LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 5/1 p. 32
  • Qiegħed Int ‘Tirbaħ iż-Żmien’?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qiegħed Int ‘Tirbaħ iż-Żmien’?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 5/1 p. 32

Qiegħed Int ‘Tirbaħ iż-​Żmien’?

L-​APPOSTLU Pawlu ta dan il-​parir lill-​Kristjani taʼ Efesu fl-​ewwel seklu: “Qisu sewwa kif iġġibu ruħkom, mhux bħal nies bla dehen, iżda bħal nies għorrief, [“irbħu ż-​żmien,” Saydon], għaliex ħżiena huma l-​jiem.” (Efesin 5:​15, 16) Dan il-​parir għala kien meħtieġ? Biex nifhmu t-​tweġiba għal din il-​mistoqsija rridu nkunu nafu liema kundizzjonijiet kienu qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-​Kristjani f’din il-​belt antika.

Efesu kienet magħrufa bħala belt sinjura ferm, mimlija b’immoralità grassa, bi kriminalità kulfejn iddawwar wiċċek, u b’diversi attivitajiet demoniċi. Iktar minn hekk, il-​Kristjani kellhom jikkumbattu kontra twemmin filosofiku f’konnessjoni maż-​żmien. Il-​Griegi mhux Kristjani f’Efesu ma kinux jemmnu li ż-​żmien jimxi f’linja dritta. Skond il-​filosofija Griega l-​ħajja kienet tirrepeti ruħha f’ċikli li ma jieqfu qatt. Min ikun ħela ħafna mill-​ħin tiegħu matul ċiklu wieħed tal-​ħajja setaʼ jiksbu lura f’ċiklu ieħor. Dan it-​tip taʼ raġunar setaʼ ġiegħel lill-​Kristjani Efesin jadottaw attitudni xi ftit jew wisq laxka lejn l-​iskeda taʼ Jehovah rigward x’kellu jiġri, inkluż l-​iskeda tiegħu biex jagħmel ħaqq divin. B’hekk, il-​parir taʼ Pawlu biex ‘jirbħu ż-​żmien’ kien wieħed xieraq.

Pawlu ma kienx qed jitkellem dwar iż-​żmien f’sens ġenerali. Il-​kelma Griega li uża tissinjifika żmien imwaqqat, żmien li jkun magħżul għal xi skop speċjali. Pawlu kien qed jagħti parir lill-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu biex jagħmlu użu għaqli mill-​perijodu opportun, jew l-​istaġun favorevoli, li kienu qed igawdu dak iż-​żmien, u dan kellhom jagħmluh qabel ma jintemm dak iż-​żmien u jitilfu ċ-​ċans li jiksbu l-​ħniena divina u l-​offerta tas-​salvazzjoni.—Rumani 13:​11-13; 1 Tessalonikin 5:​6-11.

Aħna qegħdin ngħixu f’perijodu taʼ żmien opportun simili. Minflok ma jaħlu l-​ħin prezzjuż taʼ dan l-​istaġun favorevoli li qatt ma se jerġaʼ jirrepeti ruħu billi joqogħdu jiġru wara l-​pjaċiri temporanji li toffri d-​dinja, il-​Kristjani jkunu għaqlin jekk jużaw il-​ħin li għandhom f’idejhom biex iwettqu għemejjel “qaddisa u tajba,” u b’hekk isaħħu r-​relazzjoni tagħhom mal-​Ħallieq, Alla Jehovah.—2 Pietru 3:11; Salm 73:28; Filippin 1:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja