LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 1/15 p. 31
  • Avviż Specjali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviż Specjali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Kif il-Ġemgħa li Tiggverna hi Differenti minn Korporazzjoni Legali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Nikkoperaw mal-Ġemgha li Tiggverna Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Min Hu “l-Ilsir Leali u Għaqli” u X’Jagħmel?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Min qed imexxi l-​poplu t’Alla llum?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 1/15 p. 31

Avviż Specjali

FI TMIEM il-​laqgħa annwali tal-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania, li saret fis-​7 t’Ottubru, 2000, sar avviż speċjali miċ-​chairman, John E. Barr tal-​Ġemgħa li Tiggverna. Dan l-​avviż kompla fuq it-​taħditiet li ngħataw iktar kmieni dak in-​nhar minn Theodore Jaracz u Daniel Sydlik.​—Ara paġni 12-16 u 28-31 f’din ir-​rivista.

Ħuna Barr ħareġ punt importanti ħafna meta qal: “Ir-​responsabbiltajiet fdati f’idejn ‘l-​ilsir leali u diskret’ u l-​Ġemgħa li Tiggverna tiegħu mhux biss huma akbar minn dawk mogħtija lill-​korporazzjonijiet legali, imma jinkludu ferm iktar. Inklużi fl-​istatut taʼ kull waħda minn dawn il-​korporazzjonijiet legali hemm kwistjonijiet li huma limitati fil-​firxa tagħhom. Madankollu, Sidna Ġesù Kristu ħatar lill-​klassi taʼ l-​ilsir leali fuq ‘ġidu’ kollu, jew l-​interessi tas-​Saltna hawnhekk fuq l-​art.”—Mattew 24:​45-​47, NW.

Dwar il-​korporazzjoni taʼ Pennsylvania, Ħuna Barr żied: “Minn mindu twaqqfet fl-​1884, il-​Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania kellha rwol importanti fl-​istorja moderna tagħna. Madankollu, din hi biss strument legali li l-​‘ilsir leali u diskret’ jistaʼ juża meta jkun hemm bżonn.”

Fit-​taħditiet tagħhom, Ħutna Sydlik u Jaracz kienu spjegaw li “l-​ilsir leali u diskret” ġie fdat bil-​ġid kollu li l-​Mulej għandu fuq l-​art. Iżda dan ma jżommx lill-​klassi taʼ l-​ilsir milli tħalli rġiel kwalifikati minn fost in-​“nagħaġ oħra” jieħdu ħsieb ċerti responsabbiltajiet amministrattivi taʼ rutina. (Ġwann 10:16) Lanqas m’hemm xi bażi Skritturali li titlob li xi wieħed mid-​diretturi jew inkella d-​diretturi kollha tal-​korporazzjonijiet legali wżati mix-​Xhieda taʼ Jehovah għandhom ikunu Kristjani midlukin.

Ħuna Barr għarraf lill-​udjenza li dan l-​aħħar xi wħud mill-​membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah ma kinux għadhom jaqdu bħala diretturi u uffiċjali. Huma rtiraw minn jeddhom mill-​bord tad-​diretturi tal-​korporazzjonijiet kollha wżati mill-​“ilsir leali u diskret” fl-​Istati Uniti. Aħwa rġiel responsabbli minn fost in-​nagħaġ oħra ġew eletti bħala sostituti.

Din id-​deċiżjoni tal-​Ġemgħa li Tiggverna hija tabilħaqq taʼ benefiċċju. B’dan il-​mod, il-​membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna jistgħu jqattgħu iktar ħin jippreparaw l-​ikel spiritwali kif ukoll jieħdu ħsieb b’mod ieħor il-​bżonnijiet spiritwali taʼ l-​aħwa madwar id-​dinja.

Fil-konklużjoni tiegħu, iċ-​chairman qal dan il-​kliem lill-​udjenza li kienet qed tismaʼ b’entużjażmu kbir: “Filwaqt li diversi dmirijiet legali u amministrattivi ngħataw lil indokraturi taʼ esperjenza, . . . dawn kollha qed jaqdu taħt id-​direzzjoni spiritwali tal-​Ġemgħa li Tiggverna. . . . Ilkoll kemm aħna nitolbu u nistennew li Jehovah jbierek l-​isforzi magħqudin kollha tagħna biex nagħmlu r-​rieda tiegħu, għall-​glorja u l-​ġieħ tal-​kbir ismu.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja