LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 6/15 p. 32
  • “Int Mara Sewwa”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Int Mara Sewwa”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 6/15 p. 32

“Int Mara Sewwa”

Dan il-​kliem taʼ tifħir intqal lil żagħżugħa Mowabija. Kienet armla jisimha Rut, mart iben mara Iżraelija li jisimha Nagħomi. Sakemm kienet tgħix f’Iżrael xi 3,000 sena ilu, meta kienu jaħkmu l-​imħallfin, Rut kienet kisbet reputazzjoni taʼ kemm kienet mara sewwa. (Rut 3:11) Kif ħadet din ir-​reputazzjoni? Min jistaʼ jibbenefika mill-​eżempju tagħha?

Rut ma kinitx waħda li tiekol “ħobż l-​għażż,” minflok kienet taħdem iebes u għal sigħat twal tlaqqat mill-​għelieqi, u peress li kienet bieżla f’xogħolha, qalgħet it-​tifħir. Anki meta offrewlha li jtaffulha l-​piż taʼ xogħolha, kompliet taħdem iebes, u b’hekk għamlet iktar minn dak li kien mistenni minnha. B’mod li jispikka, tixirqilha d-​deskrizzjoni tal-​Bibbja bħala mara miżżewġa kapaċi, ħabrieka, u li jixirqilha t-​tifħir.—Proverbji 31:​10-31; Rut 2:​7, 15-17.

Kienu l-​kwalitajiet spiritwali taʼ Rut—l-​umiltà, l-​attitudni taʼ sagrifiċċju persunali, u l-​imħabba leali tagħha—li kkontribwew l-​iktar għar-​reputazzjoni tajba li kellha man-​nies. Waqt li ħalliet lill-​ġenituri tagħha u art twelidha, bi ftit li xejn tama li ssib is-​sigurtà li setaʼ joffrilha ż-​żwieġ, hi baqgħet ħaġa waħda maʼ Nagħomi. Fl-​istess ħin, Rut uriet ix-​xewqa li taqdi lil Jehovah, dak Alla tal-​kunjata tagħha. Biex jagħmel enfasi fuq kemm kienet mara siewja, ir-​rakkont Skritturali jgħid li hi kienet “aħjar minn sebaʼ wlied” subien għal Nagħomi.—Rut 1:​16, 17; 2:​11, 12; 4:15.

Għalkemm il-​fama taʼ Rut bħala mara siewja fost sħabha l-​bnedmin hi taʼ min ifaħħarha, kemm tiswa iktar l-​istima favorevoli t’Alla għall-​kwalitajiet tagħha! U kemm hu taʼ min jinnotah il-​fatt li ppremjaha bil-​privileġġ li ssir antenata taʼ Ġesù Kristu! (Mattew 1:5; 1 Pietru 3:4) Kemm hija taʼ eżempju mill-​aqwa Rut mhux biss għan-​nisa Kristjani iżda wkoll għal dawk kollha li jistqarru li jqimu lil Jehovah!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja