LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 3/15 pp. 20-24
  • Onora lil dawk fostkom imdaħħlin fiż-żmien

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Onora lil dawk fostkom imdaħħlin fiż-żmien
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “TARMINIX”
  • IR-​RESPONSABBILTÀ TAL-​FAMILJA
  • IR-​RESPONSABBILTÀ TAL-​KONGREGAZZJONI
  • ONORA LIL DAWK AVANZATI FL-​ETÀ BI KLIEM INKURAĠĠANTI
  • Il-Familja Kristjana Tgħin lix-Xjuħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Nieħdu Ħsieb Uħud Imdaħħlin fiż-Żmien —Responsabbiltà Kristjana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ġeħova Jieħu Ħsieb b’Mod Teneru l-Qaddejja Tiegħu Mdaħħlin fiż-Żmien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Nieħdu ħsieb lil dawk imdaħħlin fiż-żmien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 3/15 pp. 20-24
Raġel jitkellem m’ommu mdaħħla fiż-​żmien bil-​vidjow

Onora lil dawk fostkom imdaħħlin fiż-​żmien

“Uri konsiderazzjoni lejn il-​persuna taʼ raġel xiħ.”—LEV. 19:32.

INT KIF TWIEĠEB?

  • Ġeħova kif iqis lill-​uħud leali mdaħħlin fiż-​żmien?

  • X’responsabbiltajiet għandhom it-​tfal adulti lejn il-​ġenituri tagħhom?

  • Il-​kongregazzjonijiet kif jistgħu jonoraw lil dawk fosthom imdaħħlin fiż-​żmien?

1. L-​umanità tinsab f’liema qagħda kerha?

ĠEĦOVA qatt ma ried li l-​bnedmin ibatu, jiddgħajfu, u jixjieħu. Għall-​kuntrarju, l-​iskop tiegħu kien li l-​irġiel u n-​nisa jgawdu saħħa perfetta f’Ġenna tal-​art. Imma issa “l-​ħolqien kollu għadu jokrob u jħoss l-​uġigħ flimkien.” (Rum. 8:22) Kif taħseb li jħossu Alla meta jara l-​konsegwenzi tad-​dnub fuq il-​bnedmin? Barra minn hekk, ħafna wħud avanzati fl-​età jiġu traskurati fi żmien li jkollhom bżonn iktar għajnuna.—Salm 39:5; 2 Tim. 3:3.

2. Il-​Kristjani għala japprezzaw il-​fatt li fil-​kongregazzjoni hemm dawk imdaħħlin fiż-​żmien?

2 Il-​poplu taʼ Ġeħova japprezza l-​fatt li fil-​kongregazzjonijiet hemm uħud imdaħħlin fiż-​żmien. Aħna nibbenefikaw mill-​għerf tagħhom u niġu inkuraġġiti mill-​eżempju tagħhom tal-​fidi. Ħafna minna niġu minnhom dawn l-​uħud għeżież imdaħħlin fiż-​żmien. Però, kemm jekk niġu minn aħwa avanzati fl-​età u kemm jekk le, aħna jinteressana minnhom. (Gal. 6:10; 1 Pt. 1:22) Ilkoll kemm aħna se nibbenefikaw hekk kif neżaminaw il-​ħarsa t’Alla lejn dawk imdaħħlin fiż-​żmien. Se nikkunsidraw ukoll ir-​responsabbiltajiet taʼ membri tal-​familja kif ukoll tal-​kongregazzjoni biex jieħdu ħsieb dawn l-​uħud tant għeżież.

“TARMINIX”

3, 4. (a) Il-​kittieb taʼ Salm 71 għamel liema talba sinċiera lil Ġeħova? (b) Membri tal-​kongregazzjoni mdaħħlin fiż-​żmien x’jistgħu jitolbu lil Alla?

3 Salm 71:9 jgħid: “Tarminix fi żmien ix-​xjuħija; meta l-​qawwa tiegħi tkun qed tonqos, titlaqnix.” X’aktarx li kien David li kiteb dan il-​kliem. Hu qeda lil Alla minn żgħożitu sa xjuħitu, u Ġeħova użah biex jagħmel affarijiet tal-​għaġeb. (1 Sam. 17:33-​37, 50; 1 Slat. 2:1-​3, 10) Għalkemm kien għamel ħafna għal Ġeħova, issa li David kien xjaħ ħass il-​bżonn li jitlob lil Ġeħova biex jieħu ħsiebu.—Aqra Salm 71:17, 18.

4 Ħafna llum huma bħal David. Minkejja età avanzata u “jiem l-​għali,” huma jkomplu jfaħħru lil Alla l-​aħjar li jistgħu. (Ekk. 12:1-​7) Ħafna minnhom forsi ma jistgħux jagħmlu kulma kienu jagħmlu fil-​passat, anki fil-​ministeru. Imma anki huma jistgħu jitolbu lil Ġeħova bil-​ħrara biex ikompli jberikhom u jieħu ħsiebhom. Dawn l-​uħud leali mdaħħlin fiż-​żmien jistgħu jkunu ċerti li Alla se jwieġeb it-​talb tagħhom. Dan nafuh għax Ġeħova nebbaħ lil David biex jitlob dwar l-​istess tħassib raġunevoli.

5. Ġeħova kif iqis lill-​uħud leali mdaħħlin fiż-​żmien?

5 Ġeħova jgħożżhom ferm lill-​uħud leali mdaħħlin fiż-​żmien u jistenna li l-​qaddejja tiegħu jirrispettawhom. (Salm 22:24-​26; Prov. 16:31; 20:29) Levitiku 19:32 jgħid: “Quddiem ix-​xagħar griż għandek tqum, u uri konsiderazzjoni lejn il-​persuna taʼ raġel xiħ, u ibżaʼ minn Alla tiegħek. Jien Ġeħova.” Iva, meta nkiteb dan il-​kliem kienet responsabbiltà serja li l-​uħud avanzati fl-​età fil-​kongregazzjoni jintwerew konsiderazzjoni, jew jiġu onorati, u l-​istess illum. Iżda min għandu r-​responsabbiltà biex jieħu ħsiebhom?

IR-​RESPONSABBILTÀ TAL-​FAMILJA

6. Ġesù liema eżempju ħalla f’li jieħu ħsieb lil ommu?

6 Il-​Kelma t’Alla tgħidilna: “Onora lil missierek u lil ommok.” (Eżo. 20:12; Efes. 6:2) Ġesù enfasizza dan il-​kmandament billi kkundanna lill-​Fariżej u l-​iskribi li rrifjutaw li jipprovdu għall-​ġenituri tagħhom. (Mk. 7:5, 10-​13) Ġesù nnifsu ħalla eżempju tajjeb. Pereżempju, meta kien qed imut fuq iz-​zokk tat-​tortura, Ġesù qal lid-​dixxiplu maħbub tiegħu Ġwanni biex jieħu ħsieb lil ommu, li milli jidher kienet romlot.—Ġw. 19:26, 27.

7. (a) L-​appostlu Pawlu semma liema prinċipju dwar il-​familji? (b) X’inhu l-​kuntest taʼ kliem Pawlu?

7 L-​appostlu Pawlu ġie mnebbaħ biex jikteb li l-​Kristjani għandhom jipprovdu għal dawk taʼ darhom. (Aqra l-​1 Timotju 5:4, 8, 16.) Ikkunsidra l-​kuntest taʼ dak li Pawlu kiteb lil Timotju. Hu ddiskuta min jikkwalifika u min le biex jingħata appoġġ finanzjarju mill-​kongregazzjoni. Pawlu qal li t-​tfal, it-​tfal tat-​tfal, u qraba Kristjani oħrajn kellhom ir-​responsabbiltà primarja biex jieħdu ħsieb ir-​romol imdaħħlin fiż-​żmien. B’hekk, ma kellu jkun hemm ebda piż finanzjarju mhux neċessarju fuq il-​kongregazzjoni. Bl-​istess mod illum, aħna nuru li nħobbu lil Alla billi nipprovdu materjalment għal qraba fil-​bżonn.

8. Il-​Bibbja għala ma tagħtix istruzzjonijiet speċifiċi dwar kif tingħata għajnuna lill-​ġenituri mdaħħlin fiż-​żmien?

8 Fi kliem sempliċi, tfal adulti Kristjani għandhom l-​obbligu li jagħmlu ċert li l-​bżonnijiet materjali tal-​ġenituri tagħhom jiġu sodisfati. Pawlu kien qed jitkellem dwar qraba li jemmnu, imma ġenituri li mhumiex membri tal-​kongregazzjoni Kristjana m’għandhomx jiġu traskurati. Il-​mod kif it-​tfal jagħtu l-​għajnuna jvarja. M’hemmx żewġ sitwazzjonijiet l-​istess. Il-​bżonnijiet, il-​personalità, u s-​saħħa taʼ dawk involuti huma differenti. Xi wħud imdaħħlin fiż-​żmien għandhom ħafna tfal; oħrajn għandhom tifel jew tifla waħda biss. Xi wħud jistgħu jiksbu xi għajnuna mingħand il-​gvern, imma oħrajn ma jistgħux. Anki l-​preferenzi persunali taʼ dawk li jeħtieġu l-​għajnuna jkunu differenti. Għalhekk, ma jkunx għaqli jew taʼ mħabba jekk nikkritikaw il-​mod kif xi ħadd qed jipprova jieħu ħsieb qraba mdaħħlin fiż-​żmien. Wara kollox, Ġeħova jistaʼ jbierek kwalunkwe deċiżjoni Skritturali u jara li tirnexxi, kif għamel għall-​poplu tiegħu sa minn żmien il-​qedem.—Num. 11:23.

9-11. (a) Xi wħud liema deċiżjonijiet diffiċli forsi jkollhom jieħdu? (Ara l-​ewwel stampa.) (b) Tfal adulti għala m’għandhomx jgħaġġlu biex jitilqu mis-​servizz fultajm? Semmi eżempju.

9 Meta l-​ġenituri u t-​tfal jgħixu ’l bogħod minn xulxin, jistaʼ jkun taʼ sfida biex lill-​ġenituri mdaħħlin fiż-​żmien tingħatalhom l-​għajnuna li jeħtieġu. It-​tfal forsi jkollhom iżuru lill-​ġenituri tagħhom malajr malajr minħabba xi waqgħa, xi ksur fl-​għadam, jew xi problema serja oħra. Wara dan, il-​ġenituri forsi jkollhom bżonn l-​għajnuna għal żmien qasir jew saħansitra għal tul taʼ żmien.a

10 Dawk fis-​servizz fultajm li għandhom inkarigi ’l bogħod mid-​dar forsi jkollhom jieħdu deċiżjonijiet diffiċli ferm. Beteliti, missjunarji, u indokraturi li jivvjaġġaw kollha jqisu l-​inkarigu tagħhom bħala li hu prezzjuż, barka mingħand Ġeħova. Xorta waħda, jekk il-​ġenituri tagħhom jimirdu, l-​ewwel reazzjoni tagħhom forsi tkun, ‘Se jkollna nitilqu l-​inkarigu tagħna u mmorru lura d-​dar biex nieħdu ħsieb il-​ġenituri tagħna.’ Madankollu, ikun għaqli jekk jitolbu u jaħsbu dwar dak li l-​ġenituri verament jeħtieġu jew iridu. Ħadd m’għandu jgħaġġel biex jitlaq xi privileġġ taʼ servizz, u dan forsi ma jkunx dejjem neċessarju. Jistaʼ jkun li l-​problema taʼ saħħa hi biss temporanja? Hemm xi wħud fil-​kongregazzjoni tal-​ġenituri li jkunu lesti biex jgħinuhom, u b’hekk iħallu lil uliedhom ikomplu fl-​inkarigu tagħhom?—Prov. 21:5.

11 Pereżempju, ikkunsidra l-​eżempju taʼ żewġ aħwa rġiel li kienu jaqdu ’l bogħod mid-​dar. Wieħed kien missjunarju fl-​Amerika t’Isfel, u l-​ieħor kien jaħdem fil-​kwartieri ġenerali, fi Brooklyn, New York. Meta l-​ġenituri tagħhom kellhom bżonn l-​għajnuna, l-​aħwa flimkien man-​nisa tagħhom żaru lill-​ġenituri tagħhom fil-​Ġappun biex jaraw x’setgħu jagħmlu. Maż-​żmien, il-​koppja fl-​Amerika t’Isfel kienu qed jikkunsidraw li jitilqu l-​inkarigu tagħhom biex imorru lura d-​dar. Imbagħad ċemplulhom l-​anzjani tal-​kongregazzjoni tal-​ġenituri tagħhom. Dawn l-​anzjani kienu tkellmu dwar is-​sitwazzjoni u riedu li l-​missjunarji jibqgħu kemm jistgħu fl-​inkarigu tagħhom. L-​anzjani apprezzaw is-​servizz taʼ din il-​koppja u kienu determinati li jagħmlu kulma jistgħu biex jgħinuhom jieħdu ħsieb il-​ġenituri tagħhom. Dawk kollha fil-​familja apprezzaw l-​għajnuna kollha mħabba tal-​anzjani.

12. Meta familja Kristjana tiddeċiedi kif se tieħu ħsieb lil dawk imdaħħlin fiż-​żmien, minn xiex iridu jkunu ċerti?

12 Hi x’inhi d-​deċiżjoni li tieħu familja Kristjana biex jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet taʼ ġenituri mdaħħlin fiż-​żmien, ilkoll għandhom jagħmlu ċert li d-​deċiżjonijiet tagħhom jonoraw l-​isem t’Alla. Qatt ma rridu nkunu bħall-​mexxejja reliġjużi fi żmien Ġesù. (Mt. 15:3-​6) Minflok, irridu nonoraw lil Ġeħova u lill-​kongregazzjoni.—2 Kor. 6:3.

IR-​RESPONSABBILTÀ TAL-​KONGREGAZZJONI

13, 14. Il-​Bibbja kif turi li l-​kongregazzjonijiet għandhom jgħinu biex jieħdu ħsieb lill-​membri mdaħħlin fiż-​żmien?

13 Mhux kulħadd jistaʼ jgħin lill-​qaddejja fultajm kif għamlet il-​kongregazzjoni msemmija hawn fuq. Imma l-​Bibbja turi li l-​kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu kulma jistgħu biex jgħinu lil uħud leali avanzati fl-​età. Fil-​kongregazzjoni taʼ Ġerusalemm fl-​ewwel seklu, “ma kien hemm ħadd fosthom fil-​bżonn.” Dan ma jfissirx li kollha kienu għonja. Infatti jidher li xi wħud kellhom verament ftit materjalment, imma kien ikun hemm tqassim “bejn kulħadd, skond il-​bżonn taʼ kull wieħed.” (Atti 4:34, 35) Iżda iktar tard inqalgħet problema serja fil-​kongregazzjoni. Xi romol ma kinux qed jingħataw “it-​tqassim taʼ l-​ikel taʼ kuljum.” Allura x’għamlu l-​appostli? Inkarigaw irġiel responsabbli biex jagħmlu ċert li r-​romol jiġu trattati b’mod ġust u jingħataw biżżejjed ikel. (Atti 6:1-​5) F’Pentekoste tas-​sena 33 EK, ħafna viżitaturi barranin saru Kristjani u baqgħu Ġerusalemm biex isaħħu l-​fidi tagħhom. Avolja t-​tqassim tal-​ikel kien biss temporanju, id-​deċiżjoni tal-​appostli turi li l-​kongregazzjonijiet jistgħu jgħinu biex jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet t’aħwa leali mdaħħlin fiż-​żmien.

14 Pawlu spjega lil Timotju meta jkun xieraq li l-​kongregazzjoni tgħin lir-​romol Kristjani fil-​bżonnijiet materjali tagħhom. (1 Tim. 5:3-​16) Ġakbu ġie mnebbaħ jikteb li l-​Kristjani għandhom ir-​responsabbiltà li jieħdu ħsieb l-​iltiema, ir-​romol, u oħrajn li jgħaddu minn żminijiet diffiċli. (Ġak. 1:27; 2:15-​17) L-​appostlu Ġwanni wkoll spjega: “Kulmin għandu biex jgħix f’din id-​dinja u jara lil ħuh fil-​bżonn u ma jkunx irid juri ħniena miegħu, kif tistaʼ tibqaʼ fih l-​imħabba t’Alla?” (1 Ġw. 3:17) Jekk Kristjani individwali għandhom dawn l-​obbligi lejn dawk fil-​bżonn, mhuwiex dan minnu wkoll fil-​każ tal-​kongregazzjonijiet?

Mara avanzata fl-​età li waqgħet bix-​xirja

Jekk iseħħ xi inċident, il-​kongregazzjoni kif tistaʼ tgħin? (Ara paragrafi 15, 16)

15. X’jistaʼ jeffettwa l-​għajnuna li forsi jkollhom bżonn aħwa mdaħħlin fiż-​żmien?

15 F’xi pajjiżi, il-​gvern forsi jgħin lil dawk imdaħħlin fiż-​żmien billi jipprovdi pensjonijiet u għajnuniet oħra. (Rum. 13:6) F’postijiet oħrajn, dawn l-​għajnuniet ma jeżistux. Allura, l-​għajnuna li l-​qraba u l-​kongregazzjonijiet ikollhom jagħtu se tiddependi mis-​sitwazzjoni. Jekk l-​ulied Kristjani jgħixu ’l bogħod mill-​ġenituri tagħhom, dan jistaʼ jeffettwa kemm l-​ulied ikunu jistgħu jagħtu għajnuna. It-​tfal iridu jikkomunikaw mal-​anzjani tal-​kongregazzjoni tal-​ġenituri tagħhom biex jagħmlu żgur li kulħadd jifhem iċ-​ċirkustanzi tal-​familja. Pereżempju, l-​anzjani forsi jkunu jistgħu jgħinu lill-​ġenituri jsiru jafu liema għajnuna jagħti l-​gvern lil dawk avanzati fl-​età. Għandhom mnejn anki jinnotaw affarijiet li t-​tfal jeħtieġu jkunu jafu bihom, bħal ittri importanti li ma jkunux infetħu jew mediċini li l-​ġenituri ma jkunux ħadu. Jekk it-​tfal u l-​anzjani jikkomunikaw bil-​miftuħ u b’mod ċar, forsi jkunu jistgħu jsibu soluzzjonijiet. Meta jkun hemm xi ħadd fil-​qrib li jistaʼ jagħti daqqa t’id jew jagħti pariri lill-​membri tal-​familja li jgħixu ’l bogħod, dan jistaʼ jgħin biex sitwazzjoni ma tiggravax, u l-​familja tkun tistaʼ sserraħ ftit moħħha.

16. Xi Kristjani x’għamlu biex jgħinu lil uħud avanzati fl-​età fil-​kongregazzjoni?

16 Peress li jħobbu lil dawn l-​uħud għeżież imdaħħlin fiż-​żmien, xi Kristjani taw mill-​ħin u l-​enerġija tagħhom biex jgħinu bi kwalunkwe mod li jistgħu. Huma jittrattaw lil dawn l-​uħud bħall-​familja tagħhom stess. Biex jieħdu ħsieb uħud avanzati fl-​età, xi aħwa jaqsmu x-​xogħol billi jmorru darba kull wieħed. Avolja huma personalment ma jistgħux jaqdu fis-​servizz fultajm, dawn l-​aħwa li tant jimpurtahom forsi jkunu jistgħu jgħinu biex l-​ulied jibqgħu fl-​inkarigu tagħhom. Aħwa bħal dawn għandhom attitudni eċċellenti! M’għandniex xi ngħidu, jagħtu kemm jagħtu għajnuna oħrajn, it-​tfal xorta għandhom ir-​responsabbiltà biex jagħmlu kulma jistgħu għall-​ġenituri tagħhom.

ONORA LIL DAWK AVANZATI FL-​ETÀ BI KLIEM INKURAĠĠANTI

17, 18. L-​attitudni x’effett għandha fuq l-​għajnuna li jingħataw dawk imdaħħlin fiż-​żmien?

17 Meta jżommu attitudni pożittiva, dawk imdaħħlin fiż-​żmien u l-​uħud li jieħdu ħsiebhom jistgħu jagħmlu sitwazzjoni diffiċli iktar faċli. Kultant ix-​xjuħija tistaʼ ġġiegħel lil dak li jkun iħossu skuraġġit jew saħansitra dipress. Allura forsi jkun hemm bżonn taʼ sforz speċjali biex tonora u tinkuraġġixxi lill-​aħwa avanzati fl-​età. Kif tistaʼ tagħmel dan? Żomm il-​konversazzjonijiet magħhom pożittivi. Dawn l-​uħud għeżież baqgħu leali lejn Ġeħova u jixirqilhom it-​tifħir tagħna. Ġeħova ma jinsiex dak kollu li għamlu biex jaqduh, u lanqas aħna m’għandna ninsewh.—Aqra Malakija 3:16; Ebrej 6:10.

18 Barra minn dan, xogħlijiet diffiċli taʼ kuljum jistgħu jkunu iktar faċli meta kemm dawk imdaħħlin fiż-​żmien kif ukoll l-​uħud li jieħdu ħsiebhom jiċċajtaw meta jkun xieraq. (Ekk. 3:1, 4) Ħafna minn dawk avanzati fl-​età jagħmlu ħilithom biex ma jistennewx iżżejjed. Huma jifhmu li għandhom mnejn jingħataw iktar attenzjoni u jkollhom iktar żjajjar jekk ikunu dħulin. Ħafna li jżuru lil dawk imdaħħlin fiż-​żmien spiss jgħidu, “Mort biex ninkuraġġixxi lil ħabib tiegħi, imma spiċċajt ġejt inkuraġġit jien.”—Prov. 15:13; 17:22.

19. X’jistaʼ jgħin lill-​kbar u ż-​żgħar jibqgħu sodi fi żminijiet diffiċli?

19 Aħna nixxennqu għal dak iż-​żmien meta x-​xjuħija, it-​tbatija, u l-​imperfezzjoni jintemmu. Sadanittant, il-​qaddejja t’Alla għandhom jiffokaw fuq it-​tama tagħhom għal futur li se jibqaʼ għal dejjem. Aħna nafu li l-​fidi fil-​wegħdi t’Alla żżommna sodi fi żminijiet diffiċli. Minħabba li għandna l-​fidi, “ma naqtgħux qalbna, imma anki jekk il-​bniedem li aħna minn barra qed jispiċċa, żgur li l-​bniedem li aħna minn ġewwa qed jiġġedded minn jum għall-​ieħor.” (2 Kor. 4:16-​18; Ebr. 6:18, 19) X’hemm iktar li jistaʼ jgħin lil dawk li għandhom ir-​responsabbiltà li jieħdu ħsieb uħud imdaħħlin fiż-​żmien? Se niddiskutu xi suġġerimenti t’għajnuna fl-​artiklu li jmiss.

a L-​artiklu li jmiss se jiddiskuti ftit mill-​affarijiet li forsi huma disponibbli għal dawk avanzati fl-​età u għal uliedhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja