LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 1/15 p. 3
  • Għala Għandek Tikkultiva l-Virtù?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Għandek Tikkultiva l-Virtù?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Kif Nistgħu Nikkultivaw il-Virtù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Qiegħed Int Issus Wara l-Virtù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Kif Nistgħu Nipprovdu Virtù lill-Fidi Tagħna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Wieġeb għall-Wegħdi t’Alla Billi Teżerċita l-Fidi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 1/15 p. 3

Għala Għandek Tikkultiva l-​Virtù?

RAĠEL Ġappuniż taʼ mezz’età li jismu Kunihito dan l-​aħħar emigra lejn l-​Istati Uniti.a Ftit ġimgħat wara li wasal hemm, ġie wiċċ imbwiċċ maʼ sitwazzjoni li setgħet tirvinalu l-​karriera. Jirrakkonta Kunihito: “Meta dak taʼ fuqi staqsieni jekk stajtx nerfaʼ ċerta responsabbiltà, ħassejtni kunfidenti ħafna li stajt naċċettaha. Madankollu, billi minn mindu kont żgħir għallmuni li l-​modestja hija virtù, jien weġibt: ‘M’iniex ċert jekk nistax naċċettaha, imma nagħmel l-​almu tiegħi.’ B’dan, is-​supervisor Amerikan tiegħi ħa l-​impressjoni li ma kontx kapaċi biżżejjed u ma kellix kunfidenza. Meta sirt naf dan, irrealizzajt li kelli bżonn nagħmel xi aġġustamenti.”

Maria, li tgħix fil-​Belt taʼ New York, kienet studenta eċċellenti. Barra minn hekk, kienet dejjem lesta li tgħin minn qalbha lil sħabha tal-​klassi. Juan kien wieħed mill-​istudenti sħabha li minn żmien għal żmien kien jitlobha tgħinu. Min-​naħa tiegħu, hu ħa grazzja magħha u pprova jimpressjonaha. Minkejja li xtaqet tibqaʼ nadifa moralment, Maria ċediet għall-​proposti immorali taʼ Juan, u b’hekk involviet ruħha f’kondotta ħażina sesswalment.

Illum id-​dinja hija maqsuma fejn tidħol il-​kultura u korrotta fejn jidħlu l-​morali. Għalhekk hija tabilħaqq sfida li wieħed juri kwalitajiet morali għoljin. Allura, għala għandna nikkultivaw il-​virtù? Għaliex il-​kondotta virtuża togħġbu lil Alla, u żgur li l-​biċċa l-​kbira minna nixtiequ li jkollna l-​favur tiegħu.

Il-Kelma t’Alla, il-​Bibbja, tħeġġeġ lil min jaqraha biex jikkultiva l-​virtù. Per eżempju, l-​appostlu Pawlu jikteb: “F’kull ma hu virtù, f’kull ma ħaqqu t-​tifħir; f’dan kollu aħsbu.” (Filippin 4:8) U l-​appostlu Pietru jħeġġiġna ħalli ‘nkunu ħerqana biex inżidu mal-​fidi l-​virtù.’ (2 Pietru 1:5) Imma x’inhi l-​virtù? Tistaʼ tiġi mgħallma fi klassi? Kif nistgħu nikkultivawha?

[Nota taʼ taħt]

a Xi ismijiet ġew mibdulin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja