LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 3/15 pp. 29-31
  • L-Ibbalzmar Huwa Xieraq għall-Kristjani?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ibbalzmar Huwa Xieraq għall-Kristjani?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fejn Bdiet l-​Użanza?
  • Huwa Xieraq għall-​Kristjani?
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Għotja li tixraq lil sultan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Il-ġisem taʼ Ġesù jiġi mħejji u midfun
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 3/15 pp. 29-31

L-​Ibbalzmar Huwa Xieraq għall-​Kristjani?

Hekk kif kien riesaq lejn it-​tmiem taʼ ħajtu, il-​patrijarka leali Ġakobb għamel l-​aħħar talba tiegħu: “Idfnuni maʼ missirijieti, fl-​għar li hemm fl-​għalqa taʼ Għefron il-​Ħitti; fl-​għar li hemm fl-​għalqa taʼ Makfela biswit Mamri fl-​art taʼ Kangħan.” —Ġenesi 49:​29-31.

ĠUŻEPPI onora x-​xewqa taʼ missieru billi uża d-​drawwa li kienet popolari fl-​Eġittu f’dak iż-​żmien. Hu ordna “lit-​tobba qaddejja tiegħu jibbalzmaw lil missieru.” Ir-​rakkont li nsibu f’Ġenesi kapitlu 50 juri li t-​tobba damu 40 jum, skond kif kienet l-​użanza, biex jippreparaw il-​katavru. Il-​fatt li Ġakobb kien ibbalzmat ippermetta lill-​bosta membri tal-​familja u Eġizzjani f’pożizzjoni għolja biex jieħdu l-​fdalijiet taʼ Ġakobb għad-​difna avolja kellhom jivvjaġġaw bil-​mod madwar 400 kilometru lejn Ħebron.—Ġenesi 50:​1-14.

Jistaʼ jkun li xi darba għad jinstab il-​ġisem ibbalzmat taʼ Ġakobb? Anki fl-​aqwa ċirkustanzi, hemm ftit li xejn possibbiltà li dan iseħħ. Iżrael kien reġjun imsoqqi tajjeb, u dan illimita t-​tip taʼ fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu hemm. (Eżodu 3:8) Instabu ħafna affarijiet antiki tal-​metall u tal-​ġebel, imma l-​biċċa l-​kbira mill-​oġġetti fraġli, bħal drapp, ġilda, u iġsma bbalzmati, ma felħux għall-​umdità u t-​tibdil li jġib miegħu ż-​żmien.

Eżattament x’inhu l-​ibbalzmar? Għala kien isir? Huwa xieraq għall-​Kristjani?

Fejn Bdiet l-​Użanza?

L-​aħjar mod li tistaʼ tiddeskrivi l-​ibbalzmar hu bħala l-​ippreservar taʼ katavru taʼ bniedem jew annimal. Fil-​biċċa l-​kbira, l-​istudjużi taʼ l-​istorja jaqblu li l-​ibbalzmar beda fl-​Eġittu imma li kien isir ukoll mill-​Assirjani, il-​Persjani, u x-​Xizjani tal-​qedem. Forsi l-​ewwel interess u esperimentar fl-​ibbalzmar beda meta nstabu iġsma li kienu midfunin fid-​deżert u li ġew preservati b’mod naturali. F’difna bħal din, l-​umdità u l-​arja ma jkunux laħqu l-​katavru, u għalhekk kien jonqos iċ-​ċans li dan jitmermer għalkollox. Xi wħud għandhom it-​teorija li l-​ibbalzmar beda meta nstabu iġsma preservati fin-​natron (sodju tal-​karbonju), alkali li huwa abbundanti fl-​Eġittu u fl-​inħawi taʼ madwaru.

L-għan tal-​balzmatur huwa sempliċement li jwaqqaf għal ftit l-​azzjoni naturali tal-​batterji li tibda ftit sigħat wara l-​mewt, u li biha l-​katavru jitmermer. Jekk dan il-​proċess naturali jkun jistaʼ jiġi evitat, it-​tmermir jieqaf jew għallinqas ibatti mhux ħażin. Hemm tliet affarijiet importanti: li l-​katavru jiġi preservat biex jibqaʼ jidher bħal meta l-​bniedem kien għadu ħaj, li tiġi evitata l-​intiena kaġunata mit-​tmermir, u li l-​katavru jkun jiflaħ għal kontra l-​insetti li jipprovaw iduru għalih.

L-​Eġizzjani tal-​qedem kienu jibbalzmaw lill-​mejtin tagħhom għal raġunijiet reliġjużi. L-​idea tagħhom dwar il-​ħajja wara l-​mewt kienet relatata max-​xewqa li bħala mejtin jibqgħu f’kuntatt mad-​dinja tal-​bnedmin. Kienu jemmnu li l-​iġsma tagħhom kienu se jibqgħu jintużaw għall-​eternità u jerġgħu jingħataw il-​ħajja. Għalkemm l-​ibbalzmar kien komuni ħafna, sa issa għadu ma nstab l-​ebda rakkont Eġizzjan taʼ kif dan kien isir. L-​aħjar dokumentazzjoni li teżisti hija dik taʼ l-​istudjuż Grieg taʼ l-​istorja Erodotu tal-​ħames seklu Q.E.K. Madankollu, ġie rapportat li meta pprovaw jiksbu l-​istess riżultati billi segwew l-​istruzzjonijiet li pprovda Erodotu, dawn ma tantx irnexxew.

Huwa Xieraq għall-​Kristjani?

Ġakobb ġie bbalzmat minn uħud li ma kellhomx l-​istess twemmin reliġjuż li kellu hu. Madankollu, ma nistgħux nimmaġinaw li meta Ġużeppi ta l-​ġisem taʼ missieru lit-​tobba, riedhom jitolbu u jagħmlu r-​ritwali li probabbilment kienu jsiru f’dak iż-​żmien fl-​Eġittu waqt il-​proċess taʼ l-​ibbalzmar. Kemm Ġakobb u kemm Ġużeppi kienu nies taʼ fidi kbira. (Lhud 11:​21, 22) Għalkemm milli jidher Jehovah ma kkmandax li l-​fdalijiet taʼ Ġakobb jiġu preservati, l-​Iskrittura ma titkellimx b’diżapprovazzjoni dwar dan. Il-​fatt li Ġakobb ġie bbalzmat ma kienx ifisser li dan kien il-​mudell li fuqu kellu jimxi l-​ġens taʼ Iżrael jew il-​kongregazzjoni Kristjana. Fil-​fatt, fil-​Kelma t’Alla m’hemm l-​ebda istruzzjoni speċifika dwar dan is-​suġġett. Wara li Ġużeppi nnifsu ġie bbalzmat fl-​Eġittu, l-​Iskrittura ma ssemmi xejn iżjed dwar din il-​prattika.—Ġenesi 50:26.

Il-kundizzjoni ħażina li kienu fiha l-​fdalijiet umani li nstabu fl-​oqbra fil-​Palestina tindika li ma kinitx l-​użanza Ebrajka li jibbalzmaw lill-​mejtin, jew għallinqas mhux biex iservu għal żmien twil. Per eżempju, Lazzru ma ġiex ibbalzmat. Għalkemm kien imgeżwer f’biċċiet tad-​drapp, kien hemm min inkwieta ftit meta kienu se jgerbu l-​ġebla tal-​qabar tiegħu. Peress li Lazzru kien ilu mejjet erbat ijiem, oħtu kienet ċerta li se toħroġ riħa tinten meta jiftħu l-​qabar.—Ġwann 11:​38-44.

Ġesù Kristu ġie bbalzmat? Ir-​rakkonti taʼ l-​Evanġelju ma jindikawx li sar hekk. F’dak iż-​żmien, il-​Lhud kellhom id-​drawwa li jippreparaw il-​ġisem bi ħwawar u żjut ifuħu qabel ma jidfnuh. Per eżempju, għall-​preparazzjoni tal-​ġisem taʼ Ġesù, Nikodemu pprovda kwantità kbira taʼ ħwawar għal dan l-​għan. (Ġwann 19:​38-42) Għalfejn dawn il-​ħwawar kollha? L-​imħabba u r-​rispett profondi li kellu għal Ġesù setgħu qanqluh ikun daqshekk ġeneruż. M’hemmx għalfejn nikkonkludu li dawn il-​ħwawar intużaw biex jippreservaw il-​ġisem.

Sejjer Kristjan joġġezzjona għall-​użanza taʼ l-​ibbalzmar? Jekk inqisu l-​affarijiet b’mod realistiku, l-​ibbalzmar kulma jagħmel hu li jipposponi dak li ma jistax jiġi evitat. Mit-​trab ġejna, u mal-​mewt fit-​trab nerġgħu mmorru. (Ġenesi 3:19) Imma kemm se jgħaddi żmien mill-​mewt sal-​funeral? Jekk il-​membri tal-​familja u l-​ħbieb iridu jiġu mill-​bogħod u jkunu jixtiequ jaraw il-​ġisem, bla dubju jrid jiġi bbalzmat sa ċertu punt.

Mela, Skritturalment m’hemmx għalfejn wieħed jinkwieta jekk il-​ħtiġijiet lokali jordnaw li l-​ġisem jiġi bbalzmat jew jekk il-​membri tal-​familja jkunu jixtiequ li dan isir. Il-​mejtin “ma jafu xejn.” (Koħèlet 9:5) Jekk jinsabu fil-​memorja t’Alla, se jiġu mqajmin għall-​ħajja fid-​dinja ġdida li wiegħed.—Ġob 14:​13-15; Atti 24:15; 2 Pietru 3:13.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 31]

L-​IBBALZMAR—FIL-​PASSAT U ISSA

Fl-​Eġittu taʼ l-​antik, it-​tip taʼ bbalzmar li kien isir fuq katavru kien jiddependi mill-​pożizzjoni tal-​familja tiegħu. Familja sinjura x’aktarx li kienet se tagħżel il-​proċedura li ġejja:

Il-​moħħ kien jinġibed ’il barra mill-​imnifsejn permezz taʼ għodda tal-​metall. Imbagħad, il-​balzmaturi Eġizzjani kienu jippreparaw ir-​ras billi jużaw mediċini apposta. Il-​pass li jmiss kien jinvolvi li jneħħu l-​organi interni kollha minbarra l-​qalb u l-​kliewi. Biex ikunu jistgħu jidħlu fiż-​żaqq, kien ikollhom bżonn jagħmlu qasma fil-​ġisem, imma ħaġa bħal din kienet meqjusa bħala dnub. Biex iduru maʼ din il-​kontroversja, il-​balzmaturi kienu jqabbdu persuna biex tagħmel din il-​qasma. Eżatt malli tagħmel hekk din il-​persuna kienet taħrab, għax il-​kastig għal dan l-​hekk imsejjaħ delitt kienu s-​saħtiet u t-​tħaġġir.

Wara li kienu jiżvojtaw iż-​żaqq, il-​ħofra li kien jifdal kienet tinħasel sew. L-​istudjuż taʼ l-​istorja Erodotu kiteb: “Jimlew il-​ħofra bl-​iktar mirra pura mfarrka, bil-​kassja, u b’kull xorta taʼ ħwawar oħrajn minbarra l-​inċens, u jħitu l-​qasma.”

Imbagħad kienu jnixxfu l-​ġisem billi jgħaddsuh fin-​natron għal 70 jum. Wara kienu jaħslu l-​katavru u bis-​sengħa kollha jgeżwruh fl-​għażel. L-​għażel kienu jiksuh b’raża jew xi tip taʼ sustanza bħal gomma li kien iservi taʼ kolla, u jqiegħdu l-​mumja f’kaxxa taʼ l-​injam kollha tiżjin li kellha l-​forma taʼ bniedem.

Illum, l-​ibbalzmar jistaʼ jsir fi ftit sigħat. Ġeneralment isir billi jitqiegħed ammont preċiż taʼ fluwidu taʼ l-​ibbalzmar fil-​vini u l-​arterji kif ukoll fil-​ħofra taż-​żaqq u tas-​sider. Matul is-​snin, ġew żviluppati u użati għadd taʼ taħlitiet. Madankollu, l-​iktar taħlita li tintuża għall-​ibbalzmar hija l-​formaldehyde (gass bla kulur b’riħa qawwija), minħabba l-​prezz u s-​sigurtà.

[Stampa]

It-​tebut tad-​deheb tar-​Re Tutankamen

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja