meta uża l-​Baħar l-​Aħmar biex jeqred lill-​eżerċti tal-​Fargħun. Erbgħin sena wara, ix-​xmara Ġordan li kienet mimlija sax-​xifer ma kienet taʼ ebda ostaklu għall-​marċ trijonfanti taʼ Iżrael għal ġo l-​Art Imwegħda. (Ġożwè 3:​15-17) Fi żmien il-​profetessa Debora, xita bil-​qliel kaxkret il-​karrijiet taʼ Sisera, l-​għadu taʼ Iżrael. (Mħallfin 5:21) Dawn l-​istess forzi t’għargħar, xita bil-​qliel, u abbiss bl-​ilma se jkunu għad-​dispożizzjoni taʼ Jehovah f’Armageddon. Ir-​ragħad u s-​sajjetti wkoll qegħdin f’idu, bħal lanza jew barżakka mimlija vleġeġ.

11. X’se jiġri meta Jehovah jisfoga l-​qawwa kbira tiegħu?

11 Verament, se tkun xi ħaġa li tqanqal il-​biżaʼ meta Jehovah jisfoga l-​qawwa kbira tiegħu. Kliem Ħabakkuk jissuġġerixxi li l-​lejl se jsir nhar u n-​nhar se jkun jgħammex iktar milli qatt tistaʼ ġġagħlu jkun ix-​xemx. Sew jekk din id-​deskrizzjoni profetika mnebbħa t’Armageddon hija letterali u sew jekk hi simbolika, ħaġa waħda hija ċerta—Jehovah se jittrijonfa, billi ma jħalli lil ebda għadu jeħlisha.

Salvazzjoni Ċerta għan-​Nies t’Alla!

12. Alla x’se jagħmlilhom lill-​għedewwa tiegħu, imma min se jiġi salvat?

12 Il-profeta jkompli jiddeskrivi liema azzjonijiet se jieħu Jehovah biex jeqred lill-​għedewwa Tiegħu. F’Ħabakkuk 3:12 naqraw: “Int b’korla fuqek tgħaddi minn nofs l-​art, u tgħaffeġ b’saħna l-​ġnus.” Xorta waħda, Jehovah m’huwiex se jeqred bl-​addoċċ. Xi bnedmin se jsalvaw. “Int ħriġt sabiex issalva l-​poplu tiegħek, issalva l-​midluk tiegħek,” jgħid Ħabakkuk 3:13. Iva, Jehovah se jsalva lill-​qaddejja midlukin leali tiegħu. Il-​qerda fuq Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza, imbagħad se tkun kompluta. Madankollu, illum il-​ġnus qed jipprovaw jeqirdu l-​qima pura għalkollox. Dalwaqt, il-​qaddejja taʼ Jehovah se jiġu attakkati mill-​forzi taʼ Gog taʼ Magog. (Eżekjel 38:​1–39:13; Apokalissi 17:​1-5, 16-18) Se jirnexxi dan l-​attakk Sataniku? Le! Jehovah mbagħad se jisħaq b’rabja lill-​għedewwa tiegħu, billi jitħanhom taħt saqajh bħal qamħ fuq l-​andar. Imma hu se jsalva lil dawk li jqimuh bl-​ispirtu u l-​verità.—Ġwann 4:24.

13. Ħabakkuk 3:13 kif se jitwettaq?

13 Il-qerda totali taʼ dawk mill-​agħar hija mbassra f’dan il-​kliem: “Int [Jehovah] kissirt f’biċċiet lill-​kap mid-​dar tal-​wieħed mill-​agħar. Kien hemm kxif tal-​pedament, dritt sa l-​għonq.” (Ħabakkuk 3:​13, NW) Din id-​“dar” hija s-​sistema mill-​agħar li żviluppat taħt l-​influwenza taʼ Satana x-​Xitan. Din se titfarrak. Il-​“kap,” jew mexxejja taʼ kontra Alla, se jitkissru. L-​istruttura kollha kemm hi se tiġġarraf sal-​pedament tagħha. M’hijiex se teżisti iktar. X’serħan taʼ l-​għaġeb se jkun dan!

14-16. Skond Ħabakkuk 3:​14, 15, x’se jiġrilhom in-​nies taʼ Jehovah u l-​għedewwa tagħhom?

14 F’Armageddon, dawk li jkunu qed jipprovaw jeqirdu l-​“midluk” taʼ Jehovah se jsibu ruħhom f’konfużjoni sħiħa. Skond Ħabakkuk 3:​14, 15, il-​profeta jkellem lil Alla billi jgħidlu: “Nfidt bix-​xettru tiegħek ras il-​gwerriera tiegħu, li nxteħtu fuqi b’ferħ biex jeqirduni, bħallikieku biex jibilgħu ’l min hu msejken, f’xi mkien fis-​satra. Għaddejt biż-​żwiemel tiegħek fuq il-​baħar, fuq it-​tqalligħ taʼ l-​ilmijiet kotrana.”

15 Meta Ħabakkuk jgħid “gwerriera . . . nxteħtu fuqi b’ferħ biex jeqirduni,” il-​profeta qed jitkellem għall-​qaddejja midlukin taʼ Jehovah. Bħal ħalliel mistoħbi biex jaqbeż fuq xi ħadd, il-​ġnus se jaqbżu fuq l-​adoraturi t’Alla biex jeqirduhom. Dawn l-​għedewwa t’Alla u tal-​poplu tiegħu se jħossuhom ‘ferħanin’ ferm, fiduċjużi li se jirnexxu. Il-​Kristjani leali se jidhru dgħajfin, bħal xi “msejken.” Imma meta l-​forzi taʼ kontra Alla jibdew jattakkaw, Jehovah jġagħalhom idawru l-​armamenti tagħhom għal kontra xulxin. L-​armi, jew ix-​“xettri,” tagħhom se jużawhom kontra l-​gwerriera tagħhom stess.

16 Il-kbir għadu ġej. Jehovah mbagħad se juża forzi spirti ferm iktar potenti mill-​bnedmin biex il-​qerda taʼ l-​għedewwa tiegħu tkun kompluta. Biż-​“żwiemel” taʼ l-​eżerċti tiegħu tas-​sema mmexxijin minn Ġesù Kristu, hu se javanza ’l quddiem rebbieħ minn fuq il-​“baħar” u “t-​tqalligħ taʼ l-​ilmijiet kotrana,” jiġifieri, il-​massa mqanqla taʼ l-​umanità bħala għadu. (Apokalissi 19:​11-21) Imbagħad dawk mill-​agħar se jitneħħew mill-​art. X’wirja impressjonanti taʼ qawwa u ġustizzja divini!

Il-​Jum taʼ Jehovah Ġej!

17. (a) Għala jistaʼ jkollna fiduċja sħiħa fit-​twettiq taʼ kliem Ħabakkuk? (b) Kif nistgħu aħna nkunu bħal Ħabakkuk hekk kif nistennew il-​jum il-​kbir taʼ Jehovah?

17 Nistgħu nkunu żguri li kliem Ħabakkuk dalwaqt se jitwettaq. M’huwiex se jiddawwar. Int kif tirreaġixxi għal dan l-​għarfien bil-​quddiem? Ftakar li Ħabakkuk kien qed jikteb taħt ispirazzjoni divina. Jehovah se jaġixxi, u se jkun hemm straġi sħiħa fuq l-​art meta dan jiġri. Mhux taʼ b’xejn li l-​profeta kiteb: “Jien smajt, u żaqqi bdiet tkun aġitata; mal-​ħoss xofftejja triegħdu; taħsir beda jidħol f’għadmi; u fis-​sitwazzjoni tiegħi kont aġitat, sabiex nistenna bil-​kwiet il-​jum taʼ niket, għall-​miġja tiegħu għand in-​nies, biex jistaʼ jattakkahom.” (Ħabakkuk 3:​16, NW) Ħabakkuk tgħidx kemm kien aġitat—u bir-​raġun. Imma ddgħajfet il-​fidi tiegħu? Bl-​ebda mod! Hu kien lest li jistenna bil-​kwiet għall-​jum il-​kbir taʼ Jehovah. (2 Pietru 3:​11, 12) M’hijiex din l-​attitudni tagħna wkoll? Dażgur li hi! Għandna fidi sħiħa li l-​profezija taʼ Ħabakkuk se titwettaq. Madankollu, sakemm din titwettaq, aħna nistennew bil-​paċenzja.

18. Għalkemm Ħabakkuk stenna li jkun hemm it-​tbatijiet, x’kienet l-​attitudni tiegħu?

18 Il-gwerra dejjem iġġib magħha t-​tbatija, saħansitra għal dawk li jkunu se jirbħuha. Għandu mnejn jiskarsa l-​ikel. Jistaʼ jkun hemm telf taʼ propjetà. Il-​livelli taʼ l-​għajxien għandhom mnejn jitbaxxew. Jekk dan jiġri lilna, kif se nirreaġixxu? Ħabakkuk kellu attitudni eżemplari, għax hu qal: “[I]mqar jekk ebda nwar ma trodd it-​tina, u xejn ma jagħtu d-​dwieli u l-​frott tas-​siġar taż-​żebbuġ iqarraq, u r-​rabaʼ xejn ma jibqaʼ jrodd għall-​ikel, u l-​merħla tgħib mill-​mandra, u bhejjem ma jkunx hemm fl-​istalel tagħhom jien xorta waħda nifraħ fil-​Mulej, nithenna f’Alla, is-​salvazzjoni tiegħi!” (Ħabakkuk 3:​17, 18) Billi kien realistiku, Ħabakkuk stenna li jkun hemm it-​tbatijiet, forsi anki l-​ġuħ. Xorta waħda, hu qatt ma tilef il-​ferħ tiegħu f’Jehovah, li minnu ġiet is-​salvazzjoni tiegħu.

19. Liema tbatijiet jeżistu għal ħafna Kristjani, imma dwar liema ħaġa nistgħu nibqgħu ċerti jekk inpoġġu lil Jehovah l-​ewwel f’ħajjitna?

19 Illum, anki qabel il-​gwerra taʼ Jehovah kontra dawk mill-​agħar, ħafna jgħaddu minn inkwiet kbir ħafna. Ġesù bassar li l-​gwerer, il-​ġuħ, it-​terremoti, u l-​pesti kellhom ikunu parti mis-​‘sinjal tal-​preżenza tiegħu’ (NW) f’qawwa rjali. (Mattew 24:​3-14; Luqa 21:​10, 11) Ħafna minn sħabna fit-​twemmin jgħixu f’pajjiżi li ntlaqtu sewwa mit-​twettiq taʼ kliem Ġesù, u qed isofru tbatijiet kbar b’riżultat taʼ dan. Kristjani oħrajn jistgħu jiġu effettwati b’mod simili fil-​futur. Għal ħafna iktar minn fostna, hemm il-​possibbiltà li ‘t-​tina ma troddx inwar’ qabel ma jiġi t-​tmiem. Madankollu, aħna nafu għala qed jiġru dawn l-​affarijiet, u dan isaħħaħna. Iktar minn hekk, aħna għandna l-​appoġġ. Ġesù wiegħed: “Mela fittxu l-​ewwel is-​Saltna u l-​ġustizzja taʼ Alla, u dan kollu jingħatalkom ukoll.” (Mattew 6:33) Dan ma jiggarantix ħajja komda, però jassigurana li jekk inpoġġu lil Jehovah l-​ewwel f’ħajjitna, hu se jindokrana.—Salm 37:25.

20. Minkejja t-​tbatijiet temporanji li niffaċċjaw, x’għandna nkunu determinati li nagħmlu?

20 Ikunu x’ikunu t-​tbatijiet temporanji li jkollna niffaċċjaw, m’aħniex se nitilfu l-​fidi fil-​qawwa li Jehovah għandu biex isalvana. Ħafna minn ħutna rġiel u nisa fl-​Afrika, fl-​Ewropa tal-​Lvant, u f’postijiet oħrajn ikollhom jiffaċċjaw tbatijiet kbar ħafna, imma jibqgħu ‘jifirħu fil-​Mulej.’ Jalla aħna wkoll qatt ma nieqfu milli nagħmlu bħalhom. Ftakar li l-​Mulej Sovran Jehovah hu s-​Sors tagħna taʼ “qawwa.” (Ħabakkuk 3:19) Hu m’huwiex se jiddiżappuntana. Armageddon ġejja żgur, u d-​dinja l-​ġdida mwegħda minn Alla ċertament li se ssegwiha. (2 Pietru 3:13) Imbagħad “l-​art kollha kemm hi għad tagħraf sewwa l-​glorja tal-​Mulej, bħalma hu miksi l-​baħar bl-​ilmijiet!” (Ħabakkuk 2:14) Sakemm jasal dak iż-​żmien meraviljuż, ejja nsegwu l-​eżempju tajjeb taʼ Ħabakkuk. Ejja dejjem ‘nifirħu fil-​Mulej u nithennew f’dak Alla tas-​salvazzjoni tagħna.’

Tiftakar Int?

• It-​talba taʼ Ħabakkuk kif tistaʼ teffettwana?

• Jehovah għala jibda jimmarċja?

• X’tgħid il-​profezija taʼ Ħabakkuk dwar is-​salvazzjoni?

• B’liema attitudni għandna aħna nistennew il-​jum il-​kbir taʼ Jehovah?

[Stampa f’paġna 23]

Taf int liema forzi se juża Alla kontra dawk mill-​agħar f’Armageddon?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja