LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 1/1 p. 3
  • ‘Alla, Għala Ħallejt Dan Jiġri?’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Alla, Għala Ħallejt Dan Jiġri?’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Meta Tiġri Xi Traġedja, Iqumu Ħafna Mistoqsijiet
  • Faraġ għal Dawk li Jsofru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • L-Annimali—Gawdihom għal Dejjem
    Stenbaħ!—2004
  • Werrej
    Stenbaħ!—2019
  • Daqstant Sofferenza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 1/1 p. 3

‘Alla, Għala Ħallejt Dan Jiġri?’

RICARDO għadu jiftakar meta kien bil-​qiegħda maʼ martu, Maria, f’kamra jistennew sakemm ikun imisshom jidħlu għand it-​tabib.a Ħadd minnhom ma kellu l-​kuraġġ jaqra r-​riżultati taʼ l-​aħħar testijiet mediċi li kienet għamlet Maria. Imbagħad, Ricardo fetaħ l-​envelop, u t-​tnejn li huma taw daqqa t’għajn lejn il-​kliem mediku li kien hemm fir-​rapport. Għajnejhom waqgħu fuq il-​kelma “kanċer,” u nfexxew jibku hekk kif irrealizzaw dan x’kien ifisser verament.

“It-​tabib kien tassew qalbu tajba,” jiftakar Ricardo, “imma hu ovvjament irrealizza kemm kienet gravi s-​sitwazzjoni għax tgħidx kemm-il darba qalilna biex nafdaw f’Alla.”

Qabel ma Maria bdiet tieħu l-​kura bir-​raġġi, it-​tabib innota ċertu movimenti involontarji f’sieqha l-​leminija. Iktar testijiet irrivelaw li l-​kanċer kien infirex sal-​moħħ. Wara biss ġimgħa li kienet bdiet il-​kura, kellhom iwaqqfulha r-​raġġi. Maria waqgħet f’koma u mietet xahrejn wara. “Ħadt gost li ma baqgħetx issofri,” jispjega Ricardo, “imma tant immissjajtha li bdejt nixtieq li mmut jien ukoll. Spiss kienet toħroġ karba lil Alla: ‘Għala ħallejt dan jiġri?’”

Meta Tiġri Xi Traġedja, Iqumu Ħafna Mistoqsijiet

Bħal Ricardo, ħafna nies madwar id-​dinja jiġu wiċċ imbwiċċ mar-​realtà tas-​sofferenza. Ħafna drabi, huma l-​innoċenti li jsofru. Aħseb ftit dwar il-​qsim il-​qalb kaġunat mill-​ġlied bl-​armi li ma jaqtaʼ xejn, u li qed jifni lill-​umanità. Jew ikkunsidra l-​uġigħ li ħassew l-​għadd taʼ wħud li sfaw vittmi taʼ vjolenza domestika, stupru, abbuż taʼ tfal, u ħażen ieħor li jaf jagħmel il-​bniedem. Matul l-​istorja tal-​bniedem jidher li ma kienx hemm limitu għall-​inġustizzji u l-​uġigħ li rġiel u nisa kienu lesti jikkaġunaw lil xulxin. (Koħèlet 4:​1-3) Imbagħad, hemm in-​niket taʼ wħud li sfaw vittmi taʼ diżastri naturali jew taʼ xi mard emozzjonali, mentali, u fiżiku. Mhux taʼ b’xejn li ħafna jistaqsu, “Alla għala jippermetti din is-​sofferenza?”

Anki nies li huma reliġjużi ma jsibuhiex faċli biex ikampaw mas-​sofferenza. Forsi anki int għandek mnejn staqsejt lilek innifsek x’raġuni jistaʼ jkollu Alla taʼ mħabba u li jistaʼ kollox biex jippermetti li l-​bnedmin isofru. Huwa vitali li nsibu tweġiba sodisfaċenti u vera għal din il-​mistoqsija li tant tħabbel imħuħ, għax din it-​tweġiba teffettwa l-​paċi tal-​moħħ u r-​relazzjoni tagħna m’Alla. Il-​Bibbja tipprovdi din it-​tweġiba. Jekk jogħġbok ikkunsidra dak li għandha x’tgħid il-​Bibbja bħalma se naraw fl-​artiklu li jmiss.

[Nota taʼ taħt]

a L-ismijiet ġew mibdulin.

[Stampi f’paġna 3]

It-​tabib qalilna kemm-il darba biex nafdaw f’Alla

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja