LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 2/15 pp. 2-4
  • Agħti Kas it-Twissija!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħti Kas it-Twissija!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Qiegħed Int f’Żona taʼ Periklu?
  • Tidħlox fiż-Żona taʼ Periklu!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Popocatepetl Il-​Vulkan Maestuż u Minaċċuż Tal-​Messiku
    Stenbaħ!—1997
  • Int Attent Għal Żmienna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Inżuru l-“Muntanja tan-Nar”
    Stenbaħ!—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 2/15 pp. 2-4

Agħti Kas it-​Twissija!

BUMM! Nhar it-​3 taʼ Ġunju, 1991, bi tkarwit idamdam, il-​Muntanja Fugen fil-​Ġappun beżqet xmara taʼ rmied u gassijiet vulkaniċi. It-​taħlita taħraq ferm gelglet mal-​ġnub tal-​muntanja. L-​iżbroff qatel 43 ruħ. Ħafna minn dawk li ħelsuha bi żbrixx kienu maħruqin serjament. “Ilma, ilma, jekk jogħġobkom,” talbu xi wħud. Il-​pompieri u l-​pulizija ġrew qishom imġienen biex jgħinuhom.

MADWAR ġimagħtejn qabel, fil-​quċċata tal-​Muntanja Fugen kienet ġiet osservata koppla taʼ lava, u għalhekk l-​awtoritajiet u l-​abitanti kienu għal-​lest għal dak li setaʼ jinqalaʼ. Iktar minn ġimgħa qabel id-​diżastru, kien ngħata avviż biex iż-​żona tiġi evakwata. Ġurnata biss qabel l-​iżbroff, il-​pulizija kienu talbu lil xi membri taʼ l-​istampa biex iżommu ’l bogħod mill-​post fejn ma setgħux jidħlu nies. Madankollu, f’dik il-​ġurnata fatali, it-​43 vittma kienu fiż-​żona taʼ periklu.

Għala daqstant nies issograw imorru f’dik iż-​żona jew inkella baqgħu hemm? Xi bdiewa li kienu ħallew djarhom kienu reġgħu marru lura biex jaraw li kollox kien għadu sew fil-​propjetà tagħhom. Tliet vulkanoloġi kienu qegħdin jipprovaw jersqu kemm jistaʼ jkun lejn il-​vulkan biex jissodisfaw l-​interess akkademiku tagħhom. Numru taʼ ġurnalisti u fotografi ażżardaw jaqbżu l-​limitu għax riedu li jkollhom l-​ewwel informazzjoni fuq l-​attività tal-​vulkan. Tliet sewwieqa tal-​karozzini mqabbdin mill-​ġurnalisti kienu f’dik il-​parti wkoll. Għadd taʼ pulizija u pompieri volontieri kienu hemm fuq xogħol. Kull wieħed minnhom kellu r-​raġuni persunali tiegħu biex jidħol fiż-​żona taʼ periklu—u l-​konsegwenza kienet li tilef ħajtu.

Qiegħed Int f’Żona taʼ Periklu?

Forsi mhux ilkoll kemm aħna ngħixu qrib taʼ vulkan attiv. Madankollu, xi ngħidu kieku qegħdin niffaċċjaw katastrofi globali, waħda li tpoġġina f’żona taʼ periklu li tkopri l-​globu kollu kemm hu? Ktieb wieħed, li wera biċ-​ċar li hu sors taʼ tagħrif profetiku taʼ min joqgħod fuqu, iwissina dwar diżastru globali li qed joqrob. Din hi l-​istampa li jagħtina: “Ix-​xemx tiddallam, il-​qamar jitlef id-​dija tiegħu, il-​kwiekeb jaqgħu mis-​sema, u l-​qawwiet tas-​sema jitheżhżu. . . . Il-​popli kollha taʼ l-​art jibdew jagħtu fuq sidirhom.” (Mattew 24:​29, 30) Hawnhekk fenomeni ċelestjali taʼ kobor universali qed jiġu deskritti bħala li qed jeffettwaw “il-​popli kollha taʼ l-​art.” Fi kliem ieħor, din il-​profezija għandha x’taqsam maʼ katastrofi li se teffettwa lil kull wieħed u waħda minna.

Dan il-​ktieb taʼ profezija taʼ min joqgħod fuqha huwa l-​Bibbja. Taʼ interess, il-​kuntest tal-​passaġġ Bibliku msemmi hawn fuq jagħti deskrizzjoni dettaljata taʼ l-​affarijiet li se jwasslu għall-​gwaj kbir globali. Sewwa sew bħalma l-​koppla taʼ lava u indikazzjonijiet vulkaniċi oħrajn taw lill-​uffiċjali tal-​belt taʼ Shimabara raġunijiet biex jimmarkaw żona taʼ periklu, il-​Bibbja tagħtina raġunijiet biex noqogħdu għassa u nżommu ruħna għal-​lest biex insalvaw. Nistgħu nitgħallmu lezzjoni mit-​traġedja tal-​Muntanja Fugen u nifhmu s-​serjetà taʼ dak li hemm jistenniena fil-​futur.

[Sors taʼ l-​istampa f’paġna 2]

COVER: Yomiuri/Orion Press/Sipa Press

[Sors taʼ l-​istampa f’paġna 3]

Yomiuri/Orion Press/Sipa Press

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja