LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 8/1 p. 8
  • ‘Il-Kelma t’Alla Hi Qawwija’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Il-Kelma t’Alla Hi Qawwija’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • “Ġeħova hu “kbir fil-qawwa”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Niksbu s-Saħħa u l-Ferħ Tagħna Billi Nimxu ’l Quddiem fit-Triq taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 8/1 p. 8

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

‘Il-​Kelma t’Alla Hi Qawwija’

FIL-​ĠAMAJKA, gżira xemxija ġewwa l-​Karibew, il-​biċċa l-​kbira min-​nies huma midħla tal-​Bibbja. Fil-​fatt, tistaʼ tgħid li l-​King James Version tinsab f’kull dar, u xi nies esperjenzaw huma stess kemm “il-​kelma t’Alla hi ħajja u qawwija.” (Lhud 4:12) Din il-​qawwa tistaʼ tbiddel il-​ħajjiet, kif jidher mill-​esperjenza li ġejja.

Raġel li jismu Cleveland kien għadu kif mar lura d-​dar mix-​xogħol meta wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah ħabbatlu l-​bieb. Wara li wrieh xi punti mill-​Iskrittura, ix-​Xhud ħallielu l-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem, li jintuża bħala għajnuna għall-​istudju tal-​Bibbja. Cleveland lanqas biss daħallu f’moħħu kemm il-​Kelma t’Alla kienet verament se teżerċita qawwa f’ħajtu.

Cleveland kien imdorri jitlob tliet darbiet kuljum, biex hu jkun jistaʼ jsib il-​mod it-​tajjeb kif iqim lil Alla. Cleveland kien konvint li l-​ġenituri tiegħu ma kinux iqimu lil Alla bil-​mod it-​tajjeb, imma wara li eżamina reliġjonijiet oħra, hu baqaʼ diżappuntat. Għalkemm kien semaʼ bix-​Xhieda taʼ Jehovah, hu kellu dubju jekk dawn kellhomx il-​verità. Minkejja dawn id-​dubji, Cleveland aċċetta li jistudja l-​Bibbja max-​Xhud li mar għandu. Għala? Għaliex ried juri li x-​Xhieda kienu żbaljati!

Cleveland malajr tgħallem li Alla ma kienx qed jogħġbu l-​fatt li hu kellu relazzjonijiet immorali maʼ żewġ nisa differenti. (1 Korintin 6:​9, 10) Wara żewġ studji biss, hu għamel il-​kuraġġ biex jaqtaʼ kull rabta li kellu maż-​żewġ nisa. Beda wkoll jattendi l-​laqgħat Kristjani fis-​Sala tas-​Saltna. Imma din kienet prova oħra.

Cleveland kien attiv ħafna fit-​tim tal-​futbol tal-​komunità tiegħu, u l-​logħob kien qed jaħbat fl-​istess ħin tal-​laqgħat. X’kien se jagħmel? Minkejja l-​pressjoni kbira li kellu mill-​membri tat-​tim, minn dak li kien jittrennjahom, u minn ħbiebu, Cleveland iddeċieda li jieqaf jilgħab il-​futbol. Iva, il-​Kelma t’Alla kienet bdiet teżerċita l-​qawwa, u tinfluwenzah b’mod tajjeb!

Il-qawwa tal-​Kelma t’Alla bdiet tidher ukoll meta Cleveland beda jaqsam l-​għarfien tal-​Bibbja maʼ nies oħra. (Atti 1:8) Dan irriżulta f’li tnejn minn sħabu tat-​tim bdew jattendu l-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Wara li Cleveland ikkwalifika u sar pubblikatur taʼ l-​aħbar tajba, hu sab ferħ kbir fil-​ministeru, u beda juża l-​Kelma t’Alla biex jgħin lil oħrajn.

Billi ħalla l-​qawwa tal-​Kelma t’Alla tkompli tqanqlu, Cleveland eventwalment issimbolizza d-​dedikazzjoni tiegħu lil Jehovah u tgħammed fl-​ilma u issa għandu l-​privileġġ li jaqdi bħala ministru full-time u qaddej ministerjali fil-​kongregazzjoni.

Fil-Ġamajka u madwar id-​dinja, eluf taʼ nies saru jafu kemm il-​Kelma t’Alla hi verament “ħajja u qawwija.”

[Mappa/Stampa f’paġna 8]

Għall-formazzjoni sħiha tat-test, ara pubblikazzjoni

ĠAMAJKA

[Sors]

Mappa u globu: Mountain High Maps® Copyright © 1997 Digital Wisdom, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja