LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 6/15 p. 31
  • Il-Waqt li Tinkixef Kwistjoni Kunfidenzjali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Waqt li Tinkixef Kwistjoni Kunfidenzjali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 6/15 p. 31

Il-​Waqt li Tinkixef Kwistjoni Kunfidenzjali

Il-​fatt li ċerti affarijiet jinżammu kunfidenzjali jistaʼ jagħmel id-​differenza bejn li tinżamm il-​paċi jew li jinqalgħu l-​argumenti. Madankollu, hemm xi drabi meta kwistjoni kunfidenzjali għandha tinkixef? Innota x’jgħid il-​profeta Għamos dwar dak Alla tiegħu: “Ebda ħaġa ma jagħmel Sidi l-​Mulej, jekk ma jurix il-​ħwejjeġ moħbija tiegħu lill-​qaddejja tiegħu l-​profeti.” (Għamos 3:7) Minn dan il-​kliem, nistgħu nitgħallmu xi ħaġa dwar il-​kunfidenzjalità. Jehovah jistaʼ jżomm xi affarijiet kunfidenzjali għal ċertu żmien u mbagħad jurihom lil xi individwi. Kif nistgħu nimitaw lil Jehovah f’dan?

Kultant, ir-​rgħajja maħturin fil-​kongregazzjoni Kristjana jarawha taʼ benefiċċju li kwistjoni partikulari tinżamm sigrieta. (Atti 20:28) Per eżempju, filwaqt li jżommu f’moħħhom il-​ġid tal-​kongregazzjoni, jistgħu jiddeċiedu li jżommu lura b’mod kunfidenzjali ċerti dettalji dwar xi arranġamenti jew bidliet fir-​responsabbiltajiet tal-​kongregazzjoni sa ċertu żmien speċifiku.

Madankollu, f’każ bħal dan huwa importanti li jintwera biċ-​ċar lil min hu involut jekk, meta, u b’liema mod il-​kwistjoni għandha tinkixef. Il-​fatt li jkunu jafu meta l-​kwistjoni se tinkixef pubblikament jistaʼ jgħinhom iżommu l-​kunfidenzjalità.—Proverbji 25:9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja