L-Iktar Ġrajja Importanti fl-Istorja
DIN kienet il-mewt taʼ Ġesù Kristu. Għala kienet daqshekk importanti? Għal diversi raġunijiet.
Il-lealtà taʼ Ġesù sal-mewt tat prova li individwu jistaʼ jżomm l-integrità tiegħu lejn Alla.
Il-mewt taʼ Kristu pprovdiet opportunità għal xi wħud biex isiru ħakkiema sħab miegħu fis-sema. Din fetħet ukoll it-triq biex ħafna iktar jistgħu jgawdu ħajja taʼ dejjem f’Ġenna taʼ l-art.
Fil-lejla taʼ qabel ma miet, Ġesù uża ħobż bla ħmira u nbid aħmar bħala simboli tas-sagrifiċċju uman tiegħu kollu mħabba. Qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: “[Ibqgħu] agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Luqa 22:19) Se tiftakar int din il-ġrajja importanti?
Ix-Xhieda taʼ Jehovah jistidnuk minn qalbhom biex tingħaqad magħhom ħalli jiċċelebraw il-Mafkar tal-mewt taʼ Ġesù. Din is-sena d-data għal dan il-mafkar hi l-Ħamis, 28 taʼ Marzu, wara nżul ix-xemx. Tistaʼ tattendi fl-eqreb Sala tas-Saltna. Jekk jogħġbok iċċekkja max-Xhieda taʼ Jehovah lokali għall-ħin u l-post eżatt.