LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 12/1 pp. 30-31
  • Saħħu Idejkom

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Saħħu Idejkom
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Nissaħħu
  • Jehovah Se Jsaħħaħna
  • “Ħa ma jintelqux idejk”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Ġeħova Se Jagħtik is-​Saħħa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Qiegħed Int Timxi bis-Sħiħ Wara l-Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Idejk Aħsilhom u Ixxottahom!
    Stenbaħ!—1998
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 12/1 pp. 30-31

Saħħu Idejkom

FIL-​BIBBJA, il-​kelma id tissemma mijiet taʼ drabi. Idjomi li jinvolvu l-​id huma użati b’diversi modi. Per eżempju, idejn indaf jimplikaw innoċenza. (2 Samwel 22:21; Salm 24:​3, 4) Li tiftaħ idejk ifisser li tkun ġeneruż m’oħrajn. (Dewteronomju 15:11; Salm 145:16) Wieħed li jissogra ħajtu jingħad li jilgħab ħajtu f’idejh. (1 Samwel 19:5) Li tħalli idejk jintelqu jissinjifika li tkun skuraġġit. (2 Kronaki 15:7) L-​espressjoni bl-​Ebrajk issaħħaħ idek tfisser li tkun inkuraġġit u msaħħaħ għall-​azzjoni.​—1 Samwel 23:​16, NW.

Illum hemm bżonn urġenti biex insaħħu lilna nfusna, jew skond it-​test Ebrajk insaħħu idejna. Aħna qegħdin ngħixu fi “żmien iebes.” (2 Timotju 3:1) Meta niskuraġġixxu ruħna, it-​tendenza tagħna taʼ bnedmin li aħna hi li naqtgħu qalbna, bħallikieku idejna jintelqu għax ma jkollhomx saħħa. Hija xi ħaġa komuni li tara żgħażagħ li ma jkomplux l-​iskola, irġiel li jitilqu lill-​familja tagħhom, u ommijiet li jabbandunaw lil uliedhom. Bħala Kristjani huwa importanti li nsaħħu lilna nfusna biex b’hekk inkunu nistgħu nifilħu għall-​provi li niffaċċjaw waqt li nkunu qed naqdu lil Alla. (Mattew 24:13) Meta nagħmlu hekk inferrħu qalb Jehovah.​—Proverbji 27:11.

Kif Nissaħħu

Skond it-​test Ebrajk, il-​Lhud fi żmien Esdra kellhom bżonn isaħħu idejhom sabiex ikunu jistgħu jlestu l-​bini tat-​tempju taʼ Jehovah f’Ġerusalemm. Huma kif issaħħew? Ir-​rakkont jgħid: “U kollhom ferħana għamlu l-​festa taʼ l-​Ażżmi għal sebat ijiem, għax il-​Mulej kien imliehom bil-​ferħ u dawwar lejhom qalb is-​sultan taʼ l-​Assirja, li għenhom [“iqawwilhom idejhom,” KŻ] fil-​bini tat-​tempju taʼ Alla, Alla taʼ Iżrael.” (Esdra 6:22) Jidher ċar li kien permezz tal-​forza attiva tiegħu li Jehovah qanqal lis-​“sultan taʼ l-​Assirja” biex iħalli lill-​poplu t’Alla jirritorna, u Hu għolla l-​moral tal-​poplu biex b’hekk lestew ix-​xogħol li kienu bdew.

Iktar tard, meta s-​swar taʼ Ġerusalemm kellhom bżonn jiġu restawrati, Neħemija saħħaħ lil ħutu biex jagħmlu x-​xogħol. Naqraw: “Meta mbagħad għedtilhom kemm kienet ħanina id Alla tiegħi miegħi, u x’kien qalli s-​sultan, qaluli: ‘Inqumu u nibnuhom!’ U [“tqawwew idejhom,” Saydon] għal din il-​biċċa xogħol taʼ fejda.” Issa li idejhom kienu ssaħħu, Neħemija u l-​Lhud sħabu setgħu jibnu mill-​ġdid is-​swar taʼ Ġerusalemm u dan għamluh fi 52 ġurnata biss!​—Neħemija 2:​18; 6:​9, 15.

B’mod simili, Jehovah isaħħaħna biex nippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna. (Mattew 24:14) Hu jagħmel dan billi ‘jgħammarna b’kull ħaġa tajba biex nagħmlu r-​rieda tiegħu’. (Lhud 13:​21, NW) Hu pprovdielna l-​aqwa għodod. Għandna l-​Bibbja u kotba bbażati fuq il-​Bibbja, rivisti, browxers, fuljetti, u awdjo u vidjo rikordings għall-​użu tagħna biex nilħqu lin-​nies madwar id-​dinja kollha. Fil-​fatt, il-​pubblikazzjonijiet tagħna huma disponibbli f’iktar minn 380 lingwa. Barra minn hekk, permezz tal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, l-​assembleat, u l-​konvenzjonijiet, Jehovah jipprovdi edukazzjoni u taħriġ teokratiku dwar kif nużaw dan it-​tagħmir mill-​aqwa biex inwettqu l-​ministeru tagħna.

Għalkemm Jehovah isaħħaħna b’ħafna modi, hu jistenna minna wkoll li nagħmlu ħilitna kollha. Ftakar f’dak li l-​profeta Eliżew qal lis-​Sultan Ġowas, li kien mar għand Eliżew għall-​għajnuna biex jiġġieled kontra l-​invażuri Sirjani. Eliżew qal lis-​sultan biex jieħu xi vleġeġ u jidrob l-​art bihom. Ir-​rakkont Bibliku jgħid: “Darab l-​art għal tliet darbiet, u waqaf. U l-​bniedem taʼ Alla għadab għalih, u qallu: ‘Li kieku drabt l-​art ħamsa jew sitt darbiet, kont tkisser lil Aramin [Sirjani] sa ma teqridhom. Imma issa tliet darbiet biss tistaʼ tirbaħ lil Aramin.’” (2 Slaten 13:​18, 19) Minħabba li naqas li jagħmel ħiltu kollha b’żelu kbir, Ġowas kellu suċċess limitat fit-​taqbida tiegħu kontra s-​Sirjani.

Dan l-​istess prinċipju japplika għalina jekk irridu li aħna nwettqu dak li Jehovah qalilna nagħmlu. Minflok ma ninkwetaw dwar l-​ostakli li għandna quddiemna jew dwar kemm jistaʼ jkun diffiċli l-​inkarigu li jkollna, dan għandna nagħmluh b’żelu kbir u mill-​qalb. Jeħtieġ li nissaħħu u nistrieħu fuq Jehovah għall-​għajnuna.—Isaija 35:​3, 4.

Jehovah Se Jsaħħaħna

Jehovah mhux se jonqos li jgħinna u jsaħħaħna biex nagħmlu r-​rieda tiegħu. M’għandniex xi ngħidu, Alla mhux se jagħmel xi miraklu u jagħmel kollox hu. Hu jistenna li nagħmlu l-​parti tagħna—naqraw il-​Bibbja kuljum, nippreparaw u nattendu l-​laqgħat regolarment, nipparteċipaw fil-​ministeru kemm jistaʼ jkun possibbli, u nersqu lejh bit-​talb il-​ħin kollu. Jekk b’fedeltà u diliġenza nagħmlu l-​parti tagħna sakemm għad għandna l-​opportunità, Jehovah se jagħtina s-​saħħa biex nagħmlu dak li jistenna minna.​—Filippin 4:​13.

Ikkunsidra l-​każ taʼ wieħed Kristjan li f’sena mitulu kemm il-​mara tiegħu kif ukoll ommu. Ftit wara, hekk kif kien għadu mnikket minħabba dak kollu li kien ġarrab, il-​mara tat-​tifel tiegħu telqet lil ibnu u abbandunat ukoll il-​mod taʼ ħajja Kristjana. “Tgħallimt li ma nistgħux nagħżlu l-​provi tagħna, la ż-​żmien meta jseħħu u lanqas kemm-il darba jseħħu,” qal dan il-​ħu. Kif jirnexxilu jsib is-​saħħa biex ma jaqtax qalbu? “It-​talb u l-​istudju persunali kienu bħal salvawomu li żammni milli negħreq. U l-​appoġġ li tawni ħuti spiritwali ġabli ħafna faraġ. Iktar minn hekk, irrealizzajt kemm hu importanti li niżviluppaw relazzjoni persunali u tajba maʼ Jehovah qabel ma jinqalgħu sitwazzjonijiet diffiċli.”

Tiffaċċja x’tiffaċċja f’ħajtek, kun determinat li tpoġġi l-​fiduċja tiegħek kollha f’Jehovah u li tagħmel użu tajjeb mill-​provvedimenti kollha li Jehovah jagħmel biex isaħħek. Imbagħad tkun tistaʼ toffri l-​aqwa servizz lil Jehovah, u b’hekk iġġib tifħir u unur lil għażiż ismu.—Lhud 13:15.

[Stampa f’paġna 31]

Minħabba li naqas li jagħmel ħiltu kollha b’żelu kbir, Ġowas kellu suċċess limitat fit-​taqbida tiegħu kontra s-​Sirjani

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja