LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 1/15 p. 32
  • Għemejjel mill-Aqwa li Jigglorifikaw lil Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għemejjel mill-Aqwa li Jigglorifikaw lil Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 1/15 p. 32

Għemejjel mill-​Aqwa li Jigglorifikaw lil Alla

PERMEZZ tal-​kondotta tajba u l-​għemejjel eżemplari tagħhom, il-​Kristjani veri jagħtu glorja lil Alla. (1 Pietru 2:12) Dan jistaʼ jidher minn dak li ġara fl-​Italja fi snin reċenti.

F’Settembru taʼ l-​1997, terremot qawwi laqat diversi partijiet tar-​reġjuni taʼ Marche u l-​Umbria, u qered kważi 90,000 dar. Gruppi tax-​Xhieda taʼ Jehovah mill-​ewwel offrew l-​għajnuna lil sħabhom fit-​twemmin u oħrajn. Fost affarijiet oħra ġew provduti karavani, sleeping bags, cookers, u ġeneraturi taʼ l-​elettriku. Din il-​ħidma biex tingħata l-​għajnuna ġiet notata.

Il-​gazzetta Il Centro rrapportat: “L-​ewwel ma waslu bil-​provvisti għall-​għajnuna fl-​inħawi milqutin kienu x-​Xhieda taʼ Jehovah taʼ Roseto [fil-provinċja taʼ Teramo] . . . Minbarra li kultant jiltaqgħu biex jitolbu, dawk leali lejn Jehovah jaħdmu b’modi prattiċi, u jagħtu daqqa t’id lil dawk li jkunu qed ibatu tkun xi tkun ir-​reliġjon tagħhom.”

Is-sindku taʼ Nocera Umbra, waħda mill-​iktar bliet li ntlaqtu ħażin, kiteb lix-​Xhieda: “Nirringrazzjakom personalment u minn qalbi taʼ l-​għajnuna li tajtu lill-​popolazzjoni taʼ Nocera. Jien ċert li qed nesprimi s-​sentimenti taċ-​ċittadini kollha.” Iżjed minn hekk, il-​Ministru taʼ l-​Affarijiet Interni ppremja lill-​Congregazione Cristiana dei Testimoni di Geova (il-Kongregazzjoni Kristjana tax-​Xhieda taʼ Jehovah) b’ċertifikat taʼ mertu kif ukoll b’midalja “bħala prova tax-​xogħol iebes tagħhom u l-​għajnuna li taw fl-​attivitajiet li għandhom x’jaqsmu maʼ l-​emerġenza li kien hemm fir-​reġjuni taʼ l-​Umbria u Marche.”

F’Ottubru tas-​sena 2000, għargħar diżastruż laqat ir-​reġjun tal-​Piemonte fit-​tramuntana taʼ l-​Italja. Għal darb’oħra, ix-​Xhieda kienu minn taʼ l-​ewwel li ħadu azzjoni biex jagħtu l-​għajnuna. Dawn l-​għemejjel mill-​aqwa ġew notati wkoll. Ir-​reġjun tal-​Piemonte tahom plakka bħala premju għax-​“xogħol volontarju u prezzjuż li għamlu biex jagħtu appoġġ lill-​popolazzjoni tal-​Piemonte li ġiet effettwata mill-​għargħar.”

Ġesù Kristu għallem lid-​dixxipli tiegħu: “[Ħalluh] jiddi d-​dawl tagħkom quddiem il-​bnedmin, biex jaraw l-​għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-​smewwiet.” (Mattew 5:16) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah bil-​ferħ jigglorifikaw lil Alla, mhux lilhom infushom, billi jwettqu għemejjel mill-​aqwa li jgħinu lill-​ġirien tagħhom spiritwalment u b’modi oħra.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja