LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 8/1 pp. 3-4
  • Int Għandek Dritt għat-Twemmin Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Għandek Dritt għat-Twemmin Tiegħek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​Twemmin Versus il-​Verità
  • Għala Temmen Dak li Temmen?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Il-Fidi u r-Raġuni Huma Inkompatibbli?
    Stenbaħ!—2011
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova biddlu l-Bibbja biex taqbel mat-twemmin tagħhom?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Inwaqqgħu Affarijiet li Jkunu Stabbiliti fis-Sod
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 8/1 pp. 3-4

Int Għandek Dritt għat-​Twemmin Tiegħek

Int x’aktarx li tgħożżu d-​dritt tiegħek li temmen dak li tixtieq. Kważi kulħadd hekk iħossu. Għax għandhom dan id-​dritt, is-​sitt elef miljun ruħ li hawn fuq l-​art tgħidx kemm-il twemmin differenti ħolqu. Bħad-​diversi kuluri, forom, kwalitajiet, togħmiet, irwejjaħ, u ħsejjes li nsibu fil-​ħolqien, it-​twemmin differenti spiss jagħmel il-​ħajja iktar interessanti, eċċitanti, u pjaċevoli. Din il-​varjetà tistaʼ tabilħaqq iżżid dik ix-​xi ħaġa fil-​ħajja biex tagħmilha iktar sabiħa.—Salm 104:24.

IMMA hemm bżonn li wieħed joqgħod attent. Xi twemmin m’huwiex biss differenti imma huwa wkoll perikoluż. Per eżempju, kmieni fis-​seklu 20, xi nies bdew jemmnu li l-​Lhud u l-​Mażuni kellhom pjanijiet biex “iħarbtu ċ-​ċivilizzazzjoni Kristjana u jistabbilixxu stat dinji taħt il-​ħakma tagħhom it-​tnejn.” Mezz wieħed li permezz tiegħu nxtered dan it-​twemmin kien fuljett anti-Semitiku li kellu t-​titlu Protocols of the Learned Elders of Zion (Il-Protokolli taʼ l-​Anzjani Istruwiti taʼ Sijon). Dan il-​fuljett allega li l-​pjanijiet kienu jinkludu li jagħmlu taxxi esaġerati, iżidu l-​produzzjoni taʼ l-​armamenti, jinkuraġġixxu monopolji akbar sabiex ‘il-​ġid tal-​Ġentili jistaʼ jinqered darba għal dejjem.’ L-​allegazzjonijiet kienu jinkludu wkoll li s-​sistema taʼ l-​edukazzjoni jaqilbuha b’tali mod li ‘lill-​Ġentili tagħmilhom annimali bla raġuni,’ u saħansitra jibnu linji tal-​ferroviji taħt l-​art li jaslu sal-​bliet kapitali sabiex l-​anzjani Lhud ikunu jistgħu ‘joħonqu kwalunkwe wħud li jopponu billi jeħilsu minnhom għalkollox.’

M’għandniex xi ngħidu, dan kien kollu gideb—bl-​iskop li jqanqal sentimenti anti-Semitiċi. ‘Din il-​ħrafa bla sens,’ jgħid Mark Jones tal-​British Museum, ‘ħarġet mir-​Russja,’ fejn dehret għall-​ewwel darba f’artiklu f’gazzetta taʼ l-​1903. Waslet għand The Times taʼ Londra fit-​8 taʼ Mejju, 1920. Iktar minn sena wara, The Times kixfet li d-​dokument kien kollu qerq. Sadattant, il-​ħsara kienet laħqet saret. ‘Gideb bħal dan,’ jgħid Jones, ‘ma twaqqfux kif ġieb u laħaq.’ Ladarba jiġi aċċettat min-​nies, joħloq ċertu twemmin ostili, mimli velenu, u perikoluż—li taʼ spiss ikollu konsegwenzi koroh, bħalma wriet sew l-​istorja tas-​seklu 20.—Proverbji 6:​16-19.

It-​Twemmin Versus il-​Verità

M’għandniex xi ngħidu, twemmin żbaljat mhux bilfors ġej minn gideb sfaċċat. Kultant, jistaʼ sempliċement ikun hemm kelma li tiġi interpretata ħażin. Min jaf kemm nies mietu qabel iż-​żmien għax għamlu xi ħaġa li kienu konvinti li kienet tajba! Jerġaʼ, aħna spiss nemmnu xi ħaġa sempliċement għax hekk irridu nemmnu. Wieħed professur jgħid li anki x-​xjenzati ‘spiss jaħsbu li t-​teoriji u l-​konklużjonijiet tagħhom huma l-​aħjar.’ It-​twemmin tagħhom jagħmihom u ma jkunux kapaċi jkunu oġġettivi fil-​kritika tagħhom. Imbagħad jgħaddu ħajjithom jipprovaw, bla ma jirnexxilhom, jappoġġaw dak it-​twemmin żbaljat.—Ġeremija 17:9.

L-​istess ġara fit-​twemmin reliġjuż—fejn jeżistu kontradizzjonijiet kbar ħafna. (1 Timotju 4:1; 2 Timotju 4:​3, 4) Xi ħadd għandu fidi soda f’Alla. Xi ħaddieħor jgħid li l-​bniedem m’għandu ebda evidenza li Alla veru jeżisti. Xi ħadd isostni li għandu ruħ immortali li ma tmut qatt. Xi ħaddieħor jemmen li meta jmut ma jibqax jeżisti, għalkollox u kompletament. Ovvjament, verità waħda biss hemm. Ma jistax ikun li twemmin imur kontra twemmin ieħor u t-​tnejn li huma jkunu tajbin. Allura, ma jkunx iktar għaqli li taċċerta ruħek li dak li temmen hu fil-​fatt il-​verità u mhux sempliċement dak li trid temmen int? (Proverbji 1:5) Dan kif tistaʼ tagħmlu? L-​artiklu li jmiss se jeżamina dan is-​suġġett.

[Stampa f’paġna 3]

Artiklu taʼ l-​1921 li jikxef il-​verità dwar “Il-​Protokolli taʼ L-​Anzjani Istruwiti taʼ Sijon”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja