X’Tiftakar?
Ħadt gost taqra l-ħarġiet reċenti taʼ It-Torri taʼ l-Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-mistoqsijiet li ġejjin:
• Il-mistoqsijiet li jitqajmu f’Ġob kapitlu 38 għala jixirqilhom li jiġu kunsidrati saħansitra llum?
Ħafna mill-meravilji li Alla ġibed l-attenzjoni lejhom ma jistgħux jiġu mifhuma għalkollox lanqas mix-xjenzati moderni. Dawn jinkludu kif il-gravità żżomm id-dinja fl-orbita, x’inhu eżattament id-dawl, għala din il-varjetà li ma tispiċċa qatt tat-trofof tal-borra, kif jifforma l-qtar tax-xita, u kif inhi involuta l-enerġija fil-maltempati bir-ragħad.—4/15, paġni 4-11.
• Liema eżempji mniżżlin fil-Bibbja jistgħu jgħinuna nkampaw m’emozzjonijiet taʼ ħsara?
Asaf, Bàruk, u Nagħomi għaddew minn żmien fejn ħassewhom skuraġġiti għall-aħħar jew kienu maħkumin minn emozzjonijiet taʼ ħsara oħrajn, u r-rakkonti Skritturali taʼ kif huma rnexxielhom ikampaw maʼ sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jgħinuna.—4/15, paġni 22-4.
• Liema huma xi modi prattiċi kif tistaʼ tgħin lir-romol Kristjani?
Il-ħbieb jistgħu joffru l-għajnuna b’qalb tajba u b’mod ċar. Membri tal-familja u oħrajn jistgħu jkunu f’qagħda li joffru għajnuna finanzjarja jew materjali, fejn ikun hemm bżonn ġenwin. Il-Kristjani sħabhom jistgħu jgħinuhom ukoll billi b’qalb tajba joffrulhom il-ħbiberija tagħhom, u jipprovdulhom appoġġ spiritwali u faraġ.—5/1, paġni 5-7.
• Għala huwa importanti li ‘niżżewġu biss fil-Mulej,’ bħalma jingħata l-parir fl-1 Korintin 7:39, Saydon?
Żwiġijiet maʼ nies taʼ twemmin ieħor taʼ spiss spiċċaw ħażin. M’għandniex xi ngħidu, li nisimgħu minn dan il-parir juri l-lealtà tagħna lejn Alla Jehovah. Meta nosservaw il-Kelma t’Alla, il-kuxjenza tagħna ma ċċanfarniex. (1 Ġwann 3:21, 22)—5/15, paġni 20-1.
• Ladarba Jehovah huwa l-wieħed li jistaʼ jaħfrilna dnubietna, għala hu meħtieġ li l-Kristjani jistqarru dnubhom maʼ l-anzjani fil-kongregazzjoni?
Iva, il-Kristjan għandu jfittex l-maħfra taʼ Jehovah għad-dnubiet serji li jkun għamel. (2 Samwel 12:13) Iżda bħalma l-profeta Natan ipprovda għajnuna għal David, irġiel ixjeħ u maturi fil-kongregazzjoni jistgħu jgħinu lill-midneb li jkun niedem tassew. Li jmorru għand l-anzjani huwa fi qbil mad-direzzjoni li tingħata f’Ġakbu 5:14, 15.—6/1, paġna 31.
• Liema evidenza hemm li aħna rridu nieħdu ħsieb l-iltiema u r-romol li huma fil-bżonn?
Ir-rekord storiku juri li għajnuna bħal din kienet marka tal-qima vera fost il-Lhud tal-qedem u l-Kristjani tal-bidu. (Eżodu 22:21, 22 [22:23, 24, NW]; Galatin 2:9, 10; Ġakbu 1:27) L-appostlu Pawlu inkluda fl-Iskrittura istruzzjonijiet ċari għall-Kristjani sabiex jipprovdi għajnuna għar-romol li huma fil-bżonn. (1 Timotju 5:3-16)—6/15, paġni 9-11.
• X’inhu l-qofol għal ħajja mimlija skop u ferħana?
Irridu nikkultivaw u nżommu relazzjoni tajba maʼ Jehovah, Missierna tas-sema. L-istudju tal-Bibbja huwa importanti biex nagħmlu hekk.—7/1, paġni 4-5.
• Għandu l-bniedem spirtu immortali li jibqaʼ jeżisti wara l-mewt?
Għalkemm xi nies jemmnu li dak li hu immortali hu l-ispirtu, mhux ir-ruħ, il-Bibbja ma tappoġġax din l-idea. Din turi li meta bniedem imut, jerġaʼ jmur lura lejn it-trab u ma jibqax jeżisti. Iżda Alla kapaċi jagħtih il-ħajja lura, u għalhekk kwalunkwe tama taʼ ħajja futura, permezz taʼ l-irxoxt, tiddependi totalment minn Alla. (Qohelet 12:7, Saydon)—7/15, paġni 3-6.
• Fejn kien Danjel meta t-tliet Ebrej iffaċċjaw prova fil-wita taʼ Dura?
Il-Bibbja ma tgħidilniex. Jistaʼ jkun li Danjel ma kienx obbligat li jkun hemm minħabba l-pożizzjoni tiegħu, jew setaʼ jagħti l-każ li kellu jmur xi mkien fuq xi inkarigu uffiċjali. Iżda nistgħu nkunu fiduċjużi li hu ma kkompromettiex il-lealtà tiegħu lejn Alla Jehovah.—8/1, paġna 31.